SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
12 ta’ Frar 2009 ( *1 )
“Talba għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Artikolu 11 — Proċedura simplifikata ta’ abbandun ta’ merkanzija sabiex tiġi distrutta — Determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali — Penali amministrattiva”
Fil-Kawża C-93/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Frar 2008, fil-proċedura
Schenker SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn C. W. A. Timmermans, President tal-Awla, J.-C. Bonichot, J. Makarczyk, P. Kūris u C. Toader (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,
Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-4 ta’ Diċembru 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Schenker SIA, minn A. Tauriņš, membru tal-kunsill ta’ amministrazzjoni, assistit minn I. Faksa, advokāte, |
|
— |
għall-Valsts ieņēmumu dienests, minn Dz. Jakāns, bħala aġent, assistit minn E. Krimela, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Latvjan, minn E. Balode-Buraka, E Eihmane u K. Drēviņa, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Elleniku, minn O. Patsopoulou u Z. Chatzipavlou, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn E. Kalniņš u S. Schønberg, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li tikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469-476). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Schenker SIA (iktar ’il quddiem “Schenker”) u l-Valsts ieņēmumu dienests (amministrazzjoni fiskali tal-Istat) dwar multa imposta fuq din il-kumpannija wara d-distruzzjoni tal-merkanzija ssuspettata li kienet qed tikser dritt ta’ proprjetà intellettwali. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
|
3 |
Ir-Regolament Nru 1383/2003 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jew dħul għal proċedura sospensiva ta’ oġġetti falsifikati jew pirati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 5, p. 318-323). |
|
4 |
Il-premessi 3, 5, 9 u 10 tar-Regolament Nru 1383/2003 jipprovdu:
[…]
[…]
|
|
5 |
L-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament Nru 1383/2003 jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, […]:
|
|
6 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija tkun mqegħda f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tgħodd meta jiġi deċiż jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali.” |
|
7 |
L-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament jaqra hekk: “1. Fejn l-awtoritajiet doganali ikunu żammu jew issospendew ir-rilaxx ta’ merkanzija li tkun suspettata li tikser dritt ta’ proprjetà intellettwali f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għal proċedura simplifikata, li għandha tintuża bi ftehim mad-detentur tad-dritt, li tkun tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jġiegħlu li dik il-merkanzija tiġu abbandunata biex tiġi distrutta taħt kontrol doganali, mingħajr ma ikun hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali kienx inkiser taħt il-liġi nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
|
8 |
L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1383/2003 jipprovdi: “Kull Stat Membru għandu jintroduċi penalitajiet li japplikaw fil-każi ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważżivi.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
9 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201.12 tal-kodiċi tar-reati amministrattivi (Administratīvo pārkāpumu kodekss) jipprovdi: “L-applikazzjoni ta’ proċedura doganali għal merkanzija ffalsifikata u għal merkanzija kkupjata, jew id-detenzjoni temporanja ta’ din il-merkanzija għandha tiġi ssanzjonata, għal persuni fiżiċi, b’multa minn 50 sa 250 lats u, għal persuni ġuridiċi, b’multa minn 500 sa 5000 lats, flimkien mas-sekwestru tal-merkanzija.” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
10 |
Bis-saħħa ta’ kuntratt, Schenker, aġent doganali, irrilaxxat fiċ-ċirkulazzjoni libera, f’isimha u f’isem il-kumpannija destinarja tal-merkanzija, Rovens SIA (iktar ’il quddiem “Rovens”), prodotti li kellhom it-trade mark “Nokia”. |
|
11 |
Fis-16 ta’ Frar 2005, fil-kuntest ta’ verifika tal-merkanzija importata, ir-Rīgas muitas iestāde (Ċentru tad-Dwana ta’ Riga) issuspetta li kien hemm falsifikazzjoni. |
|
12 |
Bis-saħħa tar-Regolament Nru 1383/2003, l-awtoritajiet doganali żammew il-prodotti u ħadu kampjuni li ntbagħtu għall-parir lir-rappreżentanti ta’ Nokia Corp., proprjetarja tat-trade mark “Nokia”. Huma informaw ukoll lil Rovens b’din il-proċedura. |
|
13 |
Fl-1 ta’ Marzu 2005, Nokia Corp. informat lill-awtoritajiet doganali dwar l-eżistenza ta’ taħdidiet ma’ Rovens fuq il-possibbiltà li jibdew proċedura simplifikata sabiex tiġi distrutta l-merkanzija u talbithom li ż-żamma tal-merkanzija tiġi pprorogata b’għaxart ijiem. |
|
14 |
Fit-3 ta’ Marzu 2005, Nokia Corp. informat lill-awtoritajiet doganali li l-prodotti miżmuma kienu juru l-eżistenza ta’ falsifikazzjoni. Fl-4 ta’ Marzu 2005, Nokia Corp. u Rovens ikkonkludew ftehim, li ntbagħat lill-awtoritajiet doganali fil-11 ta’ Marzu 2005, dwar id-distruzzjoni tal-imsemmija merkanzija bi spejjeż għal Rovens. |
|
15 |
Fl-1 ta’ April 2005, l-imsemmija awtoritajiet ħarġu verbal li fih ikkonstataw li Schenker, fil-kwalità tagħha ta’ “dikjarant”, kienet kisret l-Artikoli 9 u 16 tar-Regolament Nru 1383/2003. B’hekk, billi bbażaw ruħhom fuq il-parir ta’ Nokia Corp. mibgħut fit-3 ta’ Marzu 2005, huma kkonstataw li Schenker ikkommettiet “reat” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201.12 tal-kodiċi tar-reati amministrattivi u imponew fuqha multa ta’ LVL 500 (lats Latvjani). |
|
16 |
Schenker, mingħajr suċċess, ikkontestat id-deċiżjoni mad-direttur tal-Valsts ieņēmumu dienests. Hija sussegwentement ressqet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija quddiem l-Administratīvā rajona tiesa (tribunal amministrattiv distrettwali), u sostniet li l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1383/2003 jipprevedi fir-realtà l-possibbiltà li ma jiġix ikkonstatat li l-merkanzija tkun iffalsifikata. Dan ir-rikors ġie miċħud. |
|
17 |
Fl-appell, l-apgabaltiesa (qorti reġjonali) ikkunsidrat li l-Artikolu 11 mhuwiex applikabbli, għaliex il-ftehim dwar id-distruzzjoni tal-prodotti ġie konkluż wara li l-awtoritajiet doganali ndunaw li l-prodotti eżaminati kisru d-dritt ta’ proprjetà intellettwali. |
|
18 |
Schenker għalhekk appellat fil-kassazzjoni quddiem l-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments, li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti: “L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1383/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (id-detentur tad-drittijiet) jilħaq ftehim, mad-dikjarant jew mal-proprjetarju ta’ dawn l-oġġetti, sabiex jiġu distrutti, jew jidħol f’diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li l-oġġetti jiġu distrutti, u matul din il-proċedura, l-awtoritajiet doganali jirċievu informazzjoni li l-oġġetti huma ffalsifikati, hija prekluża l-possibbiltà li tiġi imposta penali fuq id-dikjarant, jew fuq il-proprjetarju tal-oġġetti?” |
Fuq id-domanda preliminari
|
19 |
Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, fis-sustanza, jekk l-għażla li tinbeda, bi ftehim mal-proprjetarju tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u l-importatur, il-proċedura simplifikata, ipprovduta fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1383/2003, iċċaħħadx lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mis-setgħa li jimponu fuq dawk responsabbli għall-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, “penali”, fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament, bħalma hija multa amministrattiva. |
Osservazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
20 |
Schenker tqis li r-Regolament Nru 1383/2003 ma jippermettix li l-awtoritajiet doganali jimponu penali ladarba l-proprjetarju ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali u l-importatur jibdew proċedura simplifikata għaliex, minn naħa, id-distruzzjoni tal-imsemmija merkanzija hija diġà fiha nnifisha penali, u min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtoritajiet mhumiex awtorizzati li jidħlu fir-riżoluzzjoni ta’ kontroversji bejn l-operaturi privati li jaqgħu taħt id-dritt ċivili u fil-proċeduri ġudizzjarji. Barra minn hekk, Schenker ma tistax tkun suġġetta, fil-kwalità tagħha ta’ aġent doganali, għal penali amministrattiva, bħal multa, minflok u f’isem l-importatur jew il-manifattur. |
|
21 |
Barra minn hekk, f’dan il-każ, l-awtoritajiet doganali, sabiex jimponu l-multa kkontestata, ibbażaw ruħhom biss fuq id-dikjarazzjoni unilaterali tal-proprjetarju tat-trade mark. Issa, din l-kumpannija, sostnuta mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq dan il-punt, tesprimi dubji fuq il-valur probatorju suffiċjenti ta’ din id-dikjarazzjoni sabiex jiġi kkonstatat “ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” fis-sens tar-Regolament Nru 1383/2003. |
|
22 |
Il-Valsts ieņēmumu dienests, il-Gvernijiet Latvjan, Ċek, Elleniku u Finlandiż kif ukoll il-Kummissjoni huma, min-naħa tagħhom, tal-opinjoni li l-applikazzjoni ta’ “proċedura simplifikata”, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1383/2003 ma ċċaħħadx lill-awtoritajiet kompetenti li jimponu “penali”, fis-sens tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament, għaliex, kif joħroġ mill-premessa 10 tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri huma obbligati li jimponu penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
23 |
Għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti li jimponu “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1383/2003, meta l-operaturi kkonċernati jibdew “proċedura simplifikata” fis-sens tar-Regolament Nru 1383/2003, għandu jiġi rrilevat, kif jirriżulta mill-premessa 9 tal-imsemmi regolament, illi din il-proċedura simplifikata ġiet introdotta sabiex tiffaċilita, kemm għall-awtoritajiet doganali u kemm għall-proprjetarju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1383/2003. |
|
24 |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1383/2003, meta, wara li tintlaqa’ t-talba għal intervent ta’ proprjetarju tal-proprjetà intellettwali, l-uffiċċju tad-dwana kompetenti jikkonstata li l-merkanzija kkonċernata hija ssuspettata li tikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali, huwa jissospendi r-rilaxx tal-merkanzija jew iżomm l-imsemmija merkanzija sabiex jiġi stabbilit il-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali. |
|
25 |
Issa, il-fatt li din il-proċedura ma titwettaqx fit-terminu previst jista’ jwassal, min-naħa, għall-introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanzija li tikser ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u, min-naħa l-oħra, meta l-proprjetarju tat-trade mark iressaq talba għal intervent, huwa, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1383/2003, jehmeż, ma’ din it-talba, dikjarazzjoni li fiha jaċċetta li jbati l-ispejjeż kollha bis-saħħa ta’ dan ir-regolament sabiex il-merkanzija tinżamm taħt il-kontroll doganali b’applikazzjoni tal-Artikolu 9 u, jekk ikun meħtieġ, tal-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament. |
|
26 |
Sabiex jiġu rrimedjati l-inkonvenjenti marbuta b’mod partikolari mat-tul tal-proċedura u mal-ispejjeż tal-ħażna li l-proprjetarju tad-dritt tal-proprjetà intellettwali jkollu jbati, ir-Regolament Nru 1383/2003 ippreveda l-possibbiltà ta’ proċedura simplifikata li tippermetti lill-proprjetarju ta’ dan id-dritt jikseb, bi ftehim mad-dikjarant, mad-detentur jew mal-proprjetarju tal-merkanzija ssuspettata, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet doganali, id-distruzzjoni ta’ dik il-merkanzija, u dan, kif joħroġ mill-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, mingħajr l-obbligu li tinbeda l-proċedura li tiddetermina jekk kienx hemm ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali skont il-liġi nazzjonali. |
|
27 |
Madankollu, il-fatt li tinbeda proċedura simplifikata, li l-introduzzjoni tagħha fis-sistema legali tal-Istat Membru hija biss fakultattiva, ma tistax iċċaħħad lill-awtoritajiet tal-imsemmija Stati mis-setgħa li jadottaw “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1383/2003, għaliex din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu dik il-penali fil-każ ta’ ksur ta’ dan ir-regolament. |
|
28 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 3 tar-Regolament Nru 1383/2003, b’mod ġenerali, l-importazzjoni ta’ merkanzija li tikser dritt ta’ proprjetà intellettwali għandha tiġi pprojbita fit-territorju tal-Komunità. |
|
29 |
F’dan ir-rigward, kif jipprovdi l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1383/2003, moqri flimkien mall-premessa 10 ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jadottaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur tal-imsemmi regolament. |
|
30 |
Issa, bil-kontra ta’ dak li ssostni Schenker, id-distruzzjoni tal-merkanzija, wara l-proċedura fakultattiva suġġetta għal ftehim bejn il-proprjetarju tat-trade mark u l-importatur, ma tistax tiġi kkwalifikata bħala sanzjoni imposta mill-awtorità nazzjonali b’applikazzjoni tas-sistema ta’ penali li l-Istati Membri għandhom jadottaw skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1383/2003. |
|
31 |
Barra minn hekk, kif ġustament jirrilevaw il-Gvernijiet Ċek u Finlandiż, huwa espressament previst fit-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1383/2003, illi d-distruzzjoni hija sistematikament ippreċeduta mit-teħid ta’ kampjuni li jinżammu mill-awtoritajiet doganali ħalli jkun jistgħu jservu, jekk hemm bżonn, bħala prova ammissibbli fil-każ ta’ proċeduri ġudizzjarji fl-Istat Membru li jeżiġiha. |
|
32 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-provi neċessarji biex jiġi kkonstatat ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi kkonstatat illi huma d-dispożizzjonijiet tal-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hemm il-merkanzija li tinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet maħsuba fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament li huma applikabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali fis-sens tad-dritt nazzjonali. |
|
33 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, għandha tingħata r-risposta għad-domanda magħmula illi l-fatt li tinbeda, bi ftehim mad-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u mal-importatur, il-proċedura simplifikata pprovduta fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1383/2003 ma jċaħħadx lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mis-setgħa li jimponu, fuq dak responsabbli għall-importazzjoni tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament bħalma hija multa amministrattiva. |
Fuq l-ispejjeż
|
34 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Il-fatt li tinbeda, bi ftehim mad-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u mal-importatur, il-proċedura simplifikata pprovduta fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, ma jċaħħadx lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mis-setgħa li jimponu, fuq dak responsabbli għall-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament bħalma hija multa amministrattiva. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.