Official Journal L 301 , 31/12/1972 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0132
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L301 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0132
English special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L301 P. 0003
Greek special edition: Chapter 11 Volume 4 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0005
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 3 P. 0005
Ir-Regolament (KEE) Nru 2842/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 li jikkonkludi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u li jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tiegħu IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda iffermat fi Brussel nhar it-22 ta' Lulju 1972 għandu jkun konklus u li d-Dikjarazjonijiet annessi ma l-Att Finali, l-istess iffermati fi Brussel nhar it-22 ta' Lulju 1972, għandhom ikunu addottati; Billi, la darba l-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt, repreżentanti tal-Komunità għandhom ikunu maħtura; ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 IL-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda l-Annessi u l-Protokolli tiegħu, u d-Dikjarazjonijiet annessi għal Att Finali huma b'hekk konklużi u kkonfermati f'isem il-Komunità. It-testi tal-Ftehim u l-Att Finali huma annessi ma dan ir-Regolament. Artikolu 2 Bis-saħħa ta' l-Artikolu 37 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill tal-Komunitàjiet Ewropej għandu jgħati notifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul b'effett tal-Ftehim kienu ġew konklużi minn-naħa tal-Komunità. Artikolu 3 Fil-Kumitat konġunt kif hemm provdut fl-Artikolu 30 tal-Ftehim, il-Komunità għandha tkun rapreżentata mill-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rapreżentanti tal-Istati Membri. Artikolu 4 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppublikat fil-Journal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1972. Għall-Kunsill — Il-President T. Westerterp --------------------------------------------------