31.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2020

li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal bidliet fit-tabelli ta’ allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 115/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (3) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (4) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perjodu 2013-2020.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (5), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (6) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista tar-rilaxx tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (7), C(2014) 123 (8), C(2014) 674 (9) u C(2014) 1167 (10), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali u t-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali riveduti tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Bid-Deċiżjoni C(2019) 4184, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jibdel it-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja wara li l-Awtorità Ġermaniża għall-Kummerċ tal-Emissjonijiet innotifikat li kienet inkludiet l-installazzjoni tal-polimerizzazzjoni DE-210619. Iżda d-data rrappurtata għall-kalkolu tal-allokazzjoni bla ħlas kienet ibbażata fuq bilanċ skorrett tas-sħana bejn ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u s-subinstallazzjonijiet tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u dan wassal għall-allokazzjoni ta’ 1 876 kwota li hi żgħira wisq. Għaldaqstant, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, b’ittra datata l-5 ta’ Ottubru 2020, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha b’rabta mal-installazzjoni tal-polimerizzazzjoni DE-210619.

(6)

Bid-Deċiżjoni C(2019) 4184, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex jibdel it-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja wara li l-Awtorità Ġermaniża għall-Kummerċ tal-Emissjonijiet innotifikat li kienet inkludiet l-installazzjoni tal-polimerizzazzjoni DE-210620. Iżda d-data rrappurtata għall-kalkolu tal-allokazzjoni bla ħlas kienet ibbażata fuq bilanċ skorrett tas-sħana bejn ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u s-subinstallazzjonijiet tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u dan wassal għall-allokazzjoni ta’ 3 217 kwota li hi żgħira wisq. Għaldaqstant, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, b’ittra datata l-5 ta’ Ottubru 2020, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha b’rabta mal-installazzjoni tal-polimerizzazzjoni DE-210620.

(7)

Il-Kummissjoni ssib li l-bidliet notifikati fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Ġermanja huma konformi mad-Direttiva 2003/87/KE u mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja kif stabbilit fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Litwanja, l-Ungerija u s-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Ġermanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li trid tiġi allokata

Kwantità li trid tiġi allokata modifikata skont id-data NE&C u skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE-new-14616-0168

210619

Dow Olefinverbund GmbH

Polyethylen-Anlage / Train 4 in Leuna

0

0

0

0

0

2 654

2 565

2 478

7 697

DE-new-14616-0169

210620

Dow Olefinverbund GmbH

Polyethylen-Anlage / Train 5 in Leuna

0

0

0

0

0

8 012

7 484

6 974

22 470