12004V365

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-365

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0159 - 0160


Artikolu III-365

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tirrevedi l-legalità tal-liġijiet u l-liġijiet kwadru Ewropej, ta' l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, li ma jkunux rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet, u ta' l-atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew maħsuba biex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi. Hija għandha wkoll tirrevedi l-legalità ta' l-atti ta' korpi jew aġenziji ta' l-Unjoni maħsuba biex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Qorti tal-ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea tkun kompetenti f'rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fuq bażi ta' nuqqas ta' kompetenza, ksur ta' ħtieġa proċedurali essenzjali, ksur tal-Kostituzzjoni jew ta' xi regola tad-dritt dwar l-applikazzjoni tagħha, jew l-użu ħażin tal-poteri.

3. Il-Qorti tal-ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha ġurisidizzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 f'rikorsi magħmula mill-Qorti ta'l-Awdituri, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni għall-fini tal-protezzjoni tal-prerogattivi tagħhom.

4. Kull persuna fiżika jew ġuridika tista', taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, tistitwixxi proċeduri kontra att indirizzat lil dik il-persuna jew li hu ta' interess dirett u individwali għaliha, u kontra att regolatorju li hu ta' interess dirett għaliha u li ma jinvolvix miżuri ta' eżekuzzjoni.

5. Atti li jistabbilixxu korpi u aġenziji ta' l-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari li jikkonċernaw rikorsi magħmula minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta' dawn il-korpi jew aġenziji maħsuba biex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom.

6. Il-proċeduri previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu istitwiti fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni ta' l-att, jew tan-notifika tiegħu lill-attur, jew fin-nuqqas ta' dawn, fil-jum li fih l-attur sar jaf bih, skond il-każ.

--------------------------------------------------