22.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10442 – Advent International/Sobi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 384/04)

1.   

Fl-14 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti),

—

Swedish Orphan Biovitrum AB (“SOBI”, l-Iżvezja).

Advent takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Sobi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-2 ta’ Settembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Advent huwa investitur ta’ ekwità privata bbażat f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerika. Advent jiffoka fuq l-akkwist ta’ ishma azzjonarji u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, il-konsumatur u d-divertiment, u s-servizzi tan-negozju u finanzjarji.

—

Sobi għandha l-kwartieri ġenerali fi Stokkolma, l-Iżvezja u hija elenkata fil-borża ta’ Nasdaq ta’ Stokkolma. Sobi hija kumpanija farmaċewtika oriġinatriċi li tiffoka fuq it-trattament ta’ mard rari, bl-oqsma prinċipali tagħha jagħtu attenzjoni lit-trattamenti fl-ematoloġija u l-immunoloġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10442 – Advent International/Sobi

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.