<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1101205101.case.xml"><NO.CASE>C-322/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0322</NO.CELEX><NO.SEQ>0025.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-12095</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-12116</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111124">24.11.2011</DATE> — KAWŻA C-322/10</LEFT><RIGHT>MEDEVA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-322/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100705">5 ta’ Lulju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Medeva BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur), u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-12096"?><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Medeva BV, minn A. Waugh, barrister, maħtur minn D. Sternfeld, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Hathaway, bħala aġent, assistit minn T. Micheson, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn M. Borkoveca u K. Krasovska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn V. Balčiūnaitė u R. Mackevičienė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u P. Antunes, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-12097"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Bulst u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Medeva BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Medeva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kontra l-Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Patent Office<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar għat-talbiet tagħha għal ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12098"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel kif ukoll ir-raba’ sal-għaxar premessa tar-Regolament Nru 469/2009 jaqraw hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KEE) Nru 1768/92 tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> dwar il-ħolqien taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq [iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>] jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmaċewtika.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="I-12099"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Jeżisti r-riskju li ċentri ta’ riċerka li jinsabu fl-Istati Membri jirrilokaw ruħhom f’pajjiżi li joffru protezzjoni akbar.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għandha tintlaħaq soluzzjoni uniformi fuq livell Komunitarju, sabiex il-liġijiet nazzjonali ma jiżviluppawx b’mod eteroġeneu li jwassal għal iktar differenzi li jista’ jkun probabbli li joħolqu ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti mediċinali fil-Komunita u b’hekk jaffetwa b’mod dirett il-funzjonzment tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi previst [ĊPS] li jingħata, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn kull Stat Membru fuq talba tad-detentur ta’ privattiva Ewropea li tirrigwarda prodott mediċinali li għalih tkun inħarġet [ATS]. Regolament huwa għalhekk l-istrument legali l-aktar xieraq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>It-tul taż-żmien tal-protezzjoni mogħtija miċ-ċertifikat għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi protezzjoni adegwata u effettiva. Għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ ċertifikat għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ 15-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb [ATS] għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Għal dan il-għan, iċ-ċertifikat ma jistax jingħata għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12100"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u suġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69] jew fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti,<?PAGE NO="I-12101"?> Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3] jista’, taħt it-termini u kondizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-suġġett ta’ ċertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 469/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ċertifikat għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat [ATS] valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva 2001/83/KE jew id-Direttiva 2001/82/KE, kif xieraq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel [ATS] sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Is-suġġett tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva bażika, il-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali korrispondenti jkun jista’ jitqiegħed fis-suq u għal kull użu tal-prodott bħala prodott mediċinali li jkun ġie awtorizzat qabel ma jkun skada ċ-ċertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12102"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 469/2009, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[e]ffetti taċ-ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[m]ingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, iċ-ċertifikat għandu jagħti l-istess drittijiet bħal dawk mogħtija minn privattiva bażika u għandu jkun suġġett għall-istess limitazzjonijiet u l-istess obbligazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Limitu tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, l-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej, iffirmat fil-<DATE ISO="19731005">5 ta’ Ottubru 1973</DATE>, fil-verżjoni emendata kif applikabbli fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(1)</NO.P><TXT>Il-limitu tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva Ewropea jew applikazzjoni għal privattiva Ewropea għandu jkun determinat mit-talbiet. Minkejja dan, id-deskrizzjoni u d-disinnji għandhom jintużaw biex jiġu interpretati t-talbiet.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Għall-perijodu sal-għoti ta’ privattiva Ewropea, il-limitu tal-protezzjoni mogħtija mill-applikazzjoni għal privattiva Ewropea għandu jiġi determinat mit-talbiet li hemm fl-applikazzjoni kif ġiet ippubblikata. Madankollu, il-privattiva Ewropea kif mogħtija jew kif emendata fi proċeduri ta’ oppożizzjoni, limitazzjoni jew revoka għandha tiddetermina retroattivament il-protezzjoni mogħtija mill-applikazzjoni, sakemm din il-protezzjoni ma tiġix hekk estiża.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Protokoll dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej, li jifforma parti integrali minn din il-Konvenzjoni hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 164(1) tagħha, jipprovdi fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Artikolu 69 m’għandux jiġi interpretat li jfisser li l-limitu tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva Ewropea għandha tiġi mifhuma bħal dik definita mit-tifsira litterali strett tal-kliem użat fit-talbiet, id-deskrizzjoni u d-disinni li jintużaw biss bl-għan li<?PAGE NO="I-12103"?> tiġi riżolta ambigwità li tinstab fit-talbiet. Lanqas ma għandu jiġi interpretat li jfisser li t-talbiet iservu biss bħala linja gwida u li l-protezzjoni attwali mogħtija tista’ testendi għal dak, li mill-aspett tad-deskrizzjoni u d-disinni minn persuna mħarrġa fl-arti, ikun ikkontempla l-proprjetarju tal-privattiva. Għall-kuntrarju, għandu jiġi interpretat bħala li jiddefinixxi pożizzjoni bejn dawn iż-żewġ estremi li tikkombina protezzjoni ġusta għall-proprjetarju tal-privattiva bi grad raġonevoli ta’ ċertezza legali għal terzi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tal-Att dwar il-Privattivi tar-Renju Unit 1977 (UK Patents Act 1977), dwar id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[d]efinizzjoni tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, persuna tikser privattiva għal invenzjoni jekk, iżda biss jekk, waqt li l-privattiva qiegħda fis-seħħ, tagħmel waħda mill-affarijiet li ġejjin fir-Renju Unit b’rabta mal-invenzjoni mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tal-privattiva, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn l-invenzjoni hija prodott, tagħmel, tiddisponi minn, toffri li tiddisponi minn, tuża jew timporta l-prodott jew iżżommu kemm jekk għad-disponiment jew għal raġuni oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12104"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 125 tal-UK Patents Act 1977, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[p]ortata tal-invenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-invenzjoni […] li għaliha inħarġet privattiva għandha, sakemm il-kuntest ma jeħtieġx mod ieħor, tinftihem li hija dik speċifikata f’talba ta’ speċifikazzjoni tal-[…] privattiva kif interpretata permezz tad-deskrizzjoni u ta’ disinni eventwali kontenuti f’din l-ispeċifikazzjoni, u l-portata tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva […] hija stabbilita b’mod korrispondenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-protokoll fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej (dan l-artikolu jikkontjeni dispożizzjoni korrispondenti mas-sub-artikolu 1, iktar ’il fuq) japplika, sakemm huwa fis-seħħ, għall-finalitajiet tal-imsemmija sub-artikolu 1 hekk kif japplika għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19900426">26 ta’ April 1990</DATE>, Medeva ppreżentat applikazzjoni għal privattiva Ewropea rreġistrata mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) bin-numru EP 1666057 għall-proċess ta’ produzzjoni ta’ tilqima aċellulari kontra l-<HT TYPE="ITALIC">Bordetella pertussis</HT> (aġent tas-sogħla konvulżiva), magħruf ukoll bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Pa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), li jikkonsisti wkoll f’taħlita ta’ żewġ antiġeni bħala ingredjenti attivi, jiġifieri l-pertaktin u l-emaglutinina filamentuża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/><HT TYPE="ITALIC">filamentous haemagglutinin antigen</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), f’ċertu proporzjon li jippermetti li jinkiseb<?PAGE NO="I-12105"?> ċertu effett sinerġistiku f’kapaċità ta’ tilqim. Din il-privattiva nħarġet mill-UEP fit-<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE> u skadiet fil-<DATE ISO="20100425">25 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Medeva ppreżentat quddiem il-Patent Office ħames applikazzjonijiet ta’ ĊPS fejn l-għan prinċipali kien li tinkiseb protezzjoni supplimentari għat-tilqim DTPa-IPV/HIB li jkopru d-difterite (D), it-tetnu (T), is-sogħla konvulżiva (Pa), il-poljo (IPV) u/jew il-meninġite (<HT TYPE="ITALIC">Haemophilus influenzae</HT>, magħrufa wkoll bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>HIB<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>). Insostenn tal-applikazzjonijiet tagħha, Medeva ppreżentat ATS maħruġa mill-Awtoritajiet Ġermaniżi, Franċiżi u tar-Renju Unit għall-prodotti mediċinali bl-ismijiet Infanrix DTCaP, Infanrix IPV, Infanrix IPV+HIB, Infanrix Quinta, Pediacel u Repevax, li kull wieħed minnhom jikkontjeni, minbarra l-kompożizzjoni ta’ pertaktin u ta’ emaglutinina filamentuża, ingredjenti oħra attivi, li n-numru totali tagħhom huwa ta’ bejn 8 u 11.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-Patent Office rrifjuta li joħroġ iċ-ĊPS li saret applikazzjoni għalihom fejn ikkunsidra b’mod partikolari, għal erba’ minn dawn l-applikazzjonijiet (SCP/GB09/015, 09/016, 09/017 u 09/019), li l-komponenti jew ingredjenti attivi, msemmija fl-imsemmija applikazzjonijiet bil-għan li jinkisbu ĊPS li jkopru dawn il-komponenti, kienu iktar numerużi minn dawk li jidhru fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika u b’hekk ma kinux protetti minnha fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009. Fir-rigward tal-ħames domanda (SPC/GB09/018), il-Patent Office kkunsidra b’mod partikolari li, għalkemm il-komponenti attivi jew ingredjenti identifikati fil-privattiva kienu l-istess bħal dawk speċifikati fl-applikazzjoni għal ĊPS, jiġiferi l-kompożizzjoni tal-pertaktin u tal-emaglutinina filamentuża, l-ATSs ippreżentati insostenn tal-imsemmija talba ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(b), tal-istess regolament, sa fejn, b’mod partikolari, huma jikkonċernaw prodotti mediċinali li jikkontjenu disa’ ingredjenti attivi, jiġiferi tilqim li kienu jikkontjenu biss komponenti jew ingredjenti attivi msemmija fit-talba għal ĊPS u fit-talbiet tal-imsemmija privattiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12106"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni, Medeva ppreżentat rikors quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (Patents Court), li ġie miċħud permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20100127">27 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Medeva mbagħad appellat din is-sentenza quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division), li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 469/2009 […] jirrikonoxxi, fost l-għanijiet l-oħra identifikati fil-premessi, in-neċessità li l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari minn kull Stat Membru tal-Komunità lid-detenturi ta’ privattivi nazzjonali jew Ewropej isir taħt l-istess kundizzjonijiet, kif muri fil-premessi 7 u 8 [ta’ dan ir-regolament]. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni Komunitarja tal-liġi dwar il-privattivi, x’sens għandha tingħata lill-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009], u liema huma l-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk dan huwa hekk?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’kawża bħal din inkwistjoni li tinvolvi prodott mediċinali magħmul minn iktar minn ingredjent attiv wieħed, huwa xieraq li jintużaw kriterji addizzjonali jew differenti għad-determinazzjoni ta’ jekk <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>il-prodott ikun[x] protett minn privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> jew le fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009], u jekk iva, liema huma dawn il-kriterji addizzjonali jew differenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’kawża bħal din inkwistjoni li tinvolvi tilqima għal numru ta’ mard [kontra mard varju], huwa xieraq li jintużaw kriterji addizzjonali jew differenti għad-determinazzjoni ta’ jekk <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>il-prodott ikun[x] protett minn privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> jew le fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009], u jekk iva, liema huma dawn il-kriterji addizzjonali jew differenti?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-12107"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-Artikolu 3(a) [tar-Regolament Nru 469/2009], tilqima għal numru ta’ mard [kontra mard varju] li tkun magħmula minn diversi antiġeni hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>protett[a] minn privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> jekk wieħed mill-antiġeni tat-tilqima huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>protett mill-privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-Artikolu 3(a) [tar-Regolament Nru 469/2009], tilqima għal numru ta’ mard [kontra mard varju] li tkun magħmula minn diversi antiġeni hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>protett[a] minn privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> jekk l-antiġeni kollha li huma diretti kontra marda waħda jkunu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>protetti mill-privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>?</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Ir-Regolament [Nru 469/2009], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(b) tiegħu, jippermettu l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal ingredjent attiv wieħed jew għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi meta:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>privattiva bażika fis-seħħ tipproteġi l-ingredjent attiv wieħed jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009]; u meta</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>prodott mediċinali li fih l-ingredjent attiv wieħed jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi assoċjati ma’ wieħed jew iktar mill-ingredjenti attivi oħra jkun is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni valida maħruġa skont id-Direttiva 2001/83/KE jew id-Direttiva 2001/82/KE, li hija l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ppermettiet l-kummerċjalizzazzjoni tal-ingredjent attiv wieħed jew tal-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12108"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20110112">12 ta’ Jannar 2011</DATE>, il-Kawżi C-322/10 u C-422/10 ġew, skont l-Artikolu 43 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza. Madankollu, hekk kif jirriżulta mid-differenzi fattwali li jikkaratterizzaw is-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, permezz ta’ digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20111011">11 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dawn il-kawżi ġew, b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 43, mifruda għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sal-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ħames domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu trattati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS meta jkun hemm, fost l-ingredjenti attivi msemmija fl-applikazzjoni, ingredjenti attivi li ma jidhrux fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata insostenn ta’ applikazzjoni bħal din.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Gvernijiet tal-Latvija, tal-Litwanja u tal-Portugall isostnu li l-kliem biss tat-talbiet huma rilevati sabiex jiġi stabbilit jekk prodott huwiex protett minn privattiva bażika fis-seħħ fis-sens tal-Artikolu 3(a), tar-Regolament Nru 469/2009, Medeva u l-Gvern tar-Renju Unit isostnu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>prodott […] protett minn privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jikkorrispondi ma’ kull kompożizzjoni ta’ prodott mediċinali li jmur direttament kontra l-privattiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12109"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-<DATE ISO="19990916">16 ta’ Settembru 1999</DATE>, Farmitalia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/97" PAGE.ECR="I-5553" YEAR="1999">C-392/97, Ġabra p. I-5553</REF.DOC.ECR>), qamet il-mistoqsija dwar liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi stabbilit jekk prodott huwiex protett minn privattiva bażika fis-seħħ fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1768/92, li, hekk kif issemma fl-ewwel premessa tar-Regolament Nru 469/2009, kien is-suġġett ta’ kodifikazzjoni minn dan l-aħħar imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-punt 26 tas-sentenza Farmitalia, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, fl-istat preżenti tad-dritt Komunitarju, sitwazzjoni li ma nbidlitx sostanzjalment fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-privattivi għadhom ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea jew ta’ approssimazzjoni tal-liġijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk ikkonkludiet, fil-punt 27 tal-imsemmija sentenza, li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tad-dritt tal-privattivi fuq livell tal-Unjoni Ewropea, il-portata tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva tista’ tiġi ddeterminata biss fir-rigward tar-regoli li jirregolaw din tal-aħħar, li ma jaqgħux taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 469/2009 jistabbilixxi soluzzjoni uniformi fuq il-livell tal-Unjoni billi joħloq ĊPS li jista’ jinkiseb mid-detentur ta’ privattiva nazzjonali jew Ewropea skont l-istess kundizzjonijiet f’kull Stat Membru. Huwa b’hekk intiż sabiex jipprevjeni evoluzzjoni eteroġenja tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jwasslu għal differenzi ġodda ta’ natura li jostakolaw il-moviment liberu tal-prodotti mediċinali fi ħdan l-Unjoni u li, minħabba f’hekk, jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19950713">13 ta’ Lulju 1995</DATE>, Spanja vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-350/92" PAGE.ECR="I-1985" YEAR="1995">C-350/92, Ġabra p. I-1985</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35; tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Hässle, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/00" PAGE.ECR="I-14781" YEAR="2003">C-127/00, Ġabra p. I-14781</REF.DOC.ECR>, punt 37, u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, AHP Manufacturing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/07" PAGE.ECR="I-7295" YEAR="2009">C-482/07, Ġabra p. I-7295</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12110"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 469/2009, kull ĊPS jagħti l-istess drittijiet bħal dawk mogħtija minn privattiva bażika u huma suġġetti għall-istess limitazzjonijiet u għall-istess obbligi. B’hekk jirriżulta li l-Artikolu 3(a), tal-istess regolament jipprekludi l-ħruġ ta’ ĊPS li jirrigwardaw ingredjenti attivi li ma jidhrux fil-kliem tat-talbiet ta’ din il-privattiva bażika.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jekk privattiva ssostni kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda ma tinkludi ebda talba fuq wieħed minn dawn l-ingredjenti attivi kkunsidrat individwalment, ĊPS ma jinħariġx fuq il-bażi ta’ privattiva bħal din għal wieħed minn dawn l-ingredjenti attivi kkunsidrati waħidhom.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Approċċ bħal dan huwa barra minn hekk ikkorroborat mill-punt 20(2), tal-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għar-Regolament tal-Kunsill (KEE), tal-<DATE ISO="19900411">11 ta’ April 1990</DATE>, dwar il-kreazzjoni ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali [COM(90) 101 finali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>espożizzjoni tal-motivi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>], paragrafu li fih huwa speċifikament u unikament jirreferi, għal dak li jirrigwarda dak li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>protett mill-privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika. Din l-interpretazzjoni min-naħa l-oħra tikkorrispondi ma’ dik imsemmija fl-erbatax-il premessa tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19960723">23 ta’ Lulju 1996</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335), li tirreferi għal ħtieġa li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ikunu s-suġġett ta’ privattivi li jkopruhom speċifikament<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel ħames domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS li jirrigwarda ingredjenti attivi li ma humiex imsemmija fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata insostenn ta’ applikazzjoni bħal din.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12111"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 469/2009 jistax jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS għal kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, li jikkorrispondu ma’ dak li jidher fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata, meta l-prodott mediċinali li għalih l-ATS ġiet ippreżentata insostenn tat-talba għal ĊPS jinkludi, mhux biss din il-kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda wkoll ta’ ingredjenti oħra attivi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-għan fundamentali tar-Regolament Nru 469/2009 jikkonsisti fil-garanzija ta’ protezzjoni suffiċjenti sabiex tinkoraġixxi r-riċerka fil-qasam farmaċewtiku, li tikkontribwixxi b’mod deċiżiv għat-titjib kontinwu tas-saħħa pubblika (ara s-sentenzi ċċitati Farmitalia, ċċitata iktar ’il fuq, punt 19, u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, AHP Manufacturing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/07" PAGE.ECR="I-7295" YEAR="2009">C-482/07, Ġabra p. I-7295</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-imsemmi regolament kienet immotivata mill-perijodu insuffiċjenti tal-protezzjoni effettiva mogħtija mill-privattiva sabiex tkopri l-investimenti li saru fir-riċerka farmaċewtika u r-regolament b’hekk jipprova jagħmel tajjeb għal dik l-insuffiċjenza permezz tal-kreazzjoni ta’ ĊPS għall-prodotti mediċinali (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, Biogen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-181/95" PAGE.ECR="I-357" YEAR="1997">C-181/95, Ġabra p. I-357</REF.DOC.ECR>, punt 26, u AHP Manufacturing, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mis-subparagrafi 4 u 5 tal-punt 28 tal-espożizzjoni tal-motivi, il-protezzjoni mogħtija minn ĊPS hija intiża sabiex tkopri l-ispiża tar-riċerka li wasslet għall-iskoperta ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>prodotti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ġodda, fejn din il-kelma intużat bħala denominatur komuni li jkopri t-tliet tipi differenti ta’ privattivi li jistgħu jagħtu dritt għal ĊPS. Fil-fatt, jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament Nru 469/2009 huma min-naħa l-oħra sodisfatti, anki privattiva li<?PAGE NO="I-12112"?> tipproteġi l-proċess ta’ kisba ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens ta’ dan ir-regolament tista’, skont l-Artikolu 2 tiegħu, jippermettu l-ħruġ ta’ ĊPS, ĊPS li, f’dan il-każ, skont l-Artikolu 5 tal-istess regolament u hekk kif jindika l-punt 44 tal-espożizzjoni tal-motivi, jagħti l-istess drittijiet bħal dawk mogħtija mill-privattiva bażika fir-rigward tal-proċess ta’ kisba tal-prodott miksub permezz ta’ dan il-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet il-qorti tar-rinviju u kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-preżent, il-prodotti mediċinali mibjugħa fis-suq, b’mod partikolari għall-mard kumpless, ta’ spiss jikkonsistu f’kombinazzjonijiet multiterapewtiċi tal-ingredjenti attivi li jistgħu jiġu amministrati lill-pazjenti permezz ta’ preparazzjoni unika. Bl-istess mod, fir-rigward tat-tilqim, dawn huma ta’ spiss żviluppati, b’mod partikolari billi jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri, fil-forma ta’ tilqim multivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, jekk il-ħruġ ta’ ĊPS kellu jiġi rrifjutat lil proprjetarju ta’ privattiva bażika bħal din li tirrigwarda ingredjent attiv innovativ jew kompożizzjoni tal-ingredjenti attivi innovativi peress li, fil-verżjoni kummerċjali tal-prodott mediċinali li jqiegħed għall-ewwel darba dan l-ingredjent attiv jew din il-kompożizzjoni fis-suq, l-imsemmi ingredjent attiv jew l-imsemmija kompożizzjoni tikkoeżisti fil-prodott mediċinali ma’ ingredjenti oħra attivi jew kompożizzjonijiet, li għandhom għanijiet oħra terapewtiċi li huma protetti jew le minn privattiva bażika oħra fis-seħħ, l-għan fundamentali tal-imsemmi regolament, li huwa li tiġi żgurata protezzjoni suffiċjenti sabiex tiġi nkoraġġuta r-riċerka fil-qasam farmaċewtiku u jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għat-titjib kontinwu tas-saħħa pubblika, jista’ jiġi ppreġudikat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn naħa, il-proprjetarju ta’ privattiva bħal din jibbenefika biss mit-terminu tal-protezzjoni effettiva mogħtija minn privattiva, li, skont il-leġiżlatur tal-Unjoni, hija insuffiċjenti sabiex tkopri l-investimenti li saru fir-riċerka farmaċewtika, raġuni għaliex l-imsemmi leġiżlatur ikkrea ĊPS għall-prodotti mediċinali, bil-għan li jagħmlu tajjeb għal din l-insuffiċjenza. Min-naħa l-oħra, approċċ bħal dan għandu l-għan li jiffavorixxi, eventwalment fir-rigward tal-interessi tal-pazjenti u tal-awtoritajiet<?PAGE NO="I-12113"?> nazzjonali tas-saħħa pubblika, l-iżvilupp tal-prodotti mediċinali, b’mod partikolari ta’ tilqim, monovalenti. Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal din, il-proprjetarji ta’ privattivi bħal dawn ikunu mġegħla jiżviluppaw kummerċjalment, u li jmantnu fis-suq, prodotti mediċinali li jikkontjenu biss l-ingredjenti attivi mitluba bħal dawk fil-privattiva bażika, u dan sabiex tiddisponi minn ATS għal prodott mediċinali li tkopri eżattament dawn l-ingredjenti attivi u li jistgħu fihom infushom jagħtu dritt b’ċertezza għall-ĊPS.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li riżultat bħal dan ma jkunx kompatibbli mal-għanijiet fundamentali mħaddna mir-Regolament Nru 469/2009 permezz tal-kreazzjoni ta’ ĊPS għall-prodotti mediċinali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit, previst mir-Regolament Nru 469/2009, li permezz tiegħu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għandu jkun kopert, bħala prodott mediċinali, minn ATS, jikkorrobora approċċ bħal dan sa fejn dan ir-rekwiżit ma jeskludix huwa stess li din l-ATS tista’ tkopri ingredjenti oħra attivi li jkunu kontenuti f’prodott mediċinali bħal dan. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament, ĊPS għandu l-għan li jipproteġi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> kopert mill-ATS u mhux il-prodott mediċinali fih innifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sitwazzjoni bħal din tikkorrispondi ma’ dik deskritta fil-punti 34 u 39 tal-espożizzjoni tal-motivi li fihom il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tindika, minn naħa, li l-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ ATS li tkopri l-prodott tiġi sodisfatta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>jekk l-ispeċjalità farmaċewtika li tikkontjeniha kisbet l-[ATS]<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u, min-naħa l-oħra, li, f’sitwazzjoni bħal din, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>[j]ekk il-prodott awtorizzat jikkonsisti f’kombinazzjoni ta’ komponent X ma’ ingredjent attiv ieħor, il-komponent X biss ikun protett miċ-ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12114"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 469/2009, ĊPS hekk maħruġ b’rabta ma prodott bħal dan jagħti, fl-iskadenza tal-privattiva, l-istess drittijiet bħal dawk li huma mogħtija mill-privattiva bażika fir-rigward ta’ dan il-prodott, fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika hekk kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament. B’hekk, jekk il-proprjetarju ta’ privattiva setgħa, fil-perijodu ta’ validità tagħha, jopponi, fuq il-bażi tal-privattiva tiegħu, kwalunkwe użu jew ċertu użu tal-prodott tiegħu fil-forma ta’ prodott mediċinali li jikkonsisti f’tali prodott jew li jinkludi dan il-prodott, iċ-ĊPS maħruġ fir-rigward tal-istess prodott jagħtih l-istess drittijiet għal kull użu tal-prodott, bħala prodott mediċinali, li ġie awtorizzat qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jingħad ukoll li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, minn naħa, tista’ tiġi kkunsidrata biss bħala l-ewwel ATS ta’ dan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d), ta’ dan l-istess regolament, l-awtorizzazzjoni korrispondenti għall-ewwel prodott mediċinali mqiegħed fis-suq li jinkludi fost l-ingredjenti attivi tiegħu l-kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi msemmija fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva, jiġifieri il-pertaktin u l-emaglutinina filamentuża.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta privattiva tipproteġi prodott, skont l-Artikolu 3(c) tar-Regolament Nru 469/2009, ma jinħariġx iktar minn ċertifikat wieħed għal din il-privattiva bażika (ara s-sentenza Biogen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għas-sitt domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, dment li l-kundizzjonijiet l-oħra previsti f’dan l-Artikolu jkunu wkoll sodisfatti, dan ma jipprekludix lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS għal kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, li jikkorrispondu għal dak li jidher fil-kliem tat-talbiet għall-privattiva bażika invokata, fejn il-prodott mediċinali li għalih ġiet ippreżentata l-ATS insostenn tat-talba għal<?PAGE NO="I-12115"?> ĊPS jinkludi, mhux biss din il-kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda wkoll ingredjenti attivi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li tirrigwarda ingredjenti attivi li ma humiex imsemmija fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika invokata insostenn ta’ applikazzjoni bħal din.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, dment li l-kundizzjonijiet l-oħra previsti f’dan l-Artikolu jkunu wkoll sodisfatti, dan ma jipprekludix lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ċertifikat ta’<?PAGE NO="I-12116"?> protezzjoni supplimentari għal kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, li jikkorrispondu għal dak li jidher fil-kliem tat-talbiet għall-privattiva bażika invokata, fejn il-prodott mediċinali li għalih ġiet ippreżentata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq insostenn tat-talba għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jinkludi, mhux biss din il-kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda wkoll ingredjenti attivi oħra.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>