<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑282/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0282</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:629">EU:C:2013:629</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT- <DATE ISO="20131003">3.10.2013</DATE> – KAWŻA C‑282/12</P><P>ITELCAR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Interessi mħallsa minn kumpanniji residenti bi ħlas għall-fondi mislufa minn kumpannija stabbilita f’pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>relazzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> bejn dawn il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ nuqqas ta’ finanzjament</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis tal-interessi marbuta mal-parti mid-dejn ikkunsidrata eċċessiva</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà ta’ tnaqqis fil-każ ta’ interessi mħallsa lil kumpannija residenti fit-territorju nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Frodi u evażjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Arranġamenti purament artifiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni sħiħa</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑282/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20120529">29 ta’ Mejju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Itelcar — Automóveis de Aluguer Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fazenda Pública,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Lenaerts, Vici President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Itelcar — Automóveis de Aluguer Lda, minn P. Vidal Matos u D. Ortigão Ramos, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u J. Menezes Leitão kif ukoll minn A. Cunha, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Afonso u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 56 KE u 58 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Itelcar — Automóveis de Aluguer Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Itelcar<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Fazenda Pública (Teżor Pubbliku) dwar in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis parzjali ta’ interessi mħallsa lil GE Capital Fleet Services International Holding, Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>GE Capital<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija Amerikana, bi ħlas għal għotjiet ta’ self minn din il-kumpannija lil Itelcar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-kodiċi tat-taxxa fuq il-kumpanniji (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mid-Digriet-Liġi Nru 198/2001, tat-<DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, kif emendat bil-Liġi Nru 60-A/2005, tat-<DATE ISO="20051230">30 ta’ Diċembru 2005</DATE> (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>CIRC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jipprovdi fl-Artikolu 61 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Nuqqas ta’ finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="061.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta d-dejn ta’ persuna taxxabbli lejn entità li ma tirrisjedix fit-territorju Portugiż jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, li magħha għandha relazzjonijiet speċjali, skont id-definizzjoni li tidher fl-Artikolu 58(4) bl-adazzjonijiet neċessarji, huwa eċċessiv, l-interessi marbuta mal-parti kkunsidrata bħala eċċessiva ma jistgħux jitnaqqsu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt intaxxat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Hija meqjusa li tinvolvi relazzjonijiet speċjali s-sitwazzjoni ta’ dejn tal-persuna taxxabbli lejn terz li ma jirrisjedix fit-territorju Portugiż jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, li fih waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) ipprovdiet approvazzjoni jew garanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ikun hemm eċċess ta’ dejn meta l-ammont tad-dejn lejn kull waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikun, fi kwalunkwe żmien matul is-sena fiskali, iktar mid-doppju tal-ammont tal-parteċipazzjoni tagħha fil-kapital proprju tal-persuna taxxabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Huma meħudin inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tad-dejn, il-forom kollha ta’ kreditu, fi flus jew <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, ikun li jkun it-tip ta’ remunerazzjoni miftiehem, maqbul mal-entità li magħha jeżistu relazzjonijiet speċjali, inklużi l-krediti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet kummerċjali, meta jkunu għaddew iktar minn sitt xhur mid-data ta’ eżiġibbiltà tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-kalkolu tal-kapital proprju, il-kapital azzjonarju sottoskritt u mħallas jiżdied mat-taqsimiet l-oħra kklassifikati bħala tali mil-leġiżlazzjoni ta’ kontabbiltà fis-seħħ, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jissarfu fi qligħ jew telf potenzjali jew mhux realizzat, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet mhux awtorizzati mil-leġiżlazzjoni fiskali jew mill-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwivalenza patrimonjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Bl-eċċezzjoni tal-każijiet ta’ dejn lejn entità residenti f’pajjiż, territorju jew reġjun bi skema fiskali nettament iktar favorevoli li jidher fil-lista approvata b’ordni tal-Ministru tal-Istat u l-Finanzi, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma humiex applikabbli jekk, meta l-koeffiċjent imsemmi fil-paragrafu 3 jkun inqabeż, il-persuna taxxabbli turi, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni t-tip ta’ attività, is-settur li taħtu hija taqa’, id-dimensjoni u kriterji rilevanti oħra, u fid-dawl ta’ profil<?PAGE NO="3"?> tar-riskju tal-operazzjoni li ma tippresupponix l-involviment ta’ entitajiet li magħhom hija għandha relazzjoni speċjali, li hija setgħet tikseb l-istess livell ta’ dejn, b’kundizzjonijiet simili, minn entità indipendenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="061.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prova msemmija fil-paragrafu 6 għandha tinkludi l-fajl fiskali li għalih jirreferi l-Artikolu 121.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 58(4) taċ-CIRC, li għalih jirreferi l-Artikolu 61(1) u (2) ta’ dan il-kodiċi, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Wieħed jikkunsidra li jeżistu relazzjonijiet speċjali bejn żewġ entitajiet fis-sitwazzjonijiet li fihom waħda għandha l-poter teżerċita, direttament jew indirettament, influwenza sinjifikattiva fuq id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-oħra, liema fatt huwa kkunsidrat bħala stabbilit, b’mod partikolari, bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>entità u l-proprjetarji tal-kapital tagħha, jew il-konjuġi tagħhom, axxendenti jew dixxendenti, li għandhom, direttament jew indirettament, sehem ta’ mhux inqas minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>entitajiet li fihom l-istess proprjetarji tal-kapital, il-konjuġi tagħhom, axxendenti jew dixxendenti għandhom, direttament jew indirettament, sehem ta’ mhux inqas minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>entità u l-membri tal-korpi soċjali tagħha, jew tal-korp kollu tal-amministrazzjoni, tmexxija, ġestjoni jew kontroll, u l-konjuġi tagħhom, axxendenti jew dixxendenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>entitajiet li fihom il-maġġoranza tal-membri tal-korpi soċjali, jew tal-membri ta’ kwalunkwe korp tal-amministrazzjoni, tmexxija, ġestjoni jew kontroll, ikunu l-istess persuni jew, fil-każ ta’ persuni differenti, ikunu marbuta bejniethom permezz ta’ żwieġ, unjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> legalment irrikonoxxuta jew relazzjoni f’linja dritta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>entitajiet marbuta permezz ta’ kuntratt ta’ subordinazzjoni, ta’ grupp ta’ parità jew ta’ effett ekwivalenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>impriżi li għandhom relazzjoni ta’ dominazzjoni, fit-termini li fihom din tal-aħħar hija ddefinita fit-testi li jistabbilixxu l-obbligu li jitħejjew kontijiet finanzjarji kkonsolidati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ġ)</NO.P><TXT>entitajiet li bejniethom, minħabba relazzjonijiet kummerċjali, finanzjarji, professjonali jew legali li jeżistu bejniethom, stabbiliti jew ipprattikati direttament jew indirettament, teżisti sitwazzjoni ta’ dipendenza <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fl-eżerċizzju tal-attività kkonċernata, b’mod partikolari meta waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin tirriżulta bejniethom:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-eżerċizzju tal-attività ta’ waħda tiddependi essenzjalment miċ-ċessjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà industrijali jew intellettwali jew ta’ kompetenzi miżmumin mill-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ materja prima jew l-aċċess għal netwerks ta’ bejgħ ta’ prodotti, oġġetti jew servizzi minn waħda dipendenti essenzjalment mill-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>parti sostanzjali tal-attività ta’ waħda ma tistax titwettaq ħlief bl-oħra jew tiddependi mid-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>id-dritt li jiġu ffissati l-prezzijiet jew il-kundizzjonijiet tal-effett ekonomiku ekwivalenti dwar oġġetti jew servizzi nnegozjati, ipprovduti jew akkwistati minn waħda jappartjeni, abbażi ta’ att ġuridiku, lill-oħra;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>abbażi ta’ regoli u kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjonijiet kummerċjali jew legali tagħhom, waħda tista’ tagħmel dipendenti d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-oħra fuq fatti jew ċirkustanzi li ma humiex parti mir-relazzjoni kummerċjali jew professjonali tagħhom stess.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ħ)</NO.P><TXT>entità residenti jew mhux residenti b’stabbiliment permanenti li jinsab fit-territorju Portugiż u entità suġġetta għal skema fiskali nettament iktar favorevoli li tirrisjedi f’pajjiż, territorju jew reġjun li jidher fuq il-lista approvata b’ordni tal-Ministru tal-Istat u tal-Finanzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Itelcar hija kumpannija Portugiża li l-attività ekonomika tagħha tikkonsisti, b’mod partikolari, fil-kiri ta’ vetturi żgħar bil-mutur. Sal-2005, il-kapital azzjonarju tagħha kien kompletament miżmum minn General Electric International (Benelux) BV, kumpannija Belġjana li iktar minn 10 % tal-kapital tagħha huwa miżmum minn GE Capital. Mis-sena 2006, 99.98 % tal-kapital ta’ Itelcar kien miżmum mill-imsemmija kumpannija Belġjana u 0.02 % minn GE Capital.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20010723">23 ta’ Lulju 2001</DATE>, daħal fis-seħħ, għal żmien ta’ għaxar snin, kuntratt ta’ self konkluż bejn Itelcar u GE Capita li jippermetti lill-ewwel kumpannija li tuża linja ta’ kreditu b’korrispettiv tal-pagament tal-interessi bir-rata Euribor, flimkien ma’ firxa (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>spread<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) ta’ 0.5 %.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, il-kreditu effettivament użat minn Itelcar tela’ għal EUR 122 072 179.97 fl-2004, għal EUR 131 772 249.75 fl-2005, għal EUR 212 113 789.46 fl-2006 u għal EUR 272 113 789.46 fl-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Itelcar adixxiet lid-Direttur Ġenerali tat-Taxxi biex turih li, għal kull waħda mis-snin 2004 sa 2007, il-livell tad-dejn tagħha ma’ GE Capital seta’ sar taħt kundizzjonijiet simili ma’ entità indipendenti u li l-firxa tar-rata tal-interessi miftiehma ma’ GE Capital kienet tosserva l-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviżi tal-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE> u tat-<DATE ISO="20090108">8 ta’ Jannar 2009</DATE>, Itelcar ġiet informata bir-rapporti finali tal-ispezzjoni tat-taxxi li ddikjaraw aġġustamenti magħmula għall-bażi taxxabbli tal-imsemmija kumpannija għas-snin 2004 sa 2007 abbażi tal-Artikolu 61 taċ-CIRC. Dawn ir-rapporti kkonstataw eċċess ta’ dejn, fis-sens tal-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, kif ukoll l-insuffiċjenza tal-provi mressqa minn Itelcar għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 tal-istess artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul is-sena 2009, Itelcar ressqet żewġ appelli amministrattivi kontra l-imsemmija aġġustamenti. Peress li dawn l-appelli ġew miċħuda, hija ppreżentat azzjoni ġdida quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Sintra. Din l-azzjoni tal-aħħar ġie parzjalment miċħuda minħabba li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikati f’dan il-każ ma kinux jiksru l-moviment liberu tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Itelcar appellat mis-sentenza tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Sintra quddiem il-qorti tar-rinviju li tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima li tressqet quddiemha tiddependi fuq il-konformità tad-dispożizzjonijiet rilevanti taċ-CIRC mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Central Administrativo Sul iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Artikoli 63 [TFUE] u 65 [TFUE] (l-ex Artikoli 56 [KE] u 58 [KE]) jipprekludu lil leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 61 tal-CIRC [...] li, f’sitwazzjoni fejn persuna taxxabbli li tirrisjedi fil-Portugall għandha dejn ma’ entità ta’ pajjiż terz li miegħu għandha relazzjonijiet speċjali fis-sens tal-Artikolu 58(4) tal-CIRC, ma tippermettix li l-interessi sostnuti u mħallsa minn din il-persuna taxxabbli fuq il-parti mid-dejn meqjusa bħala eċċessiva fis-sens tal-Artikolu 61(3) tal-CIRC, jistgħu<?PAGE NO="5"?> jitnaqqsu inkwantu nfiq fl-istess ċirkustanzi bħall-interessi sostnuti u mħallsa minn persuna taxxabbli li tirrisjedi fil-Portugall, li għandha dejn eċċessiv ma’ entità li tirrisjedi fil-Portugall li magħha għandha relazzjonijiet speċjali?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 56 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jitnaqqsu bħala nfiq, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, l-interessi marbuta mal-parti ta’ dejn ikklassifikata bħala eċċessiva mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali, iżda tippermetti t-tnaqqis ta’ dawn l-interessi mħallsa lil kumpannija li tislef residenti li magħha l-kumpannija li tissellef għandha dawn ir-relazzjonijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-libertà applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 KE għaċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat minnufih li s-self u l-krediti konċessi minn persuni li ma humiex residenti lil residenti jikkostitwixxu movimenti tal-kapital fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kif huwa wkoll indikat fit-Taqsima VIII tan-nomenklatura użata fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu li tħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10) u fin-noti ta’ spjega li jinsabu fl-imsemmi anness (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Fidium Finanz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-452/04" PAGE.ECR="I-9521" YEAR="2006">C-452/04, Ġabra p. I-9521</REF.DOC.ECR>, punti 41 u 42).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Portugiż isostni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi skema bbażata fuq l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>relazzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> li tirriżulta mill-fatt li l-entità li tislef għandha l-poter teżerċita, direttament jew indirettament, influwenza sinjifikattiva fuq id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ finanzjament tal-entità li tissellef. Il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat dawn l-iskemi biss fid-dawl tal-libertà tal-istabbiliment li ma tapplikax għal tranżazzjonijiet li saru, bħalma hu dan il-każ, ma’ entità stabbilita f’pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda t-trattament fiskali tad-dividendi li joriġinaw minn pajjiż terz, li għandu jiġi kkunsidrat li l-eżami tal-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni huwa biżżejjed sabiex jiġi evalwat jekk l-imsemmi trattament fiskali jaqax taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-kapital. Fil-fatt, peress li l-Kapitolu tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment ma jinkludi ebda dispożizzjoni li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu għas-sitwazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ kumpannija ta’ Stat Membru f’pajjiż terz jew ta’ kumpannija ta’ pajjiż terz fi Stat Membru, din il-leġiżlazzjoni ma tistax taqa’ taħt l-Artikolu 43 KE (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, C‑35/11, punti 96 u 97 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, meta mill-għan ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali jirriżulta li din għandha biss l-għan lil tapplika għall-ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija kkonċernata u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħha, la l-Artikolu 43 KE u lanqas l-Artikolu 56 KE ma jistgħu jiġu invokati (is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-trattament fiskali tad-dividendi li joriġinaw minn pajjiż terz, li ma tapplikax esklużivament għal sitwazzjonijiet li fihom kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam id-dividendi, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 56 KE. Għalhekk, kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’, irrispettivament<?PAGE NO="6"?> mill-portata tas-sehem li hija għandha fil-kumpannija li tqassam id-dividendi stabbilita f’pajjiż terz, tinvoka din id-dispożizzjoni sabiex tqiegħed inkwistjoni l-legalità ta’ tali leġiżlazzjoni (sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 99, u tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, Beker, C‑168/11, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjonijiet huma applikabbli fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna t-trattament fiskali ta’ interessi mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet partikolari. Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni la taqa’ taħt l-Artikolu 43 KE u lanqas taħt l-Artikolu 56 KE jekk hija tirrigwarda biss is-sitwazzjonijiet li fihom tali kumpannija li tislef iżżomm sehem fil-kumpannija residenti li tissellef li tippermettilha li teżerċita influwenza ċerta fuq din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif ukoll jirrilevaw Itelcar u l-Kummissjoni Ewropea, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>relazzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 58(4) taċ-CIRC, ma jirrigwardax biss is-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija li tislef ta’ pajjiż terz teżerċita influwenza ċerta, fis-sens tal-ġurisprudenza hawn fuq imsemmija tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kumpannija residenti li tissellef abbażi tas-sehem tagħha fil-kapital ta’ din tal-aħħar. B’mod partikolari, is-sitwazzjonijiet elenkati fl-imsemmi paragrafu 4(ġ), li jittrattaw relazzjonijiet kummerċjali, finanzjarji, professjonali jew legali bejn il-kumpanniji inkwistjoni, ma jimplikawx neċessarjament sehem minn naħa tal-kumpannija li tislef fil-kapital tal-kumpannija li tissellef.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Gvern Portugiż madankollu indika, b’risposta għal domanda magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-imsemmija leġiżlazzjoni tapplika biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija li tislef iżżomm sehem dirett jew indirett fil-kapital tal-kumpannija li tissellef.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, anki jekk l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun limitata għal sitwazzjonijiet li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn kumpannija li tissellef u kumpannija li tislef li żżomm sehem ta’ mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta’ vot fl-ewwel kumpannija, jew bejn kumpanniji li fihom l-istess proprjetarji jżommu dan is-sehem, kif huwa maħsub fl-Artikolu 58(4)(a) u (b) taċ-CIRC, għandu jiġi kkonstatat li sehem ta’ din il-portata ma jimplikax neċessarjament li l-proprjetarju ta’ dan is-sehem jeżerċizza influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpannija li tagħha huwa azzjonist (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000413">13 ta’ April 2000</DATE>, Baars, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/98" PAGE.ECR="I-2787" YEAR="2000">C-251/98, Ġabra p. I-2787</REF.DOC.ECR>, punt 20, u tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kumpannija residenti tista’, b’mod indipendenti mill-eżistenza ta’ sehem fil-kapital tagħha min-naħa tal-kumpannija li tislef ta’ pajjiż terz, jew mill-portata ta’ dan is-sehem, tinvoka dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital biex timplementa l-legalità ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 104).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jeżistix ir-riskju f’dan il-każ, fl-interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, li l-kumpanniji li jisilfu stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li ma jaqgħux fi ħdan il-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-libertà ta’ stabbiliment, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-libertà. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li argumenta l-Gvern Portugiż matul is-seduta, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tirrigwardax il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq ta’ dawn il-kumpanniji fl-Istat Membru kkonċernat, iżda tirrigwarda biss it-trattament fiskali tal-interessi marbuta mad-dejn ikkunsidrat bħala eċċessiv li huwa kkuntrattat minn kumpannija residenti ma’ kumpannija ta’ pajjiż terzi li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali, fis-sens tal-Artikolu 58(4) taċ-CIRC (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 100).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata esklużivament fid-dawl tal-moviment liberu tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 56 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni u ġustifikazzjonijiet possibbli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm it-taxxa diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar għandhom, madankollu, jeżerċitaw din il-kompetenza b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni (is-sentenza tal-<DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> C‑338/11 sa C‑347/11, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 56(1) KE, bħala restrizzjonijiet għall-movimenti tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta’ natura li jiddisswadu lill-persuni mhux residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew li jiddisswadu lir-residenti tal-imsemmi Stat Membru milli jinvestu fi Stati oħra (is-sentenzi tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Festersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/05" PAGE.ECR="I-1129" YEAR="2007">C-370/05, Ġabra p. I-1129</REF.DOC.ECR>, punt 24, kif ukoll Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta mill-Artikolu 61(1) taċ-CIRC li, meta d-dejn ta’ kumpannija residenti fir-rigward ta’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz, li magħha għandha relazzjonijiet speċjali fis-sens tal-Artikolu 58(4) taċ-CIRC, huwa kkunsidrat eċċessiv fis-sens tal-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu 61, l-interessi marbuta mal-parti eċċessiva tad-dejn ma jitnaqqsux għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta’ din il-kumpannija residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta wkoll mill-Artikolu 61(1) taċ-CIRC li t-tnaqqis ta’ dawn l-interessi huwa permess meta l-kumpannija li tislef tkun residenti fit-territorju Portugiż jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif jirrikonoxxi l-Gvern Portugiż, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-moviment liberu tal-kapital, din is-sitwazzjoni timplika trattament fiskali inqas favorevoli ta’ kumpannija residenti li tikkuntratta dejn li jeċċedi ċertu livell ma’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz fil-konfront ta’ kumpannija residenti li tikkuntratta dan id-dejn ma’ kumpannija residenti fit-territorju nazzjonali jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Dan it-trattament żvantaġġuż jista’ jiddisswadi kumpannija residenti li tiddejjen b’mod ikkunsidrat eċċessiv ma’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija jkollha relazzjonijiet speċjali, fis-sens tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Konsegwentement, dan jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital ipprojbita, bħala regola, mill-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, tali restrizzjoni tista’ tiġi aċċettata biss jekk tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Huwa wkoll neċessarju, f’din l-ipoteżi, li din tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li l-għan inkwistjoni jintlaħaq u li din ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex dan il-għan jintlaħaq (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż isostni li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-għan li tikkombatti l-frodi u l-evażjoni fiskali billi tipprekludi l-prattika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sottokapitalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li tikkonsisti fit-tnaqqir tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji fil-Portugall permezz tal-pagament tal-interessi li jitnaqqsu minflok profitti li ma jitnaqqsux. Din il-prattika tirrigwarda t-trasferiment arbitrarju tad-dħul taxxabbli minn dan l-Istat Membru lejn pajjiż terz b’konsegwenza li l-profitt ta’ kumpannija ma jkunx taxxabbli fl-Istat fejn dan ikun ġie ġġenerat.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, miżura nazzjonali li tillimita l-moviment liberu ta’ kapital tista’ tkun iġġustifikata meta hija tirrigwarda speċifikament l-arranġamenti purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, li l-uniku għan tagħhom huwa l-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta fuq il-profitti ġġenerati mill-attivitajiet imwettqa fit-territorju nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punti 72 u 74, kif ukoll tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Glaxo Wellcome, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/08" PAGE.ECR="I-8591" YEAR="2009">C-182/08, Ġabra p. I-8591</REF.DOC.ECR>, punt 89).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Billi tipprovdi li ċerti interessi mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija stabbilita f’pajjiż terz, li magħha għandha relazzjonijiet speċjali, ma jitnaqqsux għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta’ din il-kumpannija residenti, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tipprekludi prattiċi li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom l-evażjoni tat-taxxa normalment dovuta fuq il-profitti ġġenerati permezz ta’ attivitajiet magħmula fit-territorju nazzjonali. Minn dan isegwi li tali leġiżlazzjoni hija adattata sabiex jintlaħaq l-għan li jikkonsisti fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali (ara, b’analoġija, is-sentenza Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tista’ titqies bħala li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu evitati l-frodi u l-evażjoni fiskali leġiżlazzjoni li tkun ibbażata fuq eżami tal-elementi oġġettivi u verifikabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni għandhiex in-natura ta’ skema purament artifiċjali b’finijiet biss fiskali u li, f’kull każ fejn l-eżistenza ta’ tali skema ma tistax tiġi eskluża, tqiegħed lill-kontribwent, mingħajr ma tissuġġettah għal restrizzjonijiet amministrattivi eċċessivi, f’pożizzjoni li jipproduċi elementi dwar ir-raġunijiet kummerċjali possibbli li għalihom din it-tranżazzjoni tkun ġiet konkluża (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 82, u tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, SIAT, C‑318/10, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta t-tranżazzjoni inkwistjoni teċċedi dak li l-kumpanniji kkonċernati jkunu ftiehmu f’ċirkustanzi ta’ kompetizzjoni sħiħa, il-miżura fiskali korrettiva, sabiex ma titqiesx bħala sproporzjonata, għandha tirrigwarda biss il-porzjon li teċċedi dak li kien ikun ġie miftiehem f’tali ċirkustanzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, punt 83, u SIAT, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa veru, minn naħa, li l-Artikolu 61(6) taċ-CIRC jipprovdi li, bl-eċċezzjoni tal-każ ta’ dejn ma’ entità residenti f’pajjiż, territorju jew reġjun bi skema fiskali nettament iktar favorevoli, il-kumpannija residenti li kkuntrattat dejn ikkunsidrat eċċessiv ma’ kumpannija ta’ pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali tista’ turi li hija setgħet tikseb l-istess livell ta’ dejn, b’kundizzjonijiet simili, ma’ entità indipendenti. Min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 61(1) taċ-CIRC, huma biss l-interessi marbuta mal-parti tal-imsemmi dejn kkunsidrata eċċessiva li ma jistgħux jitnaqqsu.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 20 ta’ din is-sentenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>relazzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 58(4) taċ-CIRC, jinkludi sitwazzjonijiet li ma jimplikawx neċessarjament sehem min-naħa tal-kumpannija li tislef ta’ pajjiż terz fil-kapital tal-kumpannija residenti li tissellef. Fl-assenza ta’ dan is-sehem, jirriżulta mill-mod ta’ kalkolu tal-eċċess ta’ dejn previst fl-Artikolu 61(3) taċ-CIRC li d-dejn kollu li jeżisti bejn dawn iż-żewġ kumpanniji għandu jiġi kkunsidrat bħala eċċessiv.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-punt preċedenti, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa wkoll l-aġir li r-realtà ekonomika tiegħu ma jistax jiġi kkontestat. L-imsemmija leġiżlazzjoni, meta wieħed jassumi li f’dawn iċ-ċirkustanzi jkun hemm erożjoni tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mill-kumpannija residenti li tissellef, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn, b’mod konformi mal-indikazzjonijiet tal-Gvern Portugiż kif imqassra fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet applikata biss għas-sitwazzjonijiet fejn il-kumpannija li tislef għandha sehem dirett jew indirett fil-kapital<?PAGE NO="9"?> tal-kumpannija li tissellef, b’mod li ċ-ċirkustanzi ċċitati fil-punt 41 ta’ din is-sentenza ma jirriżultawx, jibqa’ l-fatt li din il-limitazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma tirriżultax mill-kliem tagħha li, għall-kuntrarju, jissuġġerixxi li huma previsti wkoll relazzjonijiet speċjali mingħajr tali sehem.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat minn qabel u bi preċiżjoni suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Konsegwentement, tali regola ma tissodisfax ir-rekwiżiti taċ-ċertezza legali li timponi li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta jista’ jkollhom fuq l-individwi u l-impriżi konsegwenzi sfavorevoli. Issa, regola li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma tistax titqies proporzjonata għall-għanijiet imfittxija (ara s-sentenza SIAT, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 59).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, għad-domanda li saret għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jitnaqqsu bħala nfiq, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, l-interessi marbuta mal-parti tad-dejn ikklassifikata bħala eċċessiva mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali, iżda tippermetti t-tnaqqis ta’ dawn l-interessi mħallsa lil kumpannija residenti li tislef li magħha l-kumpannija li tissellef għandha dawn ir-relazzjonijiet, meta, f’każ ta’ assenza tas-sehem tal-kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz fil-kapital tal-kumpannija residenti li tissellef, din il-leġiżlazzjoni tippreżumi madankollu li d-dejn kollu ta’ din tal-aħħar jifforma parti minn arranġament intiż sabiex jevadi t-taxxa normalment dovuta jew meta l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat minn qabel u bi preċiżjoni suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jitnaqqas bħala nfiq, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, l-interessi marbuta mal-parti tad-dejn ikklassifikata bħala eċċessiva mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali, iżda tippermetti t-tnaqqis ta’ dawn l-interessi mħallsa lil kumpannija residenti li tislef li magħha l-kumpannija li tissellef għandha dawn ir-relazzjonijiet, meta, f’każ ta’ assenza tas-sehem tal-kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz fil-kapital tal-kumpannija residenti li tissellef, din il-leġiżlazzjoni tippreżumi madankollu li d-dejn kollu ta’ din tal-aħħar jifforma parti minn arranġament intiż sabiex jevadi t-taxxa normalment dovuta jew meta l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat minn qabel u bi preċiżjoni suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>