31976R0142



Official Journal L 015 , 24/01/1976 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0114
Greek special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0114
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0036
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 2 P. 0036


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 142/76

ta' l-20 ta' Jannar 1976

li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-membri tal-Kummissjoni u tal-President, Imħallfin, Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi skond l-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta' Diċembru 1974 il-Presidenti ta' l-Awli u Prim Avukat Ġenerali huma nominati mill-Qorti kull sena;

Billi skond il-kondizzjonijiet tar-regolamenti fis-seħħ fil-mument il-Presidenti ta' l-Awli tal-Qorti jirċievu allowance għal dmirijiet speċjali u din l-allowance għandha tingħata wkoll lill-Prim Avukati Ġenerali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom tal-25 ta' Lulju 1967, li jistabilixxi l-emolumenti tal-President u l-membri tal-Kummissjoni u tal-President, Imħallfin, Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1546/73 [2], għandhom jiġu inklużi l-kliem "u l-Prim Avukat Ġenerali" wara l-kliem "L-Imħallfin li jippresiedu fl-Awli tal-Qorti" b'effett mill-1 ta' Jannar 1975.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU No 187, tat-8.8.1967, p. 1.

[2] ĠU No L 155, tal-11.7.1973, p. 8.

--------------------------------------------------