European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3030

30.4.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

(C/2024/3030)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Hadi ZAHOURIAN (Nru 1), Mohammad Shahab KHANIAN (Nru 2), Ehsan Rahat VARNOSFADRANI (Nru 3), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1) u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.

Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti, qabel is-7 ta' Mejju 2024 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel il-21 ta' Mejju 2024 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2023/1532/PESK u l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 2023/1529.


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3030/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)