|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6580 |
11.12.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/6580)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Esrom”
PGI-DK-0329-AM01 — 15.9.2025
1. Isem il-prodott
“Esrom”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) |
|
☒ |
Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) |
|
☐ |
Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) |
3. Settur
|
☒ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Id-Danimarka
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Fødevarestyrelsen [L-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża]
6. Kwalifika bħala emenda standard
Spjegazzjoni għaliex l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143:
L-emendi jikkonċernaw bidliet editorjali u aġġornamenti ta’ ebda importanza kbira.
L-applikazzjoni biex tiġi emendata l-indikazzjoni ġeografika protetta “Esrom” ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mit-tliet każijiet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 li jikkostitwixxi emenda tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli, jiġifieri:
|
(a) |
bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem; |
|
(b) |
riskju li titneħħa r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
(c) |
aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Esrom” hija kklassifikata bħala emenda standard skont it-tifsira tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
1. Dokument uniku mfassal
Tfassal dokument uniku peress li l-ebda dokument ma kien ġie ppubblikat qabel.
Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.
2. L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.1, “Kompożizzjoni”, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
|
|
“Esrom 20+: xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 20 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 47 % |
|
|
“Esrom 30+: xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 30 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 48 % |
|
|
“Esrom 45+: xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 45 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 50 % |
|
|
“Esrom 60+: xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 60 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 57 %” |
ġiet emendata għal:
“Esrom jista’ jiġi prodott bil-livelli ta’ xaħam li ġejjin:
|
— |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 20 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 47 % |
|
— |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 30 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 48 % |
|
— |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 45 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 50 % |
|
— |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 60 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 57 %”. |
Raġuni: Emenda redazzjonali.
Din l-emenda saret fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)” tad-dokument uniku.
L-emenda taffettwa d-dokument uniku.
3. L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7, “Ċertifikazzjoni u korp ta’ spezzjoni”, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Raġuni: It-taqsima tħassret peress li l-informazzjoni dwar min huwa responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-orodott ma titqiesx rilevanti għall-inklużjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, dak il-kompitu ma għadux delegat, iżda issa qed jitwettaq mill-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
4. L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, “Tikkettar” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Il-kliem “Esrom 20+, Esrom 30+, Esrom 45+ u Esrom 60+, skont il-kontenut tax-xaħam, flimkien ma’ ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ jew ‘IĠP’ ” tħassru.
Raġuni: Ir-rekwiżit li l-isem jiġi ssupplimentat b’“indikazzjoni ġeografika protetta” jew “IĠP” diġà huwa applikabbli u għalhekk ma għandux għalfejn jiġi riprodott fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, it-test preċedenti ma kienx xieraq peress li ssuġġerixxa li l-kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa jista’ jiġi indikat direttament flimkien mal-indikazzjoni ġeografika protetta Esrom.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
5. L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9, “Rekwiżiti Nazzjonali” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
It-taqsima kollha tħassret.
Raġuni: Ma hemm l-ebda rekwiżit nazzjonali speċifiku.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
6. L-isem u l-indirizz tal-grupp ta’ produtturi ġew aġġornati, iżda għall-bqija t-taqsima tibqa’ l-istess
Raġuni: Id-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ produtturi ġew aġġornati.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
“Esrom”
Nru tal-UE: PGI-DK-0329-AM01 — 15.9.2025
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Esrom”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Id-Danimarka
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
04 — PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MILL-ANNIMALI, LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA
0406 — Ġobon u baqta
0406 90 — Ġobon ieħor
0406 90 79 — Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Nectaire, Saint-Paulin, Taleggio
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Ġobon tal-baqta skulata, minn semisod sa sod, misjur, prodott mill-ħalib tal-baqra Daniża.
Kompożizzjoni:
“Esrom” jista’ jiġi prodott bil-livelli ta’ xaħam li ġejjin:
|
1. |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 20 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 47 % |
|
2. |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 30 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 48 % |
|
3. |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 45 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 50 % |
|
4. |
xaħam minimu fil-materja niexfa ta’ 60 %; kontenut minimu ta’ materja niexfa ta’ 57 % |
Forma u piż (ġobon sħiħ):
|
(a) |
rettangolari: tul ta’ bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-wisa’. 1: għoli 3,5–4,5 cm, piż 0,2–0,5 kg 2: għoli 4,0–7,0 cm, piż 1,3–2,0 kg |
|
(b) |
rettangolari: għoli 4,0–7,0 cm, piż ta’mill-anqas 2 kg |
Fuq barra:
Qoxra kommestibbli rqiqa, ratba, ta’ kulur safrani għal isfar fl-oranġjo, miksija bi krosta nadifa, kważi xotta, sottili u ta’ kulur uniformi minn kannella safrani għal kannella ħamrani, miksuba permezz ta’ mikroflora. Il-ġobnijiet aktar qodma għandhom superfiċje kemxejn żejtnija minħabba l-formazzjoni mill-ġdid tal-krosta tal-mikroflora.
Kulur:
Kulur uniformi minn safrani għal abjad.
Struttura:
Toqob imqassmin b’mod ugwali, irregolari, ta’ daqs bejn wieħed u ieħor tal-ħbub tar-ross.
Konsistenza:
Uniformi fil-ġobon kollu. Ratba, iżda adattata għall-qtugħ. Riħa u togħma: Ħafifa, aċiduża, aromatika, ikkaratterizzata mill-maturazzjoni tas-superfiċje. Ir-riħa u t-togħma li joħorġu mill-maturazzjoni tas-superfiċje jsiru dominanti hhuwa u jimmatura l-ġobon.
Żmien ta’ maturazzjoni:
Mill-inqas ġimagħtejn.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
“Esrom” jiġi prodott esklussivament minn ħalib miż-żona ġeografika.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
—
4. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Id-Danimarka
5. Rabta maż-żona ġeografika
Prova tal-oriġini: “Esrom” jiġi prodott esklussivament minn ħalib miż-żona ġeografika. Id-dokumentazzjoni ta’ dan tiġi vverifikata mill-korp ta’ spezzjoni, li jrid juri lill-korp ta’ akkreditazzjoni li jkun wettaq dan il-kontroll. Jinżammu rekords preċiżi tal-fornituri kollha, peress li dawn jiffurmaw il-bażi għall-pagamenti għall-ħalib. Qabel ma jintbagħtu, il-ġobnijiet jiġu ttikkettati f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu traċċati lura sal-maħleb. It-tikkettar huwa mmonitorjat mill-awtoritajiet. Metodu tal-produzzjoni: Il-ħalib tal-baqra Daniż mhux ipproċessat huwa standardizzat fir-rigward tal-kontenut tax-xaħam u jiġi ppasturizzat f’temperatura baxxa. Jiżdiedu l-istarters u t-tames. Il-baqta tinqata’ b’sikkina meta tintlaħaq is-sodezza xierqa. It-taħlita mbagħad titħawwad, tiskula mix-xorrox u tissaħħan. Il-baqta titferra’ fil-forom u l-ġobnijiet imbagħad jiġu ppressati ftit. Il-ġobnijiet jiġu mkessħa, immellħa, is-superfiċje tagħhom tiġi ttrattata b’kultura ta’ mikroflora tal-krosta u mbagħad il-ġobnijiet jinħażnu f’umdità għolja. Wara l-maturazzjoni, il-ġobnijiet jinħaslu, jitnixxfu u jiġu ppakkjati. Link: Żviluppat mill-patrijiet fl-Abbazija ta’ Esrom fis-sekli 12 u 13. Żviluppat aktar fl-Istitut tar-Riċerka tal-Gvern għall-Industrija tal-Ħalib f’nofs is-snin 30. Il-ġobon ġie prodott għall-ewwel darba fil-Midtsjællands Herregårdsmejeri u mbagħad f’imħaleb oħra. Kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità, “Esrom” għandu reputazzjoni li huwa speċjalità ta’ oriġini Daniża. Dik ir-reputazzjoni nkisbet permezz ta’ inizjattivi leġiżlattivi u ħidma mwettqa mill-assoċjazzjoni tal-produtturi matul dawn l-aħħar 40 sena biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott u jiġu ppreservati l-karatteristiċi tradizzjonali partikolari tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6580/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)