<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-573/18</NO.CASE><NO.CASE>C-574/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0573</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:847">EU:C:2019:847</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20191009">9.10.2019</DATE> – Kawżi magħquda C‑573/18 u C‑574/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">C u C (VAT u sussidji agrikoli)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11A(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Valur taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Sussidju marbut direttament mal-prezz</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2200/96</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(1) u Artikolu 15</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni ta’ produtturi agrikoli li kkostitwixxiet fond operazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Kunsinni li saru mill-organizzazzjoni ta’ produtturi lill-membri tagħha inkambju ta’ ħlasijiet li ma jkoprux it-totalità tal-prezz tax-xiri</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament addizzjonali mħallas mill-fond operazzjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑573/18 u C‑574/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">C GmbH &amp; Co. KG</HT> (C‑573/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">C-eG</HT> (C‑574/18)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Z,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn T. Henze u S. Eisenberg, sussegwentement minn S. Eisenberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u R. Pethke, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(A)(1)(a) kif ukoll tal-Artikoli 20 u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, C GmbH &amp; Co. KG u C‑eG, u, min-naħa l-oħra, Finanzamt Z (l-Amministrazzjoni Fiskali Z, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Amministrazzjoni Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar avviżi marbuta mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-<DATE ISO="19961028">28 ta’ Ottubru 1996</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>organizzazzjoni ta’ produtturi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kull entità legali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li hija ffurmata fuq l-inizjattiva proprja ta’ dawk li jkabbru fil-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 1(2):</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>frott u ħaxix;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ir-regoli ta’ l-assoċjazzjoni li jeħtieġu l-membri produtturi, b’mod partikolari, illi:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni kollha kkonċernata permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ produtturi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fir-regoli ta’ l-assoċjazzjoni għall-istabbiliment u r-riforniment tal-fond operazzjonali previst fl-Artikolu 15;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2200/96 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Assistenza finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jistabbilixxu fond ta’ operazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Dan il-fond għandu jkun mantenut minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mposti fuq il-produtturi membri fuq il-bażi tal-kwantitajiet jew valur tal-frott u ħaxix attwalment imqiegħda fis-suq u mill-assistenza finanzjarja li għaliha jirreferi l-ewwel subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11A(1) tas-Sitt Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-ammont taxxabbli għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi barra dawk msemmija f’(b), (ċ) u (d) isfel, dak kollox li jikkostitwixxi l-konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tat-tali provvisti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-tnaqqis inizzjali għandu jkun aġġustat b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn it-tnaqqis jkun ogħla jew inqas minn dak li għalih l-persuna taxxabbli hi ntitolata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunwe’ Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, biex tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa jew biex iżommu ċertu tipi ta’ evażjoni tat-taxxa jew evitar. Miżuri intiżi biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa, ħlief għal ħaġa negliġibbli, tista’ ma taffettwax l-ammont ta’ taxxa dovuta fl-istadju finali tat-taxxa.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk l-Istati Membri li applikaw fl-<DATE ISO="19770101">1 ta’ Jannar 1977</DATE> miżuri speċjali tat-tip msemmija fil-paragrafu 1 fuq jistgħu iżommuhom dejjem jekk jinnotifikaw lill-Kummissjoni bihom qabel l-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE> u jipprovdu li fejn it-tali derogi huma maħsuba biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tat-taxxa huma jikkonformaw mal-ħtieġa stabbilita fil-paragrafu 1 fuq.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), fil-verżjoni applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>UstG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-tranżazzjonijiet segwenti għandhom ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kunsinni u provvisti oħra mwettqa bi ħlas ġewwa l-pajjiż minn imprenditur fil-kuntest tal-impriża tiegħu. […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-UStG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kunsinni ta’ imprenditur huma l-provvisti li permezz tagħhom dan tal-aħħar jew terz awtorizzat minnu jagħti lil xerrej jew lil terz f’ismu d-dritt li jiddisponi minn beni f’ismu stess (trasferiment tas-setgħa ta’ disponiment).</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.012"><NO.PARAG>(12)</NO.PARAG><ALINEA>Ikun hemm skambju meta l-korrispettiv ta’ kunsinna jikkonsisti f’kunsinna. Tranżazzjoni tkun ekwiparabbli għal skambju meta l-korrispettiv ta’ provvista ta’ servizzi jikkonsisti f’kunsinna jew provvista oħra.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-UStG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ kunsinni u ta’ provvisti oħra (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1)(1)) […], id-dħul mill-bejgħ għandu jiġi ddeterminat skont il-korrispettiv. Il-korrispettiv huwa kkostitwit minn dak kollu li jsostni l-benefiċjarju tal-provvista sabiex jikseb din tal-aħħar, bl-esklużjoni madankollu tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ. Huwa inkluż ukoll mal-korrispettiv dak li persuna għajr il-benefiċjarju tħallas lill-imprenditur għall-provvista […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>[…] Fil-kuntest tal-iskambju (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(12)) [u] ta’ tranżazzjonijiet ekwiparabbli għal skambju (it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(12)) […], il-valur ta’ kull tranżazzjoni jikkostitwixxi l-korrispettiv tat-tranżazzjoni l-oħra. It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ ma tagħmilx parti mill-korrispettiv.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dħul mill-bejgħ huwa kkalkolat:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ trasferiment ta’ beni […] skont il-prezz tal-akkwist flimkien mal-ispejjeż anċillari tal-beni jew tal-oġġett tal-istess tip, jew, fl-assenza tal-prezz tal-akkwist, skont l-ispejjeż tal-kost, fil-mument li titwettaq it-tranżazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>It-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ ma għandhiex tiġi inkluża fl-ammont taxxabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 4 għandu japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>għal kunsinni u provvisti oħra mwettqa minn assoċjazzjonijiet ta’ persuni fis-sens tal-Artikolu 1(1)(1) sa (5) tal-Körperschaftsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>KStG<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), minn assoċjazzjonijiet ta’ persuni li ma għandhomx personalità ġuridika kif ukoll minn komunitajiet fil-kuntest tal-impriża tagħhom favur l-azzjonisti, sieħba, membri u soċji tagħhom jew partijiet relatati magħhom kif ukoll minn imprendituri individwali favur partijiet relatati magħhom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>meta l-ammont taxxabbli fis-sens tal-paragrafu 4 ikun ogħla mill-korrispettiv fis-sens tal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-KStG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Huma kompletament suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji, il-kumpanniji, assoċjazzjonijiet ta’ persuni u assi patrimonjali li ċ-ċentru amministrattiv jew l-uffiċċju rreġistrat tagħhom ikun stabbilit fit-territorju nazzjonali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika, istituzzjonijiet, fondazzjonijiet u kapital ieħor b’għan speċifiku li huwa rregolat mid-dritt privat;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-Kawża C‑573/18 hija kumpannija bil-forma ġuridika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>GmbH &amp; Co. KG<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Din il-kumpannija qiegħda tikkontesta avviżi ta’ taxxa rettifikattivi maħruġa għas-snin 2005 u 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-Kawża C‑574/18 hija kumpannija bil-forma ġuridika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>eingetragene Genossenschaft<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>eG<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jiġifieri kooperattiva rreġistrata, aventi kawża ta’ kooperattiva oħra rreġistrata. Din il-kooperattiva qiegħda tikkontesta avviżi ta’ taxxa rettifikattivi maħruġa għas-snin 2002 u 2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-snin inkwistjoni, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu bejjiegħa bl-ingrossa tal-frott u tal-ħaxix. Fil-kwalità tagħhom ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>organizzazzjoni ta’ produtturi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2200/96, huma kienu jbigħu prodotti kkultivati minn produtturi li kienu membri tal-organizzazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu joperaw fond operazzjonali kull waħda. Dan il-fond huwa patrimonju speċjali rregolat mid-dritt privat fis-sens tal-Artikolu 1(1)(5) tal-KStG, u huwa ffinanzjat nofs mill-kontribuzzjonijiet tal-produtturi membri tal-organizzazzjoni u nofs mill-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Ir-riżorsi tal-imsemmi fond jippermettu li jiġu ffinanzjati investimenti f’holdings individwali tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu jikkonkludu ma’ diversi produtturi membri tal-organizzazzjoni kuntratti ta’ akkwist u ta’ użu ta’ beni ta’ investiment. L-ordnijiet tal-beni li kienu s-suġġett ta’ dawn il-kuntratti kienu jsiru minn dawn tal-aħħar direttament mingħand il-fornituri preċedenti. Dawn il-fornituri kienu jindirizzaw il-fatturi lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti fil-Kawża C‑573/18 kienet tiffattura lill-produtturi kkonċernati, skont il-każ, 50 % jew 75 % tal-ispejjeż tal-akkwist tagħha flimkien mal-VAT, filwaqt li l-ispejjeż li kien jifdal kienu ffinanzjati mill-fond operazzjonali. Ir-rikorrenti fil-Kawża C‑574/18 kienet tiffattura lill-produtturi kkonċernati 50 % tal-ispejjeż tal-akkwist tagħha flimkien mal-VAT, filwaqt li l-ispejjeż li kien jifdal kienu ffinanzjati mill-fond operazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Matul perijodu partikolari tal-użu tal-beni akkwistati, il-produtturi kienu marbuta jikkunsinnaw il-prodotti tagħhom lir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom u jħallsu kontribuzzjoni għall-bejgħ tal-prodotti tagħhom, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kontribuzzjoni finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2200/96. Fil-każ tar-rikorrenti fil-Kawża C‑573/18, din il-kontribuzzjoni finanzjarja kienet tammonta għal 1.75 % tal-prezz tal-bejgħ tal-prodotti u, fil-każ tar-rikorrenti fil-Kawża C‑574/18, għal 3 % tal-prezz tal-bejgħ tal-prodotti. Dawn il-kontribuzzjonijiet kienu ffinanzjati mill-fondi operazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ ingaġġ previst mill-kuntratti ta’ akkwist u ta’ użu tal-beni ta’ investiment, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu jittrasferixxu d-drittijiet ta’ koproprjetà tagħhom lill-produtturi fir-rigward tal-beni miksuba mingħajr korrispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Matul is-snin inkwistjoni, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali naqqsu integralment il-VAT tal-input imħallsa abbażi tal-fatturi tal-fornituri u applikaw il-VAT tal-output biss fuq l-ammonti ffatturati lill-produtturi. Huma ma qisux l-ammonti mħallsa minn fondi operazzjonali bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-beni inkwistjoni lill-produtturi, sa fejn dawn kienu joriġinaw mill-għajnuna finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara li sar kontroll fiskali tar-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, l-Amministrazzjoni Fiskali qieset, fl-avviżi ta’ taxxa rettifikattivi għas-snin inkwistjoni, li mill-mument tal-akkwist tal-beni, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu taw lid-diversi produtturi setgħa ta’ disponiment fir-rigward tagħhom u b’hekk issoktaw bil-kunsinna. L-Amministrazzjoni Fiskali qieset li, bħala sussidju ġenwin, l-għajnuna finanzjarja li ġejja mill-fondi operazzjonali ma kinitx taxxabbli u, konsegwentement, applikat fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-output imwettqa mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali l-ammont taxxabbli minimu previst fl-Artikolu 10(5)(1) tal-UStG, moqri flimkien ma’ dan l-Artikolu 10(4) u qieset li l-prezz tax-xiri kien ikkostitwit mill-ammonti netti mħallsa lill-fornituri preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi, il-Ġermanja), ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati mir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kontra l-imsemmija avviżi ta’ taxxa rettifikattivi. Madankollu, minkejja li din il-qorti kkonfermat il-konklużjoni tal-Amministrazzjoni Fiskali, hija waslet għal dan ir-riżultat abbażi tat-tielet sentenza tal-Artikolu 10(1) tal-UStG. Hija qieset li l-ħlasijiet li jirriżultaw mill-fondi operazzjonali kellhom jitqiesu bħala korrispettiv miksub minn terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi) fil-kuntest tar-rikorsi għal reviżjoni li huma ppreżentaw quddiem il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlaq mill-prinċipju li, li kieku l-avviżi ta’ taxxa rettifikattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom jiġu evalwati esklużivament fir-rigward tad-dritt Ġermaniż, dawn ikunu legali. Madankollu, hija tistaqsi jekk ir-regoli tad-dritt nazzjonali humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tqis, minn naħa, li l-kunsinni ta’ beni mwettqa minn organizzazzjoni ta’ produtturi lill-membri tagħha jistgħu jiġu kklassifikati bħala skambju b’kumpens finanzjarju, peress li l-membri jimpenjaw ruħhom, minbarra fir-rigward ta’ ħlas proporzjonali, li jikkunsinnaw il-prodotti tagħhom lill-organizzazzjoni ta’ produtturi. Hija tqis, min-naħa l-oħra, li l-ħlasijiet li jirriżultaw mill-fondi operazzjonali jistgħu jitqiesu bħala sussidju direttament marbut mal-prezz tat-tranżazzjoni li għandu jiġi inkluż fil-valur taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti, li huma fformulati f’termini identiċi fil-Kawżi C‑573/18 u C‑574/18:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn organizzazzjoni ta’ produtturi skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 15 tar-Regolament [Nru 2200/96] tipprovdi beni lill-produtturi li huma membri tagħha u tirċievi ħlas mill-produtturi li ma jkoprix il-prezz tax-xiri,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandha tiġi preżunta l-eżistenza ta’ skambju ta’ flus minħabba li, bħala korrispettiv tat-tranżazzjoni, il-produtturi impenjaw ruħhom kuntrattwalment li jipprovdu lill-organizzazzjoni ta’ produtturi frott u ħxejjex għat-tul tal-perijodu ta’ assenjazzjoni, b’mod li l-ammont taxxabbli tat-tranżazzjoni jkun dak tal-prezz tax-xiri imħallas mill-organizzazzjoni ta’ produtturi lill-fornituri fi stadji li jippreċedu l-investimenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont attwalment imħallas mill-fond operattiv lill-organizzazzjoni ta’ produtturi għat-tranżazzjoni inkwistjoni huwa kollu kemm hu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[sussidju marbut] direttament mal-prezz tat-tali provvisti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva […], b’mod li l-ammont taxxabbli jinkludi wkoll għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, li ngħatat lill-fond operattiv taħt programm operattiv?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li, abbażi tar-risposta għall-ewwel domanda, l-ammont taxxabbli jkun jinkludi biss il-ħlasijiet magħmula mill-produtturi iżda mhux l-obbligu tal-kunsinna u l-għajnuna finanzjarja: fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, l-Artikolu 11A(1)(a) [tas-Sitt Direttiva] jipprekludi miżura nazzjonali speċifika bbażata fuq l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE,<?PAGE NO="7"?> bħall-Artikolu 10(5)(1) tal-Umsatzsteuergesetz, li tgħid li l-ammont taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa l-prezz tax-xiri għall-investimenti mħallas lill-fornituri fi stadji preċedenti, minħabba li l-produtturi huma partijiet relatati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: dan japplika wkoll jekk il-produtturi għandhom dritt għal tnaqqis sħiħ tat-taxxa tal-input peress li l-investimenti huma suġġetti għall-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input (Artikolu 20 [tas-Sitt Direttiva])?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Kawżi C‑573/18 u C‑574/18 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, għandu jiġi osservat, preliminarjament li, kif jirriżulta mill-informazzjoni fid-deċiżjonijiet tar-rinviju, il-kawżi prinċipali joriġinaw mill-fatt li, fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħhom għas-snin finanzjarji kkonċernati, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma qisux l-ammonti li rċeviet kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet f’sussidju min-naħa tal-fondi operazzjonali bħala li jikkostitwixxu korrispettiv għall-kunsinni ta’ beni lill-produtturi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed, sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ ssolvi dawn il-kawżi, li jiġi ddeterminat il-valur taxxabbli tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni, fid-dawl tar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont din ir-regola, il-valur taxxabbli għall-kunsinna ta’ beni jew għall-provvista ta’ servizz huwa kkostitwit mill-korrispettiv effettivament irċevut mill-persuna taxxabbli min-naħa tax-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tat-tali provvisti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Hotel Scandic Gåsabäck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:47">EU:C:2005:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Billi jipprovdi li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT jinkludi, fil-każijiet evokati minnu, is-sussidji mogħtija lill-persuni taxxabbli, l-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva huwa intiż li jissuġġetta għall-VAT il-valur kollu tal-beni jew tal-provvisti ta’ servizzi u għalhekk li jevita li l-għoti ta’ sussidju jimplika qligħ inqas mit-taxxa (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:444">EU:C:2004:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konformement mal-kliem tagħha stess, din id-dispożizzjoni tapplika meta s-sussidju jkun direttament marbut mal-prezz tat-tranżazzjoni inkwistjoni. Sabiex dan ikun il-każ, is-sussidju għandu jingħata speċifikament lill-operatur issussidjat sabiex dan jikkunsinna beni jew jipprovdi servizz partikolari. Huwa biss f’dan il-każ li s-sussidju jista’ jitqies bħala korrispettiv tal-kunsinna ta’ beni jew tal-provvista ta’ servizz u li għaldaqstant ikun taxxabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:444">EU:C:2004:444</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi vverifikat li x-xerrejja tal-beni jew id-destinatarji tas-servizzi jibbenefikaw mis-sussidju mogħti lill-benefiċjarju tiegħu. Fil-fatt, huwa meħtieġ li l-prezz li għandu jitħallas mix-xerrej jew mid-destinatarju jiġi stabbilit b’tali mod li jonqos proporzjonalment mas-sussidju mogħti lill-bejjiegħ tal-beni jew lill-fornitur tas-servizz, liema sussidju għalhekk jikkostitwixxi fattur li jiddetermina l-prezz mitlub minn dan tal-aħħar. Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk, oġġettivament, il-fatt li jingħata sussidju lill-bejjiegħ jew lid-destinatarju tas-servizz jippermettix lil dan tal-aħħar ibigħ il-beni jew jipprovdi s-servizz bi prezz inferjuri għal dak li għandu jitlob fin-nuqqas ta’ sussidju (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:444">EU:C:2004:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-korrispettiv irrappreżentat mis-sussidju għandu, minn tal-inqas, ikun jista’ jiġi ddeterminat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:444">EU:C:2004:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sussidji marbuta direttament mal-prezz<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva jinkludi biss is-sussidji li jikkostitwixxu l-korrispettiv totali jew parzjali ta’ tranżazzjoni ta’ kunsinna ta’ beni jew ta’ provvista ta’ servizzi u li jingħataw minn terz lill-bejjiegħ jew lid-destinatarju tas-servizz (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:444">EU:C:2004:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva huwa intiż li jieħu inkunsiderazzjoni l-korrispettiv imħallas għall-kunsinna ta’ beni jew għall-provvista ta’ servizz b’tali mod li jiġi rifless il-valur reali kollu tal-kunsinna jew tal-provvista. Għal dan il-għan, din id-dispożizzjoni tinkludi fil-valur taxxabbli, bħala korrispettiv, is-sussidji marbuta direttament mal-prezz ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li l-ħlasijiet li joriġinaw mill-fondi operazzjonali tħallsu lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-kunsinna ta’ beni ta’ investiment u bbenefikaw minnhom il-produtturi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali naqqsu l-prezz mitlub mill-produtturi mill-ammont preċiż tas-somom li joriġinaw minn fondi operazzjonali inkambju għall-kunsinna ta’ dawn il-beni. Għalhekk, teżisti rabta diretta bejn il-kunsinna tal-imsemmija beni u l-korrispettiv effettivament irċevut. Bħala korrispettiv għall-kunsinna tal-istess beni, dawn l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rċevew, minn naħa, ħlas mill-produtturi u, min-naħa l-oħra, ħlas mill-fond operazzjonali kkonċernat minn din il-kunsinna. Għaldaqstant, il-ħlasijiet li joriġinaw mill-fondi operazzjonali jitwettqu esklużivament għall-finijiet tal-kunsinna ta’ dawn il-beni ta’ investiment u jikkostitwixxu għalhekk ħlasijiet marbuta direttament mal-prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-ħlasijiet li joriġinaw mill-fondi operazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sussidji<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li joriġinaw minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>terz<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva. Fil-fatt, minn naħa, dawn il-fondi jgawdu minn kapaċità ġuridika, kif indikat il-qorti tar-rinviju, u min-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni ta’ produtturi kkonċernata ma tistax tuża l-patrimonju ta’ dawn il-fondi għal finijiet personali, peress li l-imsemmija fondi jintużaw biss għall-finijiet ta’ finanzjament tal-programmi operazzjonali approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2200/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, kif isostni l-Gvern Ġermaniż, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva, li tinsab fil-punti 35 sa 38 ta’ din is-sentenza, tiggarantixxi ż-żamma tan-newtralità fiskali. Fil-fatt, li kieku produttur jakkwista beni għall-impriża tiegħu direttament mingħand manifattur, mingħajr intervent mill-organizzazzjoni ta’ produtturi li huwa membru tagħha u mingħajr ħlas mill-fond operazzjonali kkostitwit minn din l-organizzazzjoni ta’ produtturi, din il-kunsinna tkun integralment suġġetta għall-VAT. Min-naħa l-oħra, li kieku l-VAT fuq ix-xiri ta’ tali beni titnaqqas proporzjonalment mill-parti ffinanzjata minn dan il-fond operazzjonali, il-produttur li jakkwista beni permezz tal-imsemmija organizzazzjoni ta’ produtturi jkun għalhekk suġġett għal taxxa inferjuri għal dik tal-produttur li jixtri beni ekwivalenti mingħajr l-intervent tagħha. Għalhekk, ikun hemm inugwaljanza fit-trattament li tmur kontra l-prinċipju ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>organizzazzjoni ta’ produtturi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2200/96, tixtri beni mingħand fornituri preċedenti, tikkunsinna dawn il-beni lill-membri tagħha u tikseb mingħandhom ħlas li ma jkoprix il-prezz tax-xiri, l-ammont li fond operazzjonali, kif previst fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament, iħallas lil din l-organizzazzjoni ta’<?PAGE NO="9"?> produtturi għall-kunsinna ta’ dawn il-beni lill-produtturi huwa inkluż mal-korrispettiv ta’ din il-kunsinna u għandu jitqies bħala sussidju marbut direttament mal-prezz ta’ din it-tranżazzjoni, li jitħallas minn terz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>organizzazzjoni ta’ produtturi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-<DATE ISO="19961028">28 ta’ Ottubru 1996</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex, tixtri beni mingħand fornituri preċedenti, tikkunsinna dawn il-beni lill-membri tagħha u tikseb mingħandhom ħlas li ma jkoprix il-prezz tax-xiri, l-ammont li fond operazzjonali, kif previst fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament, iħallas lil din l-organizzazzjoni ta’ produtturi għall-kunsinna ta’ dawn il-beni lill-produtturi huwa inkluż mal-korrispettiv ta’ din il-kunsinna u għandu jitqies bħala sussidju marbut direttament mal-prezz ta’ din it-tranżazzjoni, li jitħallas minn terz.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>