8.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2175

tal-5 ta’ Awwissu 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni tal-kostijiet unitarji u l-istabbiliment ta’ ammonti għal finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għal ċerti operazzjonijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fis-soċjetà fil-qafas tal-inizjattiva ALMA - “Aspira, Tgħallem, Aħkem, Ikseb” (Aim, Learn, Master, Achieve)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 94(4) u 95(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Bil-għan li jiġi ssimplifikat l-użu tal-FSE+ u li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, jixraq li jiġu definiti ċerti kostijiet unitarji u li jiġu stabbiliti ammonti għall-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet disponibbli għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi.

(2)

Il-kostijiet unitarji għar-rimborż lill-Istati Membri jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq data storika jew statistika, kif imsemmi fl-Artikolu 94(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(3)

Waqt l-iffissar tal-ammonti għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni mhux marbut mal-kostijiet, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari li r-riżorsi użati jkunu adegwati għall-investimenti li saru, kif ukoll il-projbizzjoni tal-finanzjament doppju jiġu rrispettati.

(4)

Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-impenji li saru fil-qafas tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u jinħolqu opportunitajiet indaqs, jixraq li jiġu ffaċilitati u jinħolqu inċentivi għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li jappoġġaw l-impjiegi u l-edukazzjoni b’mod attiv għaż-żgħażagħ żvantaġġati.

(5)

Fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, flimkien mal-inizjattiva tas-Sena taż-Żgħażagħ 2022, u wara li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (2), il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva (3) Aspira, Tgħallem, Aħkem, Ikseb (ALMA), li għandha l-għan li trawwem l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u s-soċjetà.

(6)

Jixraq li jiġu ddefiniti kostijiet unitarji u li jiġu stabbiliti ammonti għal finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għal programmi jew prijoritajiet li jappoġġaw l-ALMA. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-kostijiet unitarji u l-ammonti għall-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jintużaw għall-operazzjonijiet li jappoġġaw l-integrazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fis-soċjetà.

(7)

Tali operazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu fażi ta’ tħejjija mfassla apposta fl-Istat Membru domiċiljari tal-parteċipant, soġġorn akkumpanjat barra mill-pajjiż b’kollokament f’intrapriża jew f’istituzzjoni fi Stat Membru ieħor, u appoġġ kontinwu malli l-parteċipant jasal lura.

(8)

Għal din it-tip ta’ operazzjoni hemm disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-livell tal-kostijiet. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru.

(9)

Barra minn hekk, sabiex jinħoloq inċentiv għall-Istati Membri biex jappoġġaw azzjonijiet għal dawn iż-żgħażagħ żvantaġġati fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, inkluż dawk fejn il-kostijiet tal-ħajja ta’ kuljum ikunu ogħla, jixraq li jiġi definit ammont miżjud li għandu jitħallas lill-programmi għat-tul tas-soġġorn fi Stat Membru differenti li jirrifletti livell ogħla ta’ kostijiet imġarrba fi wħud mill-Istati Membri.

(10)

Jixraq ukoll li tiġi stabbilita żieda addizzjonali biex l-Istati Membri jiġu mħeġġa jipprovdu allowances lill-parteċipanti fejn ikun meħtieġ ħalli jiġi żgurat standard ta’ għajxien deċenti għaż-żgħażagħ żvantaġġati f’dawk l-Istati Membri. Dan jista’ jkun il-każ meta l-parteċipant ma jkunx intitolat għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni tieħu l-inkarigu li tivvaluta din il-ħtieġa u tiddeċiedi jekk tali allowance għandhiex tingħata lill-parteċipanti.

(11)

Barra minn hekk, huwa ġġustifikat li jiġi ddefinit ammont miżjud li japplika meta l-parteċipazzjoni tirnexxi. Dan l-ammont jitħallas lill-Istati Membri bħala kumpens għall-isforzi addizzjonali li jkunu wettqu.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet unitarji jibqgħu indikatur xieraq għall-kostijiet li jiġġarrbu attwalment u li l-ammonti għall-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jibqgħu adegwati għall-investiment li jkun sar matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst metodu xieraq ta’ aġġustament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-operazzjonijiet tal-FSE+ abbażi tal-kostijiet unitarji u tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, fosthom it-tipi ta’ operazzjonijiet li huma koperti u r-riżultati li għandhom jinkisbu jew il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ dan ir-rimborż u l-metodu biex dak l-ammont jiġu aġġustat huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/402 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 (EASE) (ĠU L 80, 8.3.2021, p. 1).

(3)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1549&langId=mt


ANNESS

Kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi skont l-Artikoli 94(4) u 95(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 abbażi tal-kostijiet unitarji u tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għall-operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tal-inizjattiva “ALMA”

1.   Tipi ta’ operazzjonijiet koperti mir-rimborż abbażi tal-kostijiet unitarji u tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

L-operazzjonijiet appoġġati mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar l-inklużjoni attiva “ALMA”  (1) (Aspira-Tgħallem-Aħkem-Ikseb) bil-għan li jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ żvantaġġati ta’ bejn it-18 u d-29 sena biex isibu impjieg, apprendistat jew jerġgħu jibdew l-edukazzjoni u b’hekk jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà (minn hawn ’il quddiem “l-operazzjonijiet tal-ALMA”). F’każijiet debitament ġustifikati, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tista’ tiddeċiedi li testendi l-età tal-grupp fil-mira biex tinkludi żgħażagħ żvantaġġati li għandhom bejn il-15 u s-17-il sena.

L-operazzjonijiet tal-ALMA jikkonsistu fi tliet fażijiet:

1.

It-tħejjija: il-parteċipanti se jirċievu taħriġ u coaching intensiv imfassal apposta fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom biex jitħejjew għal perjodu barra mill-pajjiż.

2.

Il-mobbiltà: il-parteċipanti se jqattgħu minn xahrejn sa sitt xhur fi Stat Membru ieħor, integrati fl-ambjent tax-xogħol ta’ kumpanija jew ta’ istituzzjoni. Din il-fażi teħtieġ li ddum mill-inqas 30 % tat-tul ta’ żmien kollu li jkun ippjanat għall-operazzjoni.

3.

Is-segwitu: Malli jiġu lura, l-appoġġ kontinwu se jiggwida lill-parteċipanti biex jużaw il-ħiliet li jkunu għadhom kif kisbu fl-Istat Membru domiċiljari tagħhom ħalli jsibu impjieg jew jirċievu edukazzjoni ulterjuri.

L-ammonti u l-kundizzjonijiet iddefiniti ma għandhomx japplikaw għall-programmi, li għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet ikunu stabbilixxew, l-għażliet tal-kostijiet issimplifikati u speċifiċi tagħhom stess jew il-finanzjament mhux marbut mal-iskemi tal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 94(2) jew 95(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, rispettivament.

2.   Definizzjoni tal-kostijiet unitarji u tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

Id-definizzjoni tal-indikatur li jiskatta l-pagament, l-unità ta’ kejl u l-ammont tal-kostijiet unitarji huma stabbiliti fl-Appendiċi 1. L-ammonti ta’ kuljum jingħaddu għal kull jum kalendarju u japplikaw ukoll għall-parteċipanti li jirtiraw mill-operazzjoni qabel iż-żmien.

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati, ir-riżultati li għandhom jinkisbu, l-unità tal-kejl relatata u l-ammont ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet huma stabbiliti fl-Appendiċi 2.

3.   Aġġustament

L-ammonti huma stabbiliti għal dawk il-partijiet tal-operazzjoni li jitwettqu matul l-2022. Dawn għandhom jiġu aġġustati skont il-livelli tal-prezzijiet u l-inflazzjoni billi jintużaw l-indiċijiet tal-Eurostat speċifiċi għal kull Stat Membru għall-inflazzjoni annwali mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (Harmonised Index of Consumer Prices, HICP) (2) għas-snin sussegwenti. L-ammonti għandhom jiġu aġġornati darba fis-sena u għal dawk il-partijiet tal-operazzjoni li jiġu implimentati fis-sena kalendarja l-ġdida, għandu japplika l-ammont il-ġdid.


(1)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1549&langId=mt

(2)  https://ec.europa.eu/eurostat/web/hicp/overview


Appendiċi 1

Rimborż ibbażat fuq il-kostijiet unitarji

1)   Definizzjoni tal-indikatur li jiskatta l-pagament

Iż-żgħażagħ żvantaġġati ta’ bejn il-15 u d-29 sena li jipparteċipaw f’operazzjoni tal-ALMA.

2)   Unità ta’ kejl

L-għadd ta’ jiem ta’ parteċipazzjoni fi kwalunkwe fażi tal-operazzjoni (il-fażi ta’ tħejjija, ta’ mobbiltà u ta’ segwitu) għal kull persuna.

3)   Ammonti

Il-kostijiet unitarji ta’ kuljum għal kull parteċipant japplikaw b’mod ugwali għat-tliet fażijiet kollha tal-operazzjoni. L-ammonti huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt bir-referenza għall-Istat Membru li fih il-benefiċjarju jimplimenta l-operazzjoni.

Tabella 1

Kostijiet unitarji bażiċi għal kull jum (f’EUR)

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

80,53

77,45

31,92

59,24

46,37

77,61

86,91

50,34

50,80

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

109,20

78,19

73,00

41,09

41,80

90,51

66,31

49,78

121,23

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

44,75

56,87

80,34

37,41

54,10

38,65

79,64

69,44

47,98


Appendiċi 2

Rimborż ibbażat fuq l-ammonti għall-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

1)   Żieda għall-parteċipanti li jmorru fi Stat Membru bl-ispejjeż tal-ħajja ogħla

Jiġi applikat ammont ta’ żieda kuljum, għall-fażi ta’ mobbiltà, għal dawk li jipparteċipaw f’operazzjoni tal-ALMA li qed iqattgħu perjodu relatat max-xogħol tagħhom barra minn pajjiżhom fi Stat Membru fejn il-kostijiet tal-ħajja jkunu ogħla mill-Istat Membru fejn iseħħu l-fażijiet l-oħra tal-operazzjoni. Din iż-żieda tapplika għall-parteċipanti li jivvjaġġaw mill-Istati Membri tal-grupp 2 u 3 għall-Istati Membri tal-grupp 1 u 2, rispettivament, f’konformità mat-tabelli 2 sa 4 hawn taħt.

Tabella 2

Klassifikazzjoni tal-Istati Membri fi gruppi

Stat Membru

Grupp 1

DK

FI

IE

LU

SE

 

 

 

 

 

 

Grupp 2

AT

BE

CY

DE

EL

ES

FR

IT

MT

NL

PT

Grupp 3

BG

CZ

EE

HR

HU

LT

LV

SI

SK

PL

RO


Tabella 3

Ammont ta’ żieda kuljum għall-fażi tal-mobbiltà tal-operazzjonijiet li jseħħu fil-BG, fiċ-CZ, fl-EE, fil-HR, fl-HU, fil-LT, fil-LV, fil-PL, fir-RO, fis-SI u fis-SK (f’EUR)

Stat Membru fejn iseħħu l-operazzjonijiet tal-ALMA

BG

CZ

EE

HR

HU

LT

LV

PL

RO

SI

SK

Fażi ta’ mobbiltà li sseħħ fi Stat Membru mill-grupp 2

5,00

7,27

7,89

6,44

6,55

7,80

7,01

5,86

6,06

10,88

7,52

Fażi ta’ mobbiltà li sseħħ fi Stat Membru mill-grupp 1

11,86

17,23

18,71

15,27

15,54

18,50

16,63

13,90

14,36

25,81

17,83


Tabella 4

Ammont ta’ żieda kuljum għall-fażi tal-mobbiltà tal-operazzjonijiet li jseħħu fl-AT, fil-BE, f’CY, fil-DE, fil-EL, fi ES, fi FR, fl-IT, f’MT, fin-NL u fil-PT (f’EUR)

Stat Membru fejn iseħħu l-operazzjonijiet tal-ALMA

AT

BE

CY

DE

EL

ES

FR

IT

MT

NL

PT

Fażi ta’ mobbiltà li sseħħ fi Stat Membru mill-grupp 1

14,97

14,39

11,01

14,42

9,44

20,29

13,57

12,32

10,57

14,93

10,05

2)   Żieda fakultattiva għall-parteċipanti li jirċievu allowance mill-benefiċjarju

L-ammonti stabbiliti fit-tabella 5 ta’ hawn taħt japplikaw għall-parteċipanti li jirċievu l-istess ammont bħala allowance ta’ kuljum mill-benefiċjarju. Din iż-żieda tista’ tiġi applikata għal fażi waħda, għal żewġ fażijiet jew għat-tliet fażijiet kollha tal-operazzjoni. Għall-fażi ta’ mobbiltà, japplika l-ammont tal-Istat Membru ospitanti.

Tabella 5

Żieda kuljum għall-parteċipanti li jirċievu allowance mill-benefiċjarju (f’EUR)

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

42,29

40,45

6,94

26,65

16,43

38,65

50,49

18,84

13,47

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

24,68

40,90

37,09

12,01

9,62

41,96

28,22

12,47

59,76

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

13,46

25,24

40,46

11,71

16,48

6,33

40,23

23,12

13,35

3)   Żieda għall-parteċipanti li jirnexxu

Ammont ta’ żieda kuljum jiġi applikat għall-għadd ta’ jiem tal-parteċipazzjoni tal-individwu rispettiv f’operazzjoni tal-ALMA għall-parteċipanti kollha li jsibu impjieg, jirreġistraw għal taħriġ ulterjuri, edukazzjoni jew programm tas-suq tax-xogħol jew jerġgħu jidħlu għalihom fi żmien 6 xhur wara li joħorġu mill-operazzjoni tal-ALMA.

Tabella 6

Żieda kuljum għall-parteċipanti li jirnexxu skont l-Istat Membru fejn isseħħ il-fażi preparatorja (f’EUR)

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

6,44

6,20

2,55

4,74

3,71

6,21

6,95

4,03

4,06

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

8,74

6,25

5,84

3,29

3,34

7,24

5,30

3,98

9,70

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

3,58

4,55

6,43

2,99

4,33

3,09

6,37

5,56

3,84