|
10.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2010
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(2010/676/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprevedi li l-partijiet kontraenti jintrabtu li jissoktaw bl-isforzi tagħhom bil-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta’ bejniethom. |
|
(2) |
F’Settembru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati man-Norveġja bil-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, fil-qafas tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. In-negozjati ntemmu b’suċċess u Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-28 ta’ Jannar 2010. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tkun adottata.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. WATHELET
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.