<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-555/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0555</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:836">EU:C:2020:836</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑555/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fussl Modestraße Mayr</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑555/19</HT></P><P>Fussl Modestraße Mayr GmbH</P><P>vs</P><P>SevenOne Media GmbH,</P><P>ProSiebenSat.1 TV Deutschland GmbH,</P><P>ProSiebenSat.1 Media SE</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Qorti Reġjonali ta’ Stuttgart, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Xandir televiżiv</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/13/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar televiżiv reġjonali li jinsab fi programm imxandar fil-livell nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għal-Land li fih ir-reklamar huwa mxandar li jawtorizzah u li jissuġġetta l-awtorizzazzjoni għal kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Anki jekk il-wasla tal-internet ma pprovokatx, kif iddikjaraw xi wħud, tmiem it-televiżjoni, hija ċertament dgħajfet il-pożizzjoni tiegħu, b’mod partikolari fil-livell ekonomiku u finanzjarju. Ma hijiex sempliċement kwistjoni tal-kompetizzjoni li jirrapreżenta l-kontenut aċċessibbli fuq l-internet għall-programmi tat-televiżjoni, iżda wkoll, jekk mhux prinċipalment, il-possibbiltà tal-internet li jikkompeti mal‑media <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>tradizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, b’mod partikolari l-organi tax-xandir, fis-suq tar-reklamar u t-tnaqqis tad-dħul ta’ dawn tal-aħħar li jirriżulta minn hekk. Ma’ dan tiżdied il-klima ekonomika ġenerali sfavorevoli u l‑kriżijiet suċċessivi, b’mod partikolari l-kriżi finanzjarja tal-2008 u, issa, dik relatata mal-kriżi sanitarja tal-Covid-19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għalhekk ma huwiex sorprendenti li l-organi tax-xandir ifittxu sorsi ġodda ta’ dħul, b’mod partikolari billi jkabbru u jagħmlu iktar flessibbli l-offerta ta’ reklamar tagħhom, bħar-reklamar fuq l-internet. Huwa f’dan il-kuntest li l-organu tax-xandir Ġermaniż ProSiebenSat.1 ipprova joffri lil dawk li jirreklamaw il-possibbiltà ta’ reklamar reġjonali (jiġifieri li jkopri Länder wieħed jew iktar) fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali tiegħu. Madankollu din kienet theddida għall-interessi ekonomiċi tat-televiżjoni reġjonali u lokali li għalihom ir-reklamar jirrapreżenta sors importanti ta’ dħul. It-tenattiv ta’ ProSiebenSat.1 b’hekk ġie ostakolat, fl-ewwel lok, bi projbizzjoni mill-Medienanstalt Berlin-Brandenburg (l-Uffiċċju tal-Media tal-Länder ta’ Berlin u ta’ Brandenbourg, il-Ġermanja). Madankollu, din il-projbizzjoni ġiet annullata permezz tas‑sentenza Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja) tas-<DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>6 C 32.13.</P></NOTE>, mogħtija fl-appell kontra s-sentenza tal-Verwaltungsgericht Berlin (il-Qorti Amministrattiva ta’ Berlin, il-Ġermanja) tas-<?PAGE NO="2"?><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>27 K 231.12.</P></NOTE>. Fil‑fatt, fis-sentenza tagħha, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) ikkunsidrat b’mod partikolari li, peress li r‑reklamar ma kienx jikkostitwixxi parti integrali mill-programm tat‑televiżjoni, il-liċenzja għal xandir fil-livell nazzjonali ma kinitx tipprekludi x-xandir tar-reklamar reġjonali, peress li din il-liċenzja kienet tirrigwarda biss il-kontenut editorjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Matzneller, P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Le BVerwG autorise la régionalisation de la publicité par une chaîne nationale<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <HT TYPE="ITALIC">IRIS. Observations juridiques de l’Observatoire européen de l’audiovisuel</HT>, 2015, n<HT TYPE="SUP">o</HT>3, p. 8; Trute, H.-H., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Zulässigkeit von Werbespots mit regional beschränktem Verbreitungsgebiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, <HT TYPE="ITALIC">Gewerblicher Rechtsschutz und Urheberrecht. Praxis im Immaterialgüterund Wettbewerbsrecht</HT>, 2015, n<HT TYPE="SUP">o</HT>13, p. 284.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Wara din id-deċiżjoni, il-Länder, l-awtoritajiet kompetenti fil‑Ġermanja għax-xandir televiżiv, adottaw l-Achtzehnter Rundfunkänderungsstaatsvertrag (it-18-il Trattat tal-Istat ta’ Emenda dwar ix-Xandir), tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li introduċa, fl-Artikolu 7(11) tal-iStaatsvertrag für Rundfunk und Telemedien (it-Trattat tal-Istat dwar ix‑Xandir u l-Media Televiżivi), tal-<DATE ISO="19910831">31 ta’ Awwissu 1991</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>RStV<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), projbizzjoni espliċita ta’ reklamar reġjonali fuq il‑kanali tat-televiżjoni nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara dwar dan is-suġġett, b’mod partikolari, Iacino, G., f’: Observatoire européen de l’audiovisuel, <HT TYPE="ITALIC">IRIS</HT> <HT TYPE="ITALIC">Spécial</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>La télévision régionale et locale en Europe<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, Strasbourg 2016, p. 60 sa 61.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Landgericht Stuttgart (il-Qorti Reġjonali ta’ Stuttgart, il‑Ġermanja), il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, issa qed titlob evalwazzjoni dwar il-konformità ta’ din il-projbizzjoni ma’ diversi dispożizzjonijiet u prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="095" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 95, p. 1</REF.DOC.OJ>; rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 263, p. 15</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>xandir televiżiv<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>xandira televiżiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> (i.e. servizz tal-media awdjoviżiva lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiv ipprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri simultanju ta’ programmi abbażi ta’ skeda ta’ programmi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva 2010/13 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jeħtieġu fornituri ta’ servizzi tal-media taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jikkonformaw ma’ regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva sakemm tali regoli jkunu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ir-RStV jistipula, fl-Artikolu 2(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ix-xandir huwa servizz ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni lineari; huwa jikkonsisti fl-organizzazzjoni u x-xandir ta’ offerti taħt il-forma ta’ immaġini animati jew ta’ ħsejjes indirizzati lill-pubbliku u intiżi sabiex jiġu rċevuti simultanjament, abbażi ta’ skeda ta’ programmi u permezz ta’ mewġ elettromanjetiċi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(11) tar-RStV jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ix-xandir f’parti biss tat-territorju nazzjonali ta’ reklamar jew ta’ kontenut ieħor fi programm intiż jew awtorizzat għal xandir fil-livell nazzjonali ma huwiex illegali ħlief jekk u sa fejn id-dritt tal-Land li fih iseħħ ix-xandir, jawtorizzah. Ir-reklamar jew kwalunkwe kontenut ieħor ta’ operaturi privati mxandra f’parti biss tat-territorju nazzjonali jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika bis-saħħa tad-dritt tal-Land ikkonċernat; din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn kundizzjonijiet relatati mal-kontenut li għandhom jiġu ddefiniti bil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Sa issa, l-ebda Land ma użat il-possibbiltà prevista fl‑Artikolu 7(11) tar-RStV li jingħataw, bis-saħħa tad-dritt tal-Land ikkonċernat, awtorizzazzjonijiet għar-reklamar reġjonali mxandar fil‑qafas ta’ programmi ta’ xandir nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fussl Modestraße Mayr GmbH, kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak, tiġġestixxi numru ta’ ħwienet tal-moda stabbiliti fl-Awstrija u fil-Land ta’ Bayern (il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>SevenOne Media GmbH, kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, hija l-impriża ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-grupp ProSiebenSat.1, organu privat ta’ xandir televiżiv stabbilit fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180525">25 ta’ Mejju 2018</DATE>, Fussl Modestraße Mayr ikkonkludiet kuntratt ma’ SevenOne Media dwar ix-xandir, fil-Land ta’ Bayern biss, ta’ reklamar televiżiv fil-qafas ta’ programmi fuq il-kanal nazzjonali ProSieben bl-użu tan-netwerks tal-kejbil ta’ Bayern ta’ Vodafone Kabel Deutschland GmbH. SevenOne Media rrifjutat li teżegwixxi dan il‑kuntratt minħabba li x-xandir reġjonali ta’ reklamar televiżiv fil‑kuntest ta’ programmi mxandra fit-territorju Ġermaniż kollu kien ipprojbit bl-Artikolu 7(11) tar-RStV. Fussl Modestraße Mayr għalhekk adixxiet lill-qorti tar-rinviju sabiex din tordna lil SevenOne Media teżegwixxi l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li hemm qbil bejn il-partijiet li, minn perspettiva teknika, SevenOne Media hija f’pożizzjoni li xxandar, fil‑qafas tax-xandir nazzjonali tagħha, ir-reklamar televiżiv inkwistjoni b’tali mod li dan jista’ jintwera biss fit-territorju tal-Land ta’ Bayern. Għalhekk, l-uniku ostakolu għal dan ix-xandir huwa ta’ natura legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Landgericht Stuttgart (il-Qorti Reġjonali ta’ Stuttgart), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prinċipju ta’ ugwaljanza [ta’ trattament] tad-dritt tal-Unjoni u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi,</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><?PAGE NO="4"?><P>għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi x-xandir reġjonali ta’ reklamar fi programmi tax-xandir awtorizzati għall-Istat Membru kollu?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk id-dritt nazzjonali jippermetti dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jipprovdu li x‑xandir reġjonali ta’ reklamar jista’ jiġi awtorizzat legalment u jeżiġi, f’dan il-każ, awtorizzazzjoni amministrattiva supplimentari?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tal-ewwel domanda tkun differenti jekk il‑possibbiltà deskritta fit-tieni domanda ta’ awtorizzazzjoni ta’ reklamar reġjonali effettivament ma tintużax u għaldaqstant ir‑reklamar reġjonali jkun kompletament ipprojbit?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-[Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>)] fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-[Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>)] kif ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ pluraliżmu tal‑informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik deskritta fl-ewwel, fit-tieni u fit‑tielet domanda?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Fussl Modestraße Mayr, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ SevenOne Media ġew ippreżentati wara t-terminu u, għalhekk, ma ġewx inklużi fil-proċess.</P></NOTE>. L-istess partijiet, kif ukoll SevenOne Media, kienu rrapreżentati waqt is-seduta li saret fit-<DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-ewwel tliet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, li jiena nipproponi li għandhom jiġu analizzati flimkien, jirrigwardaw l‑evalwazzjoni tal-projbizzjoni tar-reklamar reġjonali fuq il-kanali ta’ televiżjoni nazzjonali, li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV, fid-dawl ta’ diversi dispożizzjonijiet u prinċipji tad-dritt tal-Unjoni. Għal din l‑evalwazzjoni hemm bżonn li jsir test ta’ proporzjonalità li jieħu inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, il-possibbiltà tal-Länder li jawtorizzaw tali reklamar kif ukoll il-fatt li l-ebda wieħed minnhom ma uża din il‑possibbiltà. Ir-raba’ domanda, kif nifhimha jiena, tirrigwarda evalwazzjoni ta’ prinċipju ta’ din l-istess projbizzjoni fid-dawl tad‑drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel tliet domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-Artikolu 56 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali ta’ televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill‑Artikolu 7(11) tar-RStV. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Reklamar reġjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għandu jinftiehem bħala x-xandir minn kanal tat-televiżjoni b’kopertura nazzjonali ta’ blokok jew spots ta’ reklamar speċifiċi għar-reġjun wieħed jew iktar, li huwa differenti mir-reklamar imxandar fl-istess ħin fil-kumplament tat‑territorju. Għalhekk il-kwistjoni li tqum tirrigwarda wkoll l‑importanza ta’ eventwali possibbiltà li titneħħa din il-projbizzjoni f’reġjun wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ser nibda l-analiżi tal-projbizzjoni inkwistjoni fid-dawl ta’ diversi regoli tad-dritt tal-Unjoni, skont l-ordni li huma msemmija fid‑domandi preliminari. Ser nanalizza wkoll l-argument tal-Gvern Ġermaniż ibbażat fuq l-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rilevanza (jew in-nuqqas) tad-Direttiva 2010/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju ssemmi l-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2010/13. Fl-istess ħin, il-Gvern Ġermaniż iqajjem argument ibbażat fuq l-Artikolu 1(1)(e) ta’ din id-direttiva sabiex jiddefendi l-miżura nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2010/13 tistabbilixxi dritt ta’ moviment liberu tas‑servizzi ta’ media awdjoviżiva, jiġifieri tax-xandir televiżiv u ta’ servizzi awdjoviżivi on-demand, filwaqt li tipprojbixxi, bħala regola, lill‑Istati Membri milli jostakolaw ir-riċezzjoni u r-ritrasmissjoni fit‑territorji tagħhom ta’ tali servizzi li jiġu minn Stati Membri oħra (Artikolu 3(1)). Din il-libertà hija akkumpanjata minn armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw l-imsemmija servizzi. Din l-armonizzazzjoni tirrigwarda b’mod partikolari l-oqsma bħall-protezzjoni tal-konsumaturi jew ta’ ċerti kategoriji ta’ konsumaturi, il-promozzjoni ta’ xogħolijiet Ewropej jew inkella l-aċċess ta’ organi tax-xandir għall-avvenimenti ta’ importanza sinjifikattiva għall-pubbliku. Fir-rigward ta’ armonizzazzjoni minima, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 jinkludi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprevedu regoli iktar stretti għall-fornituri li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom fl-oqsma koperti mill-miżuri ta’ armonizzazzjoni previsti fl-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Jiena ma narx kif din id-dispożizzjoni tista’ tipprekludi projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma jidhirlix li din il-projbizzjoni taqa’ fil-kamp irregolat mid-Direttiva 2010/13. Fil-fatt, għalkemm din id-direttiva tinkludi regoli li jirregolaw ir-reklamar televiżiv, madankollu dawn jirrigwardaw il-kontenut ta’ dan ir-reklamar, il-ħin allokat lilu u d-distinzjoni ċara bjen ir-reklamar u l-kontenut editorjali. Dawn ir-regoli għandhom bħala għan prinċipali l-protezzjoni tat-telespettaturi. Min-naħa l-oħra, il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda t-tqassim tas-suq tar-reklamar bejn organi tax-xandir nazzjonali u reġjonali u għandha l-għan li tipproteġi l-pożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar f’dan is-suq. Dan ma jaqax taħt il-qasam armonizzat tad-Direttiva 2010/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki jekk jiġi preżunt li l-miżura nazzjonali inkwistjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13, l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva huwa limitat sabiex jipprevedi lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti mill-imsemmija direttiva, mingħajr ma jiddefinixxi l-kontenut ta’ dawn ir-regoli. Għalhekk, huwa diffiċli li dan l-artikolu jipprekludi tali regoli, la darba dawn ikunu ġew adottati minn Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-riżerva, li dawn ir-regoli iktar stretti għandhom ikunu konformi ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal‑Unjoni, din hija limitazzjoni klassika bil-għan li jkun evitat li possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jidderogaw mid‑dispożizzjonijiet ta’ att tad‑dritt tal-Unjoni tiġi interpretata bħala li tippermetti deroga minn dan id-dritt b’mod ġenerali. Madankollu, il-konformità tar-regoli adottati minn Stat Membru ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi evalwata mhux fir-rigward tal‑Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2010/13 iżda ta’ dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk naqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li dispożizzjoni bħall-Artikolu 7(11) tar-RStV ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2010/13 u, għalhekk, tal-Artikolu 4(1) tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Ġermaniż isostni li l-użu, fid-definizzjoni tax-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>xandir televiżiv<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li tinsab fl‑Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13, tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>wiri simultanju ta’ programmi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, riprodotti fl-Artikolu 2(1) tar-RStV, jirrikjedi li l-istess kontenut ikun imxandar fl-istess ħin fit-territorju kollu kopert bix-xandir ta’ kanal tat-televiżjoni u b’hekk jipprekludi r-reklamar reġjonali fuq kanali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ma jidhirlix li din l-opinjoni hija korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk, kuntrarjament għall-kliem eżatt tad‑dispożizzjoni inkwistjoni, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>wiri simultanju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> japplikaw mhux biss għall-programmi (jiġifieri għall-kontenut editorjali) iżda wkoll għar-reklamar, dawn it-termini bl-ebda mod ma jirrikjedu li l-istess kontenut jiġi mxandar fit-territorju kollu kopert bix-xandir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2010/13 hija bbażata fuq id-distinzjoni bejn is‑servizzi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>lineari<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u s-servizzi on-demand. Is-servizzi lineari ġew iddefiniti fl-Artikolu 1(1)(e) ta’ din id-direttiva. Il-karatteristika essenzjali ta’ dawn is-servizzi hija li huwa l-organu tax-xandir li jiddeċiedi l-kontenut imxandar f’mument partikolari, irrispettivament minn kwalunkwe talba, peress li l-uniku għażla li għandu t-telespettatur hija jekk jirċevix jew le t-trasmissjoni. Dawn is-servizzi huma għalhekk lineari fiż-żmien. Il-konsegwenza ta’ dan huwa li t-telespettaturi kollha li għalihom huwa indirizzat il-kontenut jarawh b’mod simultanju. Madankollu, minn dan ma jirriżulta l-ebda rekwiżit li l-istess kontenut għandu jkun indirizzat lit-telespettaturi kollha li jinsabu fiż-żona ta’ kopertura tax-xandir ta’ kanal tat-televiżjoni. L-organu tax-xandir jista’ jibdel il-kontenut skont it-territorju jew skont il-mod tat-trasmissjoni (terrestri, bil-kejbil, satellitari, eċċ), u dan mingħajr ma jaffettwa n-natura lineari tas-servizz tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ovvjament, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta’ xandir jew inkella, bħal f’dan il-każ, ir-regoli tad-dritt nazzjonali jistgħu jipprojbixxu tali differenzazzjoni, iżda dan bl-ebda mod ma huwa rikjest mill-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13, u lanqas, barra minn hekk, minn xi dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2010/13 għalhekk ma jirrikjedix projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar‑RStV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinvoka, fit-tieni lok, fid-domandi preliminari tagħha, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bħala regola ta’ riferiment sabiex tevalwa l-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal‑projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV. It-tħassib tagħha jirrigwarda, minn naħa waħda, il-pożizzjoni żvantaġġjata tal-fornituri ta’ servizzi ta’ media awdjoviżiva lineari (jiġiferi l-organi tax-xandir) nazzjonali pparagunata ma’ dik tal-fornituri ta’ media awdjoviżiva mhux lineari, b’mod partikolari li joperaw fuq l-internet, fir-rigward tal‑possibbiltà li joffru servizzi ta’ reklamar indirizzati għal udjenza partikolari. Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tinvoka d-differenza ta’ trattament bejn dawk li potenzjalment jirreklamaw, u għalhekk min juża servizzi ta’ reklamar televiżiv, li joperaw fuq livell reġjonali, bħar‑rikorrenti fil-kawża prinċpali, u l-operaturi ta’ daqs ikbar, li għalihom huwa iktar xieraq ir-reklamar fil-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda r-reklamar televiżiv, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑234/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:496">EU:C:2013:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Issa, ma jidhirlix li s-sitwazzjonijiet tal-operaturi msemmija mill‑qorti tar-rinviju huma paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-operaturi tal-kanali tat‑televiżjoni nazzjonali, jiena naħseb, l-istess bħall-Kummissjoni, li s‑sitwazzjoni tagħhom ma hijiex komparabbli, fis-sens tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għal dik ta’ fornituri tal-media awdjoviżiva mhux lineari li topera fuq l-internet. Il-mod ta’ kif jintużaw dawn is‑servizzi, il-mod ta’ kif jopera r-reklamar fuq it-televiżjoni u fuq l‑internet u, finalment, il-qafas regolamentari, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Id-Direttiva 2010/13 u d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20000608">8 ta’ Ġunju 2000</DATE> dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l‑informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).</P></NOTE>, huwa differenti sal-punt li paragun tas-sitwazzjonijiet tagħhom fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw ir-reklamar reġjonali jidhirli li ma jagħmilx sens. Dan huwa marbut b’mod partikolari mal‑fatt li, minħabba n-natura interattiva tiegħu u l-ġbir ta’ ħafna informazzjoni dwar l-utenti, ir-reklamar fuq l-internet ma huwiex limitat bil-kriterju tat-territorju u jista’ jindirizza l-utenti b’mod individwali, skont l-allegati interessi tagħhom, ħaġa li hija impossibbli fil-każ tat‑televiżjoni. Ma hijiex il-possibbiltà li toffri reklamar televiżiv reġjonali li tista’ telimina dawn id-differenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda s-sitwazzjoni ta’ dawk li potenzjalment jirreklamaw li joperaw fl-livell reġjonali pparagonata ma’ dik ta’ dawk li jirreklamaw li joperaw fil-livell nazzjonali, jiena ma naħsibx, din id-darba kuntrarjament għall-opinjonijiet espressi mill‑Kummissjoni, li l-impatt differenti tar-regoli inkwistjoni fuq dawn iż-żewġ kategoriji ta’ operaturi ekonomiċi (li jużaw servizzi ta’ reklamar) jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi nuqqas ta’ ugwaljanza fit‑trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa veru li l-projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il‑kanali tat-televiżjoni nazzjonali tista’ taffettwa b’mod iktar qawwi lil dawk li joperaw fil-livell reġjonali li potenzjalment jirreklamaw, li jistgħu jibbenefikaw minn tali reklamar, milli dawk li jirreklamaw fil‑livell nazzjonali, li għalihom ma għandha l-ebda użu. Madankollu, din il‑projbizzjoni ma hijiex intiża biex tirregola l-opportunitajiet ta’ reklamar ta’ kategoriji differenti ta’ dawk li potenzjalment jirreklamaw iżda, peress li hija indirizzata lix-xandara, hija intiża sabiex tippreżerva s-suq tar-reklamar reġjonali għall-organi ta’ televiżjoni reġjonali u lokali. L-impatt ta’ din il-projbizzjoni fuq il-kategoriji differenti ta’ dawk li potenzjalment jużaw servizzi ta’ reklamar ma jirriżultax b’mod dirett minn din il-leġiżlazzjoni, iżda mis-sitwazzjoni li fiha jinsabu dawn l‑operaturi differenti minħabba, b’mod partikolari, id-daqs ekonomiku tagħhom. Ir-regoli, għall-kuntrarju, huma l-istess għal kulħadd, Issa, il‑prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jiġi interpretat bħala li jirrikjedi li jkun hemm regoli tad-dritt għall‑bżonnijiet speċifiċi ta’ kull parti f’kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għalhekk, jiena ma naħsibx li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludi projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 56 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 56 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl‑Artikolu 7(11) tar-RStV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dan l-artikolu tat-trattat jipprojbixxi kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjonijiet transkonfinali, sakemm din ir‑restrizzjoni ma tkunx iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li x-xandir ta’ messaġġi televiżivi, inklużi messaġġi ta’ reklamar, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt l-Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, diġà, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740430">30 ta’ April 1974</DATE>, <NAME.CASE>Sacchi</NAME.CASE> (<NO.CASE>155/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:40">EU:C:1974:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal applikazzjoni reċenti, ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>TV Play Baltic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑87/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1063">EU:C:2019:1063</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Taħt il-libertà stabbilita b’dan l‑artikolu, taqa’ wkoll il-possibbiltà, għal dawk li potenzjalment jirreklamaw, li jibbenefikaw minn servizzi ta’ reklamar televiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Dermoestética</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Issa, għandhom jiġu kkunsidrati bħala restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi l-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew irendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Dermoestética</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan japplika iktar u iktar meta dawk li potenzjalment jirreklamaw ikunu ġejjin minn Stati Membri oħra, għaliex ir-restrizzjonijiet tal-possibbilitajiet li jibbenefikaw minn servizzi ta’ reklamar jagħmlu iktar diffiċli għalihom l-aċċess għas-suq tal-Istat Membru li jkun stabilixxa dawn ir‑restrizzjonijiet. Tali restrizzjonijiet jistgħu jeżistu, b’mod partikolari, meta r-reklamar għall-attività ta’ dak li potenzjalment jirreklama jkun permissibbli biss fuq il-kanali tat-televiżjoni lokali, filwaqt li jkun ipprojbit fuq dawk tat-televiżjoni nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Dermoestética</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Sitwazzjoni simili tista’ tiġi identifikata f’din il-kawża. Ir‑rikorrenti fil-kawża prinċipali, kumpannija rregolata mid-dritt Awstrijak, tiġġestixxi katina ta’ ħwienet tal-moda fl-Awstrija. Hija tixtieq tkabbar l-attività tagħha, billi tistabbilixxi ruħha ukoll fil‑Ġermanja, iżda biss fuq parti tat-territorju ta’ dan l-Istat Membru, jiġifieri f’Bayern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tixtieq tuża servizzi ta’ reklamar televiżiv. Madankollu, minħabba l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV, hija ma tistax titlob ix-xandir ta’ reklamar limitat għat-territorju ta’ Bayern fuq kanal tat-televiżjoni nazzjonali, kif kellha l-intenzjoni li tagħmel meta ffirmat kuntratt f’dan is-sens mal-konvenuta fil-kawża prinċipali. L-uniku għażliet li għandha quddiemha huma li tixtri ħin ta’ reklamar fil-livell nazzjonali fuq kanal tat-televiżjoni nazzjonali, jew li tirrikorri għas-servizzi tat-televiżjoni reġjonali u lokali. Ir-rikorrenti tispjega li madankollu l-ebda waħda minn dawn l-għażliet ma tissodisfa l-bżonnijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ir-reklamar fil-livell nazzjonali huwa wisq għoli u, sa ċertu punt, inutli, għaliex prinċipalament ikopri t-territorju li fuqu r-rikorrenti ma tixtieqx twettaq attività. Tali reklamar għalhekk ma jħallix profitt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali targumenta wkoll li r-reklamar fil-livell nazzjonali jista’ jkun ta’ preġudizzju għaliha, inkwantu jista’ jwassal għal domanda li hija ma tkunx f’pożizzjoni li tissodisfa. Madankollu jidhirli li dan l-argument huwa purament ipotetiku, għaliex ma hemm xejn li jiggarantixxi tali suċċess tal-offerta tar-rikorrenti marbuta mar-reklamar televiżiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-reklamar fuq kanali ta’ televiżjoni reġjonali u lokali, dan ma jippermettix li jintlaħqu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mir-rikorrenti. L-ewwel nett, dawn il-kanali jirrapreżentaw biss parti żgħira mit-telespettaturi (madwar 5 % tal-udjenza tat-televiżjoni skont id-data tar-rikorrenti). It-tieni nett, il-pubbliku ta’ dawn il-kanali reġjonali u lokali lanqas ma huwa l-mira tar-rikorrenti. Fil-fatt, l-interess tar-rikorrenti huwa li r-reklamar jixxandar qabel jew wara programmi ta’ televiżjoni li jistgħu jinteressaw lill-klijenti potenzjali tar-rikorrenti, jiġifieri l-klijentela ta’ oġġetti tal-moda. Issa, dan it-tip ta’ programmi jixxandar fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali, filwaqt li l-kanali reġjonali u lokali huma kkonċentrati fuq is-suġġetti ta’ attwalità lokali u jattiraw pubbliku differenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>B’hekk, l-impossibbiltà li tibbenefika minn reklamar limitat għat‑territorju ta’ Bayern fuq kanal tat-televiżjoni nazzjonali, li tirriżulta mill-projbizzjoni fl-Artikolu 7(11) tar-RStV, minkejja li tali reklamar huwa teknikament possibbli u li l-konvenuta fil-kawża prinċipali hija disposta li tagħti tali servizz, qiegħed jagħmel l-aċċess tar-rikorrenti għas-suq Ġermaniż iktar diffiċli. Dan huwa dovut, b’mod partikolari, għall-fatt li hija qiegħda f’kompetizzjoni mal-ktajjen ta’ ħwienet tal-moda li joperaw fil-livell nazzjonali, li għalihom ir-reklamar fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali li jkopri t-territorju nazzjonali kollha huwa perfettament adatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma għandix dubju li l-projbizzjoni ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali ta’ televiżjoni nazzjonali, li tinsab fl‑Artikolu 7(11) tar-RStV, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi protetta mill-Artikolu 56 TFUE. Il-fatt li r-RStV tħalli l-possibbiltà lil-Länder li jippermettu r-reklamar reġjonali fit-territorji tagħhom ma jibdel xejn minn din l-evalwazzjoni għaliex, minn naħa waħda, din hija dejjem suġġetta għal deċiżjoni ta’ kull Land u, min-naħa l‑oħra, sa issa ħadd minnhom ma ppermetta tali reklamar, u b’hekk din il-possibbiltà baqgħet purament teoretika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Issa għandu jiġi evalwat jekk din ir-restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata minnha raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi protetta bl-Artikolu 56 TFUE tista’ tiġi ġġustifikata, meta tkun tissodisfa raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, sa fejn din tkun tista’ tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>TV Play Baltic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑87/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1063">EU:C:2019:1063</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu juri n-natura ġġustifikata tal-miżura li għandu l‑intenzjoni jadotta jew iżomm fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jinvoka bħala ġustifikazzjoni ż-żamma tal‑pluraliżmu ta’ opinjonijiet fil-livell reġjonali, li għaliha l-eżistenza tal‑kanali tat-televiżjoni reġjonali u lokali hija importanti ferm. Skont dan il-gvern, il-fatt li jirriżerva, permezz tal-Artikolu 7(11) tar-RStV, is-suq tar-reklamar reġjonali għall-organi tax-xandir reġjonali u lokali huwa neċessarju sabiex jiżgura s-sovravivenza ekonomika tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li r‑raġunijiet ta’ politika kulturali relatati maż-żamma tal-pluraliżmu tal‑media jistgħu jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fatt, dawn il-miżuri jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata l-libertà tal-espressjoni, protetta mill-Artikolu 11 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, dwar id-dritt ta’ moviment liberu tal-merkanzija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970626">26 ta’ Ġunju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Familiapress</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:325">EU:C:1997:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>United Pan-Europe Communications Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:783">EU:C:2007:783</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>TV Play Baltic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑87/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1063">EU:C:2019:1063</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jidher li l-istess raġunament jista’ jiġi applikat f’din il-kawża. B’mod naturali, it-televiżjonijiet reġjonali u lokali jittrattaw suġġetti ta’ interess lokali li ma humiex jew li huma preżenti ftit ħafna fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali. B’hekk, dawn it-televiżjonijiet jikkontribwixxu għad-dibattitu pubbliku u, b’hekk, għall-pluraliżmu ta’ opinjonijiet fuq dawn is-suġġetti. L-importanza tal-media reġjonali u lokali għaż-żamma tal-pluraliżmu ta’ opinjonijiet u għad-demokrazija parteċipattiva hija enfasizzata wkoll minn diversi organi tal-Kunsill tal‑Ewropa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara McGonagle, T., u van Eijk, N., f’: Observatoire européen de l’audiovisuel, <HT TYPE="ITALIC">IRIS Spécial</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>La télévision régionale et locale en Europe<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, Strasbourg 2016, p. 12 sa 20 u d-dokumenti ċċitati.</P></NOTE>. Miżura li jkollha l-għan li tiżgura l-possibbiltà ta’ funzjonament tat-televiżjonijiet reġjonali u lokali, filwaqt li tirriżervalhom is-suq tar-reklamar reġjonali u tiżguralhom b’hekk sors ta’ finanzjament, jidhirli li tista’ tiġi ġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali ta’ politika kulturali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-miżura, sabiex tkun konformi mal‑Artikolu 56 TFUE, għandha tkun xierqa sabiex tiżgura li jintlaħaq l-għan li għandu jintlaħaq u tkun proporzjonata, fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Huwa proprju fuq dawn iż-żewġ aspetti li kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-partijiet fil-kawża prinċipali għandhom xi dubji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura xierqa tal-miżura nazzjonali inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar in-natura sistematika u koerenti tal-miżura inkwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tiċċita s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>HIT u HIT LARIX</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑176/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:454">EU:C:2012:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Dermoestética</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, minħabba l-fatt li reklamar indirizzat għal ċerti kategoriji ta’ utenti huwa permissibbli fuq l-internet, b’mod partikolari b’rabta ma’ servizzi ta’ media awdjoviżivi mhux lineari pprovduti fuq dan in-netwerk. Il-partijiet fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni jqajmu argumenti simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jiena ma iniex konvint minn dawn l-argumenti. Kif diġà semmejt dwar il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ir-reklamar fuq l-internet jopera b’mod totalment differenti mir-reklamar televiżiv. Minn naħa waħda, ir-reklamar fuq l-internet huwa teknikament indipendenti mill‑kontenut li miegħu huwa assoċjat. Anki jekk l-utent għandu l‑impressjoni li r-reklamar huwa parti integrali minn dan il-kontenut, dan madankollu jkun ġej, fil-fatt, minn sors differenti. Min-naħa l-oħra, il‑fornituri tas-servizzi fuq l-internet, bis-saħħa tal-informazzjoni li huma jiġbru fuq l-utenti tagħhom, jistgħu jiffukaw ir-reklamar fuq kull utent tal-internet b’mod individwali, skont l-interessi partikolari li huma attribwiti lejh abbażi tal-informazzjoni miġbura. Is-sitwazzjoni ġeografika tal-utent hija biss wieħed mill-elementi meħuda inkunsiderazzjoni. Konsegwentement, filwaqt li jkun qed jara l-istess kontenut fuq l-internet, kull utent jista’ jirċievi għażla ta’ reklamar partikolari għalih, differenti minn dik ta’ utenti oħra. Dan il-mekkaniżmu huwa ħafna iktar sofistikat mit-tqassim ġeografiku tar-reklamar televiżiv kopert bil-miżura nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Li s-servizzi pprovduti mill-internet jikkostitwixxu kompetizzjoni għall-organi ta’ xandir reġjonali u lokali fis-suq tar-reklamar u theddida għad-dħul tagħhom minn dan is-suq huwa reali, iżda dan ma jaqax fil‑kompetenzi leġiżlattivi tal-Länder, anki jekk biss minħabba l-fatt li d-Direttiva 2000/31 tillimita b’mod qawwi l-kapaċità tal-Istati Membri li jirregolaw dawn is‑servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>F’dak li jirrigwarda s-servizzi tal-media awdjoviżiva fuq l-internet, id‑Direttiva 2010/13 tipprevedi numru limitat ta’ restrizzjonijiet għar-reklamar. Dawn ir-restrizzjonijiet madankollu ma jirrigwardawx il-portata ġeografika ta’ dan ir-reklamar.</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-isfidi li tirrapreżenta r‑regolamentazzjoni tal-internet huma totalment differenti minn dawk li tqajjem ir-regolamentazzjoni tat-televiżjoni. Issa, Stat Membru ma jistax jiġi kkritikat, kif tagħmel il-Kummissjoni, li ma rregolax dak li ma jaqax taħt is-setgħa leġiżlattiva tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, lanqas ma nara l-analoġija bejn din il-kawża u dik li tat lok għas-sentenza Corporación Dermoestética<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din il-kawża tirrigwarda projbizzjoni ta’ reklamar għat-trattamenti mediċinali u kirurġiċi. Madankollu, din il-projobizzjoni kienet tirrigwarda biss il‑kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bl-esklużjoni tal-kanali reġjonali, li fuqhom tali reklamar kien ammissibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali sistema kienet inkoerenti u, konsegwentament, kuntrarja għall-Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Dermoestética</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑500/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minn naħa l-oħra, l-għan tal-miżura nazzjonali inkwistjoni f’din il-kawża ma huwiex li tipprojbixxi jew tillimita r‑reklamar kollu indirizzat għal kategorija ta’ telespettaturi, iżda li tirriżerva suq speċifiku, dak tar-reklamar televiżiv reġjonali, kif eżistenti, għall-organi ta’ xandir televiżiv reġjonali u lokali. L-eżistenza ta’ reklamar indirizzat fuq kanali oħra ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari fuq l‑internet, għalhekk ma tikkontestax il-koerenza ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jidhirlix li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>konverġenza tal-media<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, b’mod partikolari dik tat-televiżjoni u tal-internet, imsemmija mill-konvenuta fil-kawża prinċipali, tista’ tikkontesta din il-konstatazzjoni. Din il‑konverġenza ma hijiex ħlief proċess li, sakemm dawn iż-żewġ media huma s-suġġett ta’ leġiżlazzjonijiet differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fil-livell tad-dritt tal-Unjoni, id-Direttiva 2010/13, mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-televiżjoni, u d-Direttiva 2000/31.</P></NOTE>, ma jistax jintlaħaq faċilment. Għalhekk ma naqbilx mal-opinjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan‑natura allegatament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>anakronika<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-miżura nazzjonali inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ, din il-miżura ma hijiex iktar anakronika mil‑leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda tipi differenti ta’ media.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sostnuta fuq dan il‑punt, bħal fuq l-oħrajn ukoll, mill-konvenuta fil-kawża prinċipali, tikkontesta l-premessa li fuqha hija bbażata l-miżura nazzjonali inkwistjoni, jiġifieri li l-ftuħ tas-suq tar-reklamar reġjonali għall-kanali tat-televiżjoni nazzjonali joħloq preġudizzju kunsiderevoli għall‑finanzjament tal-organi tax-xandir reġjonali u lokali. Dan l‑argument huwa bbażat, b’mod partikolari, fuq studju li sar fuq talba tal‑konvenuta fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Dewenter, R., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Führt das Verbot regionaler Fernsehwerbung auf bundesweiten Programmen zu einer Förderung von lokalen/regionalen Programmen?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (https://www.hsu-hh.de/ioek/wp-content/uploads/sites/520/2020/01/Gutachten_P7S1_Dewenter_final.pdf).</P></NOTE>. Skont dan l-istudju, dawk li jirreklamaw li jistgħu jibbenefikaw minn reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma humiex l-istess bħal dawk li jużaw is-servizzi ta’ reklamar tal-kanali reġjonali u lokali. B’hekk, il-ftuħ ta’ dan is-suq għall-kanali nazzjonali ma għandux bħala konsegwenza telf sinjifikattiv tad-dħul għall-kanali reġjonali u lokali. Għall-kuntrarju, huwa r-reklamar fuq l-internet li jikkawża, skont dan l-istudju, preġudizzju għad-dħul ta’ dawn il-kanali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, mingħajr ma rrid nidħol fil-polemika dwar evalwazzjonijiet fattwali, jidhirli li huwa diffiċli li jiġi previst b’ċertezza l-aġir futur tal-atturi tas-suq f’ambjent ġuridiku mibdul, b’mod partikolari għaliex dawn għandhom tendenza li jadattaw l-aġir tagħhom għal tali bidliet. Barra minn hekk, ladarba jiġi aċċettat il-prinċipju tar-reklamar reġjonali, xejn ma jipprekludi lill-kanali tat-televiżjoni nazzjonali milli jipproponu wkoll servizzi ta’ reklamar fil-livell subreġjonali u lokali, jiġifieri fil-livell li bħalissa jintuża, skont l-istudju hawn fuq imsemmi, mill-organi tax-xandir reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>B’hekk, l-idea li d-dħul fis-suq tar-reklamar reġjonali ta’ atturi tant b’saħħithom bħall-kanali tat-televiżjoni nazzjonali jista’ jinterferixxi b’mod qawwi fuq l-ishma ta’ dan is-suq miżmuma fir-realtà mill-organi tax-xandir reġjonali u lokali, ma jidhirlix li hija manifestament infondata. Għalhekk naħseb li l-leġiżlatur Ġermaniż, fil-qafas tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu, kien korrett li jibbaża ruħu fuq din il-premessa meta introduċa l-projbizzjoni tar-reklamar reġjonali fuq il-kanali tat‑televiżjoni nazzjonali. Issa, peress li hija miżura intiża sabiex tipproteġi l-libertà ta’ espressjoni protetta bl-Artikolu 11 tal‑Karta, il‑marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur nazzjonali hija partikolarment sinjifikattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>United Pan-Europe Communications Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:783">EU:C:2007:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Biex nikkonkludi din il-parti, jiena tal-opinjoni li l-leġiżlatur Ġermaniż, fil-qafas tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu, kien korrett li jqis li d-dħul tal-kanali tat-televiżjoni nazzjonali fis-suq tar‑reklamar reġjonali seta’ jikkawża preġudizzju għall-finanzjament tal‑organi tax-xandir reġjonali u lokali, u b’hekk jhedded il-pluraliżmu ta’ opinjonijiet fil-livell reġjonali li għalih dawn l-organi jikkontribwixxu. Il-miżura nazzjonali inkwistjoni għalhekk jidhirli li hija adattata għat‑twettiq tal-għan li jikkonsisti fil-protezzjoni ta’ dan il-pluraliżmu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ reklamar immirat għall-utenti partikolari fuq l-internet ma jikkontestax il-koerenza ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tal-miżura nazzjonali inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Sabiex restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tkun iġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija ma għandhiex tkun biss adatta għat-twettiq tal-għan li għandu jintlaħaq, iżda għandha tkun proporzjonata miegħu, jiġifieri ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Il-kwistjoni li tqum hija għalhekk dik dwar jekk miżuri oħra jistgħux jippermettu li jintlaħaq l-istess għan, filwaqt li jirriżultaw fl-istess ħin f’inqas restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Kemm il-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll il-Kummissjoni jikkontestaw il-proporzjonalità tal-miżura nazzjonali filwaqt li jiddikjaraw li din tikkawża preġudizzju sinjifikattiv għall-possibbiltajiet ta’ reklamar tar-rikorrenti, filwaqt li tagħti biss benefiċċju limitat ferm lill-operaturi tax-xandir reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-argument huwa bbażat fuq il-fatt li dawn il‑persuni kkonċernati ma jaqblux li din il-miżura hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex. Issa, kif spjegajt, in-natura mhux xierqa tal‑imsemmija miżura pparagunata mal-għan tagħha ma jidhirlix li hija ppruvata. B’hekk, jekk jiġi aċċettat li l-miżura inkwistjoni hija xierqa għall-għan tagħha, il-bilanċ tal-interessi inkwistjoni, jiġifieri dawk tal‑impriżi li jixtiequ jippromwovu lilhom infushom permezz ta’ reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali u dawk ta’ organi ta’ xandir reġjonali u lokali, jiġi ppreżentat minn perspettiva oħra. Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, il-leġiżlatur Ġermaniż seta’ leġittimament jikkunsidra li l-interess pubbliku għall-eżistenza tal-imsemmija organi u l-kontribut tagħhom għad-diskussjoni pubblika fil-livell reġjonali u lokali kien jipprevali fuq l-interess privat tal-impriżi sabiex jippromwovu lilhom innifishom permezz ta’ kanal partikolari ta’ komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għalhekk jibqa’ li jiġi mistoqsi jekk jeżistux miżuri oħra inqas restrittivi li jippermettu li jintlaħaq dan l-għan ta’ protezzjoni tal‑pluraliżmu tal-media fil-livell reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tinvoka, dwar dan is-suġġett, is‑soluzzjoni fis-seħħ fl-Awstrija, l-Istat Membru tal-oriġini tagħha. Din is-soluzzjoni hija li tiżgura l-finanzjament tal-kanali tat-televiżjoni pubbliċi permezz ta’ tariffa, flimkiem ma’ projbizzjoni ta’ reklamar, u tħalli libertà f’dak li jirrigwarda r-reklamar, inkluż dak reġjonali, lill‑kanali privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li Stat Membru jimponi regoli inqas stretti minn dawk imposti minn Stat Membru ieħor ma jfissirx li dawn tal-aħħar huma sproporzjonati, u għalhekk, inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950510">10 ta’ Mejju 1995</DATE>, <NAME.CASE>Alpine Investments</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑384/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:126">EU:C:1995:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040713">13 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:431">EU:C:2004:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll, reċentement, tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190918">18 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>VIPA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑222/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:751">EU:C:2019:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’hekk, l-eżistenza ta’ regoli inqas ristretti fl-Awstrija ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala prova ta’ nuqqas ta’ proporzjonalità tal-miżura Ġermaniża inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-finanzjament tal-media mill-fondi pubbliċi jista’ jikkostitwixxi soluzzjoni għal ċerti problemi, dan jista’ jqajjem ukoll mistoqsijiet f’dak li jirrigwarda l-indipendenza reali ta’ dawn il-media. Minn din il-perspettiva, il-fatt li jkollhom riżorsi tagħhom, pereżempju taħt il-forma ta’ dħul mir-reklamar, hija garanzija addizzjonali tal-indipendenza tal-imsemmija media u, għalhekk, tal‑pluraliżmu ta’ opinjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-eżistenza nnifisha tal-klawżola prevista fl‑Artikolu 7(11) tar-RStV, li tippermetti lil-Länder jawtorizzaw, eventwalment taħt ċerti kundizzjonijiet, fit-territorji rispettivi tagħhom, ir-reklamar reġjonali fuq kanali tat-televiżjoni nazzjonali, tissuġġerixxi li r-rilassament tal-projbizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 7 tar-RStV hija possibbli mingħajr ma tikkawża preġudizzju għall-għan li għandu jintlaħaq minn din il-projbizzjoni. Il-fatt li din il-possibbiltà baqgħet ma ġiex applikata sal-lum ma jibdel xejn mill-fatt li l-leġiżlatur Ġermaniż, bl-introduzzjoni ta’ din il-klawżola, irrikonoxxa l-kompatibbiltà ta’ tali eventwali awtorizzazzjoni mal-għanijiet tal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Miżuri oħra inqas restrittivi minn projbizzjoni assoluta tar‑reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali huma possibbli, bħal parteċipazzjoni tal-organi tax-xandir reġjonali u lokali fid-dħul li jkunu kisbu x-xandara nazzjonali minn tali reklamar reġjonali. Tali miżura tista’ tirrikonċilja l-interessi ta’ dawk li potenzjalment jirreklamaw, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma’ dawk tal-organi tax-xandir reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Finalment hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ‑ċirkustanzi partikolari legali u fattwali fil-Ġermanja, il-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni u, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ eventwali miżuri inqas restrittivi. Sabiex din l-evalwazzjoni tkun realistika, din il-qorti għandha tikkunsidra biss il-miżuri li effettivament jistgħu jiġu applikati mil-leġiżlatur nazzjonali. Fil-fatt, ma jiswa xejn li tiġi ċċensurata l-miżura eżistenti minħabba miżuri inqas restrittivi, iżda li huma purament teoretiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Proposta ta’ risposta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r‑risposta għall-ewwel tliet domandi preliminari tkun li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13 u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux projbizzjoni tar‑reklamar reġjonali fuq il-kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV. L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali projbizzjoni, sakemm ma jeżistux miżuri inqas restrittivi li l-leġiżlatur nazzjonali jkun f’pożizzjoni li realistikament jintroduċi, li jistgħu jippermettu li jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-pluraliżmu ta’ opinjonijiet fil-livell reġjonali u lokali, u dan huwa l‑qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 11 tal-Karta għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi projbizzjoni tar-reklamar reġjonali fuq il-kanali tat‑televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(11) tar-RStV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tispjegax il-bażi tad-dubju tagħha fir‑rigward tal-konformità tal-miżura nazzjonali inkwistjoni mal‑Artikolu 11 tal-Karta. L-istess japplika għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali u għall-Kummissjoni, li jiddikjaraw biss li din il-miżura tikser l-imsemmija dispożizzjoni tal-Karta. Madankollu, din il-kwistjoni għandha tiġi analizzata sabiex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju għad‑domanda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Kif korrettament tosserva l-Kummissjoni, il-Karta hija applikabbli għall-każ inkwistjoni. Fil-fatt, hija intiża li tapplika, fost l-oħrajn, fil‑każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkostitwixxi restrizzjoni għal libertà tas-suq intern u l-Istat Membru jinvoka raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali sabiex jiġġustifika din ir-restrizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Użufrutt fuq artijiet agrikoli)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:432">EU:C:2019:432</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, sa fejn din tinkludi drittijiet li jikkorrispondu mad-drittijiet protetti mill-KEDB, is-sens u l-portata tagħhom huma l-istess bħal dawk mogħtija minn din il-konvenzjoni. Il‑libertà ta’ espressjoni hija protetta mill-Artikolu 10 tal-KEDB. Issa, is‑sens u l-portata tad-drittijiet mogħtija f’din il-konvenzjoni huma ddefiniti fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Skont din il-ġurisprudenza, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il‑libertà ta’ espressjoni tapplika għall-espressjoni kummerċjali u għar‑reklamar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara Qorti EDB, <DATE ISO="20130716">16 ta’ Lulju 2013</DATE>, Remuszko vs Il-Polonja (CE:ECHR:2013:0716JUD000156210, § 59).</P></NOTE>. Minn dan jirriżulta li l-miżura nazzjonali inkwistjoni f’din il-kawża, li tillimita l-possibbiltajiet ta’ reklamar tar-rikorrenti fil‑kawża prinċipali, għandha tiġi analizzata bħala restrizzjoni għal‑libertà ta’ espressjoni protetta mill-Artikolu 10 tal-KEDB u mill‑Artikolu 11 tal‑Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, il-limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rrikonoxxuti minn din il-Karta hija possibbli, sakemm tkun prevista mil-liġi, tkun tirrispetta l-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u libertajiet u li tkun effettivament tindirizza għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Riżerva simili tinsab, f’dak li jirrigwarda l-libertà ta’ espressjoni, fl-Artikolu 10(2) tal-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-miżura nazzjonali inkwistjoni f’din il-kawża għandha l-għan li tipproteġi l-pluraliżmu tal-media, valur rrikonoxxut b’mod espress fl‑Artikolu 11(2) tal-Karta. Issa, skont ġurisprudenza stabbilita mill‑Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) tal-KEDB, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[i]l‑portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati kontraenti fil-qasam tvarja skont diversi elementi, fosthom it-tip ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>diskors<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> jew ta’ informazzjoni inkwistjoni li għandhom importanza partikolari. B’hekk, minkejja li l-Artikolu 10[(2)] tal-[KEDB] ma tantx jipprovdi għal restrizzjonijiet għal-libertà tal-espressjoni fil-qasam politiku, pereżempju, l-Istati kontraenti għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ meta jilleġiżlaw dwar il-libertà tal-espressjoni fil-qasam kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Qorti EDB, <DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, Ashby Donald <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Franza (CE:ECHR:2013:0110JUD003676908, § 39).</P></NOTE>. Dan il-prinċipju diġà ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-applikazzjoni tad-drittijiet fundamentali fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>RTL Television</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:580">EU:C:2003:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>peress li l-għan li għandu jintlaħaq huwa dak tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> u li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>drittijiet u libertajiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> huma fost dawk protetti mill-[KEDB] jew il-Protokolli tagħha, għandu jiġi aċċettat li l-ħtieġa li jiġu protetti tista’ twassal lill‑Istati sabiex jirrestrinġu drittijiet jew libertajiet oħra protetti wkoll mill‑[KEDB]. L-ibbilanċjar tal-interessi eventwalment kontradittorji ta’ wieħed jew ieħor huwa għalhekk diffiċli li jsir, u l-Istati kontraenti għandu jkollhom, f’dan ir-rigward, marġni ta’ diskrezzjoni sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Qorti EDB, <DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, Ashby Donald <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Franza (CE:ECHR:2013:0110JUD003676908, § 40).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, bl-adozzjoni tal-miżura nazzjonali inkwistjoni, il-leġiżlatur Ġermaniż ma marx lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu fl-eżerċizzju ta’ bbilanċjar, minn naħa waħda, tal-libertà ta’ espressjoni kummerċjali u, min-naħa l-oħra, tal-interess tal-protezzjoni tal-pluraliżmu ta’ opinjonijiet u tal-media.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa partikolarment importanti li jiġi osservat li l-miżura inkwistjoni ma fiha l-ebda projbizzjoni ta’ reklamar għall‑prodotti jew għat-trade mark tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. L‑effetti tagħha huma limitati sabiex jirrestrinġu l-possibbiltà tar‑rikorrenti li tippromwovi ruħha permezz ta’ mezz wieħed ta’ komunikazzjoni, jiġifieri l-kanali tat-televiżjoni nazzjonali permezz tar‑reklamar reġjonali. Minkejja li huwa l-mezz ta’ reklamar l-iktar ta’ profitt skont ir-rikorrenti, xorta jibqa’ l-fatt li mezzi oħra promozzjonali huma miftuħa għaliha, b’mod partikolari r-reklamar fuq<?PAGE NO="15"?> l-internet li r‑rikorrenti stess tippreżenta bħala li kien kważi ekwivalenti għar‑reklamar televiżiv. B’hekk, f’dak li jirrigwarda l-libertà ta’ espressjoni tar-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li l-miżura nazzjonali inkwistjoni ma taffettwax il-kontenut essenzjali tad-drittijiet tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Philip Morris Brands <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑547/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:325">EU:C:2016:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0151">151</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L‑iktar li tista’ taffettwa huma l-opportunitajiet kummerċjali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li r-risposta għar-raba’ domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 11 tal-Karta għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix projbizzjoni tar-reklamar reġjonali fuq il-kanali tat‑televiżjoni nazzjonali, bħal dik fl-Artikolu 7(11) tar-RStV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li għandha tingħata r-risposta segwenti għad-domandi preliminari magħmula mil‑Landgericht Stuttgart (il-Qorti Reġjonali ta’ Stuttgart, il-Ġermanja):</TXT><P>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE> dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), il‑prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll l-Artikolu 11 tal-Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux projbizzjoni tar-reklamar reġjonali fuq il‑kanali tat-televiżjoni nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 7(11) tal‑iStaatsvertrag für Rundfunk und Telemedien (it-Trattat tal-Istat dwar ix‑Xandir u l-Media Televiżivi), tal-<DATE ISO="19910831">31 ta’ Awwissu 1991</DATE>, kif emendat bl-Achtzehnter Rundfunkänderungsstaatsvertrag (it-18-il Trattat tal-Istat ta’ Emenda dwar ix-Xandir), tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</P><P>L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali projbizzjoni, sakemm ma jeżistux miżuri inqas restrittivi li l-leġiżlatur nazzjonali jista’ realistikament jintroduċi, li jippermettu li jintlaħaq l‑għan ta’ protezzjoni tal-pluraliżmu ta’ opinjonijiet fil-livell reġjonali u lokali, u dan huwa l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>