|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6581 |
12.11.2024 |
P9_TA(2024)0168
Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika
Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (16005/2023 – C9-0018/2024 – 2023/0450(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2024/6581)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16005/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (16006/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0018/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0081/2024), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6581/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)