<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-334/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0334</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:961">EU:C:2021:961</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211125">25.11.2021</DATE> – Kawża C‑334/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Amper Metal</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjoni suġġetta għall‑VAT</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 168(a) u Artikolu 176</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għat-tnaqqis tal‑VAT tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi pubbliċitarji kklassifikati bħala eċċessivament għolja u inutli mill-amministrazzjoni tat-taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ dħul mill‑bejgħ iġġenerat favur il-persuna taxxabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑334/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Veszprémi Törvényszék (il-Qorti ta’ Veszprém, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200720">20 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil‑Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200723">23 ta’ Lulju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Amper Metal Kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn I. Ziemele, Presidenta tas-Sitt Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tas-Seba’ Awla, T. von Danwitz (Relatur) u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Amper Metal Kft., minn V. Pallós, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u R. Kissné Berta, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u L. Havas, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal‑VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Amper Metal Kft. u n‑Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (id-Direttorat għall‑Appelli tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana, l‑Ungerija) dwar ir-rifjut, minn dan tal-aħħar, li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa minn Amper Metal għal servizzi pubbliċitarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl‑Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-VAT, fil-każijiet elenkati minn din id‑dispożizzjoni, sabiex jimpedixxu l-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex, fir-rigward ta’ kunsinni ta’ oġġetti jew provvisti ta’ servizzi lil benefiċjarji li magħhom ikun hemm rabtiet familjari jew rabtiet oħra personali fil-qrib, rabtiet ta’ ġestjoni, appartenenza, sħubija, rabtiet finanzjarji jew legali kif iddefiniti mill-Istat Membru, l-ammont taxxabbli jiġi kkostitwit mill-valur normali tat-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea], li jaġixxi unanimament fuq proposta mill‑Kummissjoni [Ewropea], għandu jistabbilixxi n-nefqa li fir-rispett tagħha l‑VAT m’għandhiex tkun tista’ titnaqqas. It-VAT fl-ebda ċirkostanza m’għandha tkun tista’ titnaqqas fir-rigward tan-nefqa li mhijiex strettament nefqa tan-negozju, bħal dik fuq il-lussu, pjaċiri jew divertiment<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 119(1) tal-az általános forgalmi adóról szóló 2007. Évi CXXVII. törvény (il-Liġi Nru CXXVII tal-2007, dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jipprevedi li, sakemm il-liġi ma tiddisponix mod ieħor, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa jinħoloq fil-mument meta jkollha tiġi stabbilita t-taxxa dovuta li tikkorrispondi għat-taxxa tal-input, inkluż fil-każ fejn it-taxxa dovuta tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 196/B(2)(a) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 120(a) tal-Liġi dwar il-VAT jiddisponi li, sakemm l-oġġetti u s‑servizzi jintużaw, jew jitħaddmu b’mod ieħor mill-persuna taxxabbli – li tkun qiegħda taġixxi f’din il-kwalità – sabiex jitwettqu kunsinni ta’ oġġetti jew provvisti ta’ servizzi taxxabbli, din il-persuna għandha tkun intitolata li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa dovuta t-taxxa li tkun ġiet iffatturata lilha minn kull persuna taxxabbli oħra, inkluża kull persuna jew entità suġġetta għal taxxa sempliċi fuq il‑kumpanniji, fl-okkażjoni tal-akkwist ta’ oġġetti jew tal-użu ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1)(d) tal-az társasági adóról és az osztalék adóról szóló 1996. Évi LXXXI. törvény (il-Liġi Nru LXXXI tal-1996, dwar it-Taxxa fuq il‑Kumpanniji u t-Taxxa fuq id-dividendi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Liġi dwar it-Taxxa fuq il‑Kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprevedi li dak li jirriżulta qabel it-taxxa jiġi miżjud bl‑ammonti kkunsidrati bħala piżijiet jew spejjeż u meqjusa fit-tnaqqis tal‑imsemmi ammont li jirriżulta, inklużi l-amortizzazzjonijiet minħabba deprezzament tal-assi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli, li ma jkollhomx rabta mal‑attivitajiet intraprenditorjali jew li jiġġeneraw dħul, fid-dawl b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet tal-Anness 3 tal‑istess liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-Anness 3 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(d), ma għandhomx, b’mod partikolari, jitqiesu li huma piżijiet jew spejjeż sostnuti fl-interess tal-attività intraprenditorjali: l-korrispettiv (totali jew parzjali) ta’ servizz li jaqbeż <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> forint Ungeriż (HUF) [madwar EUR 555] mingħajr VAT, meta ċ-ċirkustanzi (b’mod partikolari l-attività intraprenditorjali tal-persuna taxxabbli, id-dħul mill‑bejgħ tagħha, in-natura tas-servizz jew il-korrispettiv tagħha) jippermettu li jiġi konkluż b’ċertezza li l-użu ta’ dan is-servizz ikun qed imur kontra r-rekwiżiti ta’ ġestjoni raġonevoli; il-korrispettivi tas-servizzi pprovduti mill-istess persuna fl-istess kapaċità matul is-sena taxxabbli għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod globali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Amper Metal hija kumpannija Ungeriża attiva fis-settur tal-installazzjonijiet elettriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul is-sena 2014, Amper Metal ikkonkludiet kuntratt mal-kumpannija Sziget‑Reklám Kft., dwar il-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji, li kienu jikkonsistu fit-tqegħid ta’ stickers pubbliċitarji, li jġorru l-marka ta’ Amper Metal, fuq vetturi matul kampjonat tat-tlielaq tal-karozzi fl-Ungerija. Dawn is-servizzi kienu s‑suġġett ta’ tnax‑il fattura maħruġa fl-2014 minn Sziget‑Reklám, għal ammont totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">48000000</FT> forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">133230</FT>), li miegħu żdied il-VAT, stabbilita b’rata ta’ 27 %, li ġiet tikkorrispondi għas-somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">12960000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">35970</FT>). Amper Metal naqqset il-VAT imħallsa għal dawn is-servizzi fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħha relatati mal-perijodu mill‑1 ta’ Jannar sal‑<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara kontroll <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, l-amministrazzjoni tat‑taxxa Ungeriża tal-ewwel grad ċaħdet dan it-tnaqqis. Barra minn hekk, bħala aġġustament tat-taxxa, hija imponiet fuq Amper Metal il-ħlas ta’ somma li kienet tikkorrispondi għall-ammont tal-VAT imnaqqsa indebitament u imponiet fuqha multa fiskali għall-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">3240000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">8991</FT>), kif ukoll penali ta’ dewmien għall-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">868000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2409</FT>). Din l‑amministrazzjoni tat-taxxa qieset li l-ispejjeż relatati mas-servizzi pubbliċitarji kkonċernati ma kinux jikkostitwixxu piż marbut ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli li jiġġeneraw dħul għal Amper Metal u li l-VAT imħallsa minn Amper Metal ma setgħetx titnaqqas skont l-Artikolu 120 tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tad-deċiżjoni tagħha, l-imsemmija amministrazzjoni tat-taxxa invokat l‑opinjoni ta’ periti legali fil-qasam tat-taxxa u tal-pubbliċità. Skont dawn tal‑aħħar, l-imsemmija servizzi pubbliċitarji kienu għoljin wisq u, ma kienu jippreżentaw, fir-realtà, ebda profitt għal Amper Metal, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura tal-klijentela ta’ din il-kumpannija, jiġifieri fabbriki tal-karti, workshops ta’ laminazzjoni bis-sħana u ta’ installazzjonijiet industrijali oħra, li ma kienx probabbli li, fid-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom ikunu influwenzati minn stickers li jidhru fuq vetturi tat-tlielaq. Din l-istess amministrazzjoni tat‑taxxa ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li l-kuntratt ta’ servizzi pubbliċitarji ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ġestjoni raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-punt 4 tal-Anness 3 tal‑Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Amper Metal ippreżentat appell amministrattiv quddiem l-amministrazzjoni tat‑taxxa tat-tieni grad, li ċaħdet dan ir-rikors u kkonfermat id-deċiżjoni tal‑amministrazzjoni tat-taxxa tal-ewwel grad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li Amper Metal adixxiet lill-qorti tar-rinviju sabiex titlob l‑annullament tad-deċiżjonijiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa Ungeriżi tal‑ewwel u tat-tieni grad. Amper Metal issostni li d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT jista’ jiġi eżerċitat anki jekk l-ispiża magħmula mill-persuna taxxabbli la kienet raġonevoli u lanqas ekonomikament ta’ profitt, b’tali mod li l-allegata assenza ta’ valur pubbliċitarju tas-servizzi pprovduti ma jaffettwax dan id-dritt. Bl-istess mod, ir-rekwiżit ta’ profitt li jista’ jiġi kkwantifikat, element b’element, imur kontra d‑dritt tal-Unjoni, peress li l-għan tas-sistema komuni tal-VAT hija li tiġi ggarantita newtralità perfetta fir-rigward tal-piż tat-taxxa tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu, bħala prinċipju, huma stess suġġetti għall-VAT. Amper Metal iżżid li l-ammont taxxabbli jikkorrispondi għall-korrispettiv effettivament irċevut mill-fornitur, f’dan il-każ Sziget Reklám, b’tali mod li ma jistax jiġi rrifjutat lilha d-dritt għat-tnaqqis minħabba li l-prezz imħallas lill-imsemmi fornitur ikun allegatament sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-direttorat tal-appelli tal-amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana ddikjara, min-naħa tiegħu, li l-assenza ta’ razzjonalità ekonomika tostakola l‑eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT. Barra minn hekk, huwa jsostni li l‑Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-VAT jippermetti li jiġi rrettifikat l-ammont taxxabbli kif jidher fuq fattura, meta dan ma jikkorrispondix mal-valur normali tas-suq, li huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-kwistjoni ewlenija li tqum fil-kuntest tal-kawża prinċipali hija dwar jekk persuna taxxabbli li teżerċita esklużivament attività taxxabbli tistax tippretendi t-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa biss jekk hija tkun tista’ turi b’mod oġġettiv, billi tibbaża ruħha fuq informazzjoni konkreta, il-profitt tas-servizz li hija tkun użat. Skont dik il-qorti, l-Artikolu 120(a) tal-Liġi dwar il‑VAT, li jinkludi l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>jitħaddmu b’mod ieħor <QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jeżiġi, skont it-tifsira tiegħu fil-lingwa Ungeriża, użu li jwassal għal riżultat, kif ukoll tħaddim effikaċi u ta’ profitt. Issa, l-imsemmija qorti tistaqsi dwar il-konformità ta’ tali rekwiżit mad‑dritt tal-Unjoni. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat jekk l-Artikolu 168(a) tad‑Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-VAT jimplika neċessarjament profitt li jista’ jintwera, li jkollu l-forma ta’ żieda fid‑dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>[L-ewwel sentenza tal]-Artikolu 168 [u l-punt(a) tal-Artikolu 168 tad‑Direttiva tal-VAT] għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l‑imsemmija dispożizzjoni – minħabba l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jintużaw<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> li tinsab fiha –, it-tnaqqis tal-VAT ma jistax jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l‑evalwazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal‑fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti ma huwiex <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ta’ benefiċċju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> għall-attivitajiet intaxxati tad-destinatarju tal‑fattura, sa fejn:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-valur tas-servizz (servizz pubbliċitarju) ipprovdut mill-parti li toħroġ il-fattura huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-profitt (dħul mill-bejgħ/żieda fl-ammont tan-negozju) li joriġina minn dan l-istess servizz għad-destinatarju tiegħu, jew</P></ITEM><ITEM><P>l-imsemmi servizz (servizz pubbliċitarju) ma ġġenera l-ebda dħul mill‑bejgħ għad-destinatarju tiegħu?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[L-ewwel sentenza tal]-Artikolu 168 [u l-punt(a) tal-Artikolu 168] tad‑Direttiva tal-VAT għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l‑imsemmija dispożizzjoni, it-tnaqqis tal-VAT jista’ jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar‑raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, is‑servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti għandu valur sproporzjonat, għaliex is‑servizz (servizz pubbliċitarju) huwa għoli u l-prezz tiegħu eċċessiv meta mqabbel ma’ servizz jew servizzi oħrajn meħuda bħala paragun?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il‑qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal‑VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli ma tistax tnaqqas il‑VAT tal-input imħallsa għal servizzi pubbliċitarji<?PAGE NO="6"?> minħabba, minn naħa, li l‑prezz iffatturat għal tali servizzi jkun eċċessiv meta mqabbel ma’ valur ta’ riferiment iddefinit mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali u, min-naħa l-oħra, li tali servizzi ma jkunux taw lok għal żieda fid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT, sakemm l-oġġetti u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il‑persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-tranżazzjonijiet, li tnaqqas mit-taxxa li jkollha tħallas il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti ta’ oġġetti jew servizzi li jkunu sarulha, li jkunu twettqu jew li għad ikunu jridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għat‑tnaqqis jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax, bħala prinċipju, jiġi limitat. Dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat immedjatament fir-rigward tat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet preċedenti tal-input mwettqa. Is‑sistema tat-tnaqqis hija intiża, fil-fatt, sabiex teħles kompletament lill‑imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu. Is-sistema komuni tal-VAT tiżgura n-newtralità tat-taxxa tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għan jew mir-riżultat tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu fihom innifishom, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT. Sa fejn il-persuna taxxabbli, li taġixxi bħala tali fil‑mument meta takkwista oġġett jew tikseb servizz, tuża dan l-oġġett jew dan is‑servizz għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha, din tkun awtorizzata tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa għall-imsemmi oġġett jew għall‑imsemmi servizz (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mitteldeutsche Hartstein‑Industrie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:712">EU:C:2020:712</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar it-tifsira tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jintużaw<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, kif użata fil-formulazzjoni tal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk in-natura eċċessiva tal-prezz iffatturat għas-servizzi pprovduti lill-persuna taxxabbli, minn naħa, u jekk il-fatt li dawn is-servizzi ma ġġeneraw ebda żieda fid-dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli, min-naħa l-oħra, jistgħux jostakolaw id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għal dawn is‑servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-konstatazzjoni dwar in-natura eċċessiva tal-prezz iffatturat għal servizzi pprovduti lill-persuna taxxabbli u tal-effett tiegħu fuq id‑dritt għat-tnaqqis, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-applikazzjoni tal‑Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT tippreżumi l-eżistenza, fil-bidu, ta’ tranżazzjoni li tkun hija stess suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li provvista ta’ servizzi titwettaq bi ħlas, fis-sens tad-Direttiva tal-VAT, u għaldaqstant tkun taxxabbli, biss jekk bejn il-fornitur u l-benefiċjarju tkun teżisti relazzjoni ġuridika li matulha jkun hemm skambju ta’ provvisti reċiproċi, fejn il-ħlas li jirċievi l-fornitur jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tas-servizz mogħti lill-benefiċjarju. Dan ikun il-każ meta tkun teżisti rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut, billi s-somom imħallsin ikunu jikkostitwixxu l-korrispettiv effettiv għal servizz individwabbli pprovdut fil-kuntest ta’ tali relazzjoni ġuridika li fil-kuntest tagħha jiġu skambjati provvisti reċiproċi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>UCMR – ADA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:50">EU:C:2021:50</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Teżisti rabta diretta meta żewġ provvisti jaffettwaw lil xulxin bl-istess mod, jiġifieri li wieħed iseħħ biss bil-kundizzjoni li l-ieħor ikun ukoll, u reċiprokament (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>San Domenico Vetraria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:193">EU:C:2020:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għall-kuntrarju, il-fatt li tranżazzjoni ekonomika titwettaq bi prezz ogħla jew inqas mill-prezz tal-kost, u, għaldaqstant, bi prezz ogħla jew inqas mill-prezz normali tas-suq, huwa irrilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala tranżazzjoni bi ħlas, peress li tali ċirkustanza ma hijiex ta’ natura li taffettwa r-rabta diretta bejn il-provvisti ta’ servizzi mwettqa jew li jkollhom jitwettqu u l-korrispettiv irċevut jew li jkollu jiġi rċevut li l-ammont tiegħu jiġi ddeterminat minn qabel u skont kriterji stabbiliti sew (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑846/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:277">EU:C:2021:277</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il‑ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-ammont tal-VAT li jista’ jitnaqqas mill-persuna taxxabbli, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, id-dritt għat-tnaqqis jiġi eżerċitat, bħala prinċipju, għat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input imwettqa, fejn dawn it-taxxi jiġu kkalkolati skont l-ammont taxxabbli applikabbli. Skont ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT, fir-rigward ta’ kunsinni ta’ oġġetti jew provvisti ta’ servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77 ta’ din id‑direttiva, l-ammont taxxabbli jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi l-korrispettiv miksub jew li jkollu jinkiseb mill-fornitur għat-tranżazzjonijiet minn għand il‑konsumatur, xerrej jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal‑prezz ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Dan huwa għalhekk il-korrispettiv stabbilit bejn il-partijiet u mħallas lill-fornitur, u mhux valur oġġettiv, bħall-valur tas-suq jew valur ta’ riferiment iddeterminat mill-amministrazzjoni tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalkemm l-Artikolu 80 tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi, sabiex jiġu evitati l‑frodi u l-evażjoni tat-taxxa, eċċezzjoni għall-imsemmija regola ġenerali, billi jipprevedi li l-ammont taxxabbli jista’ jikkorrispondi għall-valur normali tat‑tranżazzjoni kkonċernata, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tikkonċerna biss il-kunsinni ta’ oġġetti jew provvisti ta’ servizzi lil benefiċjarji li magħhom ikun hemm rabtiet familjari jew rabtiet oħra personali fil-qrib, rabtiet ta’ ġestjoni, appartenenza, sħubija, rabtiet finanzjarji jew legali kif iddefiniti mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-assenza ta’ żieda fid-dħul mill‑bejgħ tal-persuna taxxabbli, li turi n-nuqqas ta’ profitt tas-servizzi pprovduti lilha fil-bidu, għandu jitfakkar qabelxejn li l-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal‑VAT jippreżumi li l-oġġetti u s-servizzi tal-input akkwistati mill-persuna taxxabbli jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. B’mod partikolari, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-VAT, huma espressament esklużi mid-dritt tat-tnaqqis l-ispejjeż li ma jkollhomx natura strettament professjonali, bħall-ispejjeż fuq il-lussu, pjaċiri jew rappreżentazzjoni. Għalhekk, għalkemm l-ispiża esposta mill-persuna taxxabbli tal-input għandha tkun ta’ natura professjonali u jekk l-oġġetti jew is-servizzi akkwistati għandhom jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, la l‑Artikolu 168(a) u lanqas l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva ma jissuġġettaw l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis għal kriterju relatat maż-żieda tad‑dħul mill-bejgħ tal-persuna taxxabbli u lanqas, b’mod iktar ġenerali, għal kriterju ta’ profitt ekonomiku tat-tranżazzjoni tal-input imwettqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari tal-input u tranżazzjoni waħda jew iktar tal-output li jagħtu dritt għat-tnaqqis bħala prinċipju hija neċessarja sabiex dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input jiġi rrikonoxxut fil-konfront tal-persuna taxxabbli u sabiex tiġi stabbilita l-portata ta’ dan id-dritt. Id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT li jkun ġie impost fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi tal-input jippreżupponi li l‑ispejjeż magħmula fl-akkwist ta’ dawn ikunu parti mill-elementi kostituttivi<?PAGE NO="8"?> tal‑prezz tat-tranżazzjonijiet taxxabbli bħala taxxa tal-output li jkunu eliġibbli għad-dritt tat-tnaqqis (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mitteldeutsche Hartstein-Industrie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:712">EU:C:2020:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, anki fl-assenza ta’ tali rabta, dritt għat‑tnaqqis jiġi ammess favur il-persuna taxxabbli meta l-ispejjeż tat‑tranżazzjonijiet inkwistjoni jkunu jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali ta’ din tal-aħħar u jkunu, bħala tali, elementi li jikkostitwixxu l-prezz tal-oġġetti jew tas‑servizzi li din il-persuna tipprovdi. Dawn l-ispejjeż għandhom fil-fatt rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mitteldeutsche Hartstein-Industrie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:712">EU:C:2020:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-eżistenza tad-dritt għat-tnaqqis tiġi ddeterminata skont it‑tranżazzjonijiet tal-output li magħhom it-tranżazzjonijiet tal-input ikunu konnessi. L-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata tippreżupponi li l-ispiża tas‑servizzi tal-input ipprovduti tkun inkluża rispettivament fil-prezz ta’ tranżazzjonijiet partikolari tal-output jew fil-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti mill-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mitteldeutsche Hartstein‑Industrie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:712">EU:C:2020:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huma l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-qrati nazzjonali li għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha li fihom seħħew it-tranżazzjonijiet inkwistjoni u jieħdu inkunsiderazzjoni biss it-tranżazzjonijiet li huma oġġettivament marbuta mal-attività taxxabli tal-persuna taxxabbli. L-eżistenza ta’ tali rabta għandha għalhekk tiġi evalwata fid-dawl tal-kontenut oġġettiv tat‑tranżazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:683">EU:C:2017:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mitteldeutsche Hartstein‑Industrie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑528/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:712">EU:C:2020:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, l-assenza ta’ żieda fid-dħul mill-bejgħ tal‑persuna taxxabbli ma tistax ikollha effett fuq l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, is-sistema komuni ta’ VAT tiżgura n-newtralità tat-taxxa tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għan jew mir-riżultat tagħhom, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu fihom innifishom, bħala prinċipju, suġġetti għall-VAT. Għalhekk, id-dritt għat-tnaqqis, ladarba tnissel, jibqa’ kweżit anki jekk, sussegwentement, l-attività ekonomika prevista ma tkunx twettqet u, għaldaqstant, ma tkunx tat lok għal tranżazzjonijiet taxxabbli jew jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx setgħet tuża l‑oġġetti jew is-servizzi li jkunu taw lok għat-tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli minħabba ċirkustanzi li ma jkollhomx x’jaqsmu mar‑rieda tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Sonaecom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:913">EU:C:2020:913</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn it-tranżazzjoni tal-input imwettqa, jiġifieri l-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji lil Amper Metal, tikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għall‑VAT, skont il-prinċipji mfakkra fil-punti 26 u 27 ta’ din is-sentenza, il-fatt li l-prezz imħallas ikun ogħla mill-prezz tas-suq jew minn eventwali valur ta’ riferiment iddeterminat mill-amministrazzjoni tat-taxxa għal servizzi pubbliċitarji analogi ma jistax jiġġustifika r-rifjut tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis għad‑detriment tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-ammont tal-VAT li jista’ jitnaqqas għandu jiġi ddeterminat skont l-ammont taxxabbli rilevanti, fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, jiġifieri skont il-korrispettiv effettivament imħallas mill‑persuna taxxabbli, kif jirriżulta mill-fatturi prodotti minn din tal-aħħar. Min‑naħa l-oħra, l-Artikolu 80 tad-Direttiva tal-VAT isir irrilevanti sa fejn il-kawża prinċipali tikkonċerna tranżazzjoni bejn partijiet indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha tevalwa, fid-dawl tal-kontenut oġġettiv tas-servizzi pubbliċitarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk dawn tal-aħħar għandhomx rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjoni tal-output mwettqa li tagħti dritt għat-tnaqqis jew, fin‑nuqqas, mal-attività ekonomika kollha ta’ Amper Metal, fir-rigward tal‑ispejjeż ġenerali tagħha, jew jekk l-imsemmija servizzi jikkostitwixxux spejjeż ta’ rappreżentazzjoni li ma humiex ta’ natura strettament professjonali, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, b’mod partikolari, jekk it-twaħħil ta’ stickers pubbliċitarji fuq vetturi fl-okkażjoni tal-kampjonat tat-tlielaq tal‑karozzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellux bħala għan il-promozzjoni tal‑oġġetti u tas-servizzi kkummerċjalizzati minn Amper Metal, b’tali mod li din tista’ tidher fost l-ispejjeż ġenerali tal-impriża, jew jekk, għall-kuntrarju, l-ispiża sostnuta f’din l-okkażjoni hijiex nieqsa minn kull natura professjonali u minn kull rabta mal-attività ekonomika tal-imsemmija intrapriża. Skont il-konstatazzjoni magħmula fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-fatt li s-servizzi akkwistati minn Amper Metal ma wasslux għal żieda fid-dħul mill-bejgħ tagħha ma huwiex rilevanti għall-finijiet tal-imsemmija evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l‑Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa għal servizzi pubbliċitarji meta tali provvista ta’ servizzi tikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għall-VAT, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-VAT, u jkollha rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjoni taxxabbli waħda jew iktar tal-output jew mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli, fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tagħha, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prezz iffatturat għal tali servizzi jkun eċċessiv meta mqabbel ma’ valur ta’ riferiment iddefinit mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali u li tali servizzi ma jkunux taw lok għal żieda fid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il‑valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa għal servizzi pubbliċitarji meta tali provvista ta’ servizzi tikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għall-VAT, fis‑sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112, u jkollha rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjoni taxxabbli waħda jew iktar tal-output jew mal‑attività ekonomika kollha<?PAGE NO="10"?> tal-persuna taxxabbli, fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tagħha, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prezz iffatturat għal tali servizzi jkun eċċessiv meta mqabbel ma’ valur ta’ riferiment iddefinit mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali u li tali servizzi ma jkunux taw lok għal żieda fid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-persuna taxxabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>