li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1)
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (1).
(2)
Abbażi ta' rieżami tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, il-miżuri stipulati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dik id-Deċiżjoni fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet, u l-korpi elenkati f'dak l-Anness jistgħu, ħlief fil-każ ta' persuna waħda li mietet, jiġu estiżi sat-8 ta' Diċembru 2025. Jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw 31 persuna fiżika u disa’ entitajiet elenkati f'dak l-Anness jiġu aġġornati.
(3)
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 10, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-8 ta' Diċembru 2026 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet, u l-korpi elenkati fl-Anness sat-8 ta' Diċembru 2025.”
;
(2)
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY M.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:
fit-taqsima “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati tal-31 persuna fiżika li ġejja huma sostitwiti b'dan li ġej:
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)
Ismijiet
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet għall-elenkar
Data tal-elenkar
“1.
Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV
Aлександр Петрович КАЛАШНИКОВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Eks Direttur tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN)
Data tat-twelid: 27.1.1964
Post tat-twelid: Tatarsk, Novosibirsk Region/Oblast, Russian SFSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-identità: 771670606787
Alexander Kalashnikov kien id-direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) mit-8 ta' Ottubru 2019 sal-25 ta' Novembru 2021. F'dik il-pożizzjoni, huwa ssorvelja l-attivitajiet kollha tal-FSIN. Fil-kapaċità tiegħu bħala direttur tal-FSIN, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.
Waqt li Alexei Navalny kien qed jirkupra fil-Ġermanja (Settembru 2020-Jannar 2021) wara li kien ġie avvelenat b'aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok, fit-28 ta' Diċembru 2020, l-FSIN ordna li jippreżenta ruħu b'mod immedjat quddiem uffiċjal tal-probation jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, jiffaċċa sentenza ta' ħabs talli jkun kiser il-kundizzjonijiet ta' sentenza sospiża għal kundanna għal frodi. Dik il-kundanna għal frodi nstabet li kienet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018. Fis-17 ta' Jannar 2021, fuq ordnijiet ta' Alexander Kalashnikov, uffiċjali tal-FSIN arrestaw lil Alexei Navalny mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta' Moska.
L-arrest ta' Alexei Navalny huwa bbażat fuq deċiżjoni tal-qorti tal-belt ta' Khimki, li min-naħa tagħha nħarġet fuq talba tal-FSIN. Lejn l-aħħar ta' Diċembru 2020, l-FSIN kien diġà talab li qorti tissostitwixxi s-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny b'sentenza ta' ħabs. Fis-17 ta' Frar 2021, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jirrilaxxa lil Alexei Navalny.
2.3.2021
2.
Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN
Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН
Pożizzjoni(jiet): President tal-Investigative Committee tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 27.8.1953
Post tat-twelid: Pskov, Russian SFSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-identità: 782618375392
Alexander Bastrykin ilu jservi bħala president tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-‘Kumitat’) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.
Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta' repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta' Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000.
Fl-2022, il-Kumitat Investigattiv, li Alexander Bastrykin għadu jippresiedi, akkuża lil 92 suldat Ukren b'delitti kontra l-umanità matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
2.3.2021
4.
Viktor Vasilievich (Vasilyevich) ZOLOTOV
Виктор Васильевич ЗОЛОТОВ
Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Federal Service of National Guard Troops tar-Russian Federation (Rosgvardia)
Data tat-twelid: 27.1.1954
Post tat-twelid: Sasovo, Russian SFSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-identità: 770600283509
Viktor Zolotov ilu d-Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) mill-5 ta' April 2016 u, għalhekk, huwa Kap Kmandant tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll Kmandant tal-OMON – Unita Mobbli bi Skop Speċjali integrata fir-Rosgvardia. F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tat-truppi tar-Rosgvardia u tal-OMON. Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tar-Rosgvardia, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji u l-ksur mifrux u sistematiku tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, b'mod partikolari bir-repressjoni vjolenti ta' protesti u dimostrazzjonijiet.
Ir-Rosgvardia ntużat biex trażżan il-protesti favur Navalny tat-23 ta' Jannar u tal-21 ta' April 2021, u ġie rrappurtat li bosta uffiċjali tal-OMON u tal-Gwardja Nazzjonali użaw brutalità u vjolenza kontra d-dimostranti. Għexieren ta' ġurnalisti spiċċaw fil-mira ta' aggressjoni mill-forzi tas-sigurtà, inkluż il-korrispondent ta' Meduza, Kristina Safronova, li sfat aggredita minn uffiċjal tal-OMON, u l-ġurnalista ta' Novaya Gazeta Yelizaveta Kirpanova, li laqtet daqqa ta' lembuba fuq rasha, li darrbitha. Matul il-protesti tat-23 ta' Jannar 2021, il-forzi tas-sigurtà iddetenew arbitrarjament aktar minn 300 minorenni.
2.3.2021
6.
WANG Junzheng
(Ortografija Ċiniża)
Pożizzjoni(jiet): Membru tal-20 Chinese Communist Party (CCP) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Segretarju tal-Partit taċ-Chinese Communist Party (CCP) tat-Tibet Autonomous Region (TAR); Direttur tal-Foreign Affairs Committee tat-Tibet Autonomous Region (TAR) (minn Mejju 2024); eks Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC), u Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region taċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group
Data tat-twelid: Mejju 1963
Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
Segretarju taċ-Chinese Communist Party (CCP) tat-Tibet Autonomous Region (TAR) minn Ottubru 2021. Membru tal-20 Chinese Communist Party (CCP) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).
Eks Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC) u Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR) taċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-XPCC minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Political and Legal Affairs Committee tal-XUAR, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll pożizzjonijiet għolja oħra fl-XPCC.
L-XPCC hija organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f'Xinjiang.
Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-XPCC, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-XPCC. F'dik il-pożizzjoni, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira imposti fuq l-Ujguri u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b'rabta mal-implimentazzjoni mill-XPCC ta' programm ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.
Hu kien ukoll responsabbli għall-użu sistematiku mill-XPCC tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b'mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.
Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-XUAR, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f'Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tal-XUAR minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fil-XUAR. Bħala tali, kellu pożizzjoni politika importanti, inkarigat bis-sorveljenza u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel.
22.3.2021
7.
WANG Mingshan
(ortografija Ċiniża)
Pożizzjoni(jiet): Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Viċi Direttur tal-iStanding Committee tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR)
Data tat-twelid: Jannar 1964
Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
Viċi Direttur (minn Frar 2024) u eks membru tal-iStanding Committee tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR). Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).
Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) bejn l-2017 u Jannar 2021.
Bħala Viċi Direttur u eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tal-XUAR (Settembru 2020 – Frar 2024), Wang Mingshan hu responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fl-XUAR. Bħala tali, għandu pożizzjoni politika importanti, inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujguri u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.
Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-XPSB (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta' Xinjiang u kien direttament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B'mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta' Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta' big data użat biex isegwi miljuni ta' Ujguri fir-reġjun ta' Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f'kampijiet ta' detenzjoni.
Fil-pożizzjoni attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom.
22.3.2021
8.
CHEN Mingguo
(Ortografija Ċiniża)
Pożizzjoni(jiet): Segretarju tal-Political and Legal Affairs Commission tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR); Membru tal-iStanding Committee tas-CCP tal-XUAR.
Data tat-twelid: Ottubru 1966
Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (China)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
Segretarju tal-Political and Legal Affairs Commission tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR) u Membru tal-iStanding Committee tas-CCP tal-XUAR minn Frar 2024.
Eks Direttur tal-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) minn Jannar 2021 u Viċi President tal-People's Government tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR).
Bħala Segretarju tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uygur (XUAR), Membru tal-Kumitat Permanenti tas-CCP tal-XUAR u eks Direttur tal-XPSB, Chen Mingguo għandu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta' Xinjiang u huwa involut direttament fl-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u persuni minn minoranzi etniċi Musulmani oħra. B'mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta' Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta' big data użat biex isegwi miljuni ta' Ujguri fir-reġjun ta' Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f'kampijiet ta' detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon jew tat-twemmin tagħhom.
22.3.2021
13.
Aiub Vakhaevich KATAEV (magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV)
Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ) (ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Department of the Ministry of Internal Affairs tar-Russian Federation fil-belt ta' Argun fir-Repubblika Ċeċena
Data tat-twelid: 1.12.1983
Post tat-twelid: Ilyinsky, Chechnya
Nazzjonalità: Russa
Numru tal-identità: 200505588830, 014112081090
Sess: raġel
Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta' Argun fir-Repubblika Ċeċena sal-2018.
Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f'Argun, Aiub Kataev kien jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F'din il-pożizzjoni, huwa kien jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), dawk li huma preżunti li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena, Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi li kienu taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari t-tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet u qtil arbitrarji jew ekstraġudizzjarji.
Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta' detenuti.
22.3.2021
20.
Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO
Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО
(ortografija Russa)
Aleksandr Maloletko kien kollaboratur mill-qrib ta' Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala ‘difensur tal-Patrija’ u bħala l-Kap tal-‘Veteran's Interests Defenders League’ kien imfaħħar pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA, u huwa responsabbli talli appoġġa l-atti tal-Wagner Group.
25.2.2023
22.
Dimitri SYTII
magħruf ukoll bħala
Dimitri SYTYI
Дмитрий СЫТИЙ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian House of Bangui
Data tat-twelid: 23.3.1989
Post tat-twelid: Minsk (Belarus)
Nazzjonalità: Russa
Numru tal-Passaport: 550246878
Sess: raġel
Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217/CI St Petersburg, Russian Federation
Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat bit-tmexxija tal-operazzjonijiet u tal-politika ta' influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA.
Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta' tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.
Mikhail Potepkin huwa direttur ta' Meroe Gold, entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f'M-Invest, il-kumpanija omm ta' Meroe. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.
25.2.2023
25.
Vitalii Viktorovitch PERFILEV
Виталий Викторович ПЕРФИЛЬЕВ
(ortografija Russa)
Data tat-twelid: 11.9.1983
Post tat-twelid: Novossibirsk USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Indirizz: Bangui (Central African Republic)
Sess: raġel
Numru tal-Passaport: NR 75 2987491
Data tal-konsenja: 30.3.2016
Data ta' skadenza: 30.3.2026
Vitalii Perfilev kien il-konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) sa Novembru 2023, u figura ewlenija fi ħdan il-Wagner Group fir-RCA.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA.
Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu matul il-perjodu tat-twettiq tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RCA u r-rwol ta' tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, Vitalii Perfilev huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.
25.2.2023
26.
Andrei Sergeevich MANDEL
Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ
(ortografija Russa)
Data tat-twelid: 2.3.1990
Post tat-twelid: Germany
Sess: raġel
Numru tal-Passaport: 753615660
Andrei Mandel huwa l-kap ta' M-Invest, entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Andrei Mandel huwa assoċjat ma' Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, Andrei Mandel jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.
25.2.2023
27.
Neda Mohammad NADEEM
(ortografija Pashto)
Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja
Nazzjonalità: Afgana
Data tat-twelid: 1977
Post tat-twelid: Kandahar, Afghanistan
Sess: raġel
Neda Mohammed Nadeem ilu l-aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja mit-22 ta' Ottubru 2022.
Minn meta daħal fil-pożizzjoni tiegħu, it-Taliban ippubblikaw digrieti li jipprojbixxu lin-nisa mill-edukazzjoni għolja fil-pajjiż kollu. Dawn id-digrieti jċaħħdu lin-nisa mid-dritt tagħhom għall-edukazzjoni kif ukoll mill-aċċess ugwali tagħhom għall-edukazzjoni, u b'hekk jiksru l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.
Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja, Neda Mohammed Nadeem huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur mifrux tad-dritt tan-nisa għall-edukazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-edukazzjoni.
7.3.2023
29.
Alexander Georgievich FEDORINOV
Александр Георгиевич ФЕДОРИНОВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): uffiċjal kmandant ta' Moscow Police Station
Grad: Logutenent Kurunell
Data tat-twelid: 31.5.1980
Post tat-twelid: Michurinsk, Tambov, Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Il-Logutenent Kurunell Alexander Fedorinov huwa uffiċjal kmandant ta' Moscow Police Station.
Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent kap tal-għassa tal-pulizija f'Marzu 2022, huwa awtorizza l-arrest u d-detenzjoni arbitrarji, kif ukoll it-tortura sussegwenti, ta' dimostranti nisa kontra l-gwerra.
Alexander Fedorinov huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika.
7.3.2023
33.
Gatluak Nyang HOTH
Nazzjonalità: Sud Sudaniża
Sess: raġel
Gatluak Nyang Hoth kien il-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta' Mayiandit (Unity State, is-Sudan t'Isfel) minn Frar 2021 sa Ġunju 2024.
F'din il-pożizzjoni, huwa ordna lil milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta' Unity State bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt.
Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Gatlual Nyang Hoth huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.
7.3.2023
35.
Toe UI
magħruf ukoll bħala: Toe YI
Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni
Grad: Maġġur Ġeneral
Data tat-twelid: 1966
Nazzjonalità: Myanmarjana/Burmiża
Sess: raġel
Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni fit-3 ta' Frar 2023. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta' detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa inkarigat ukoll bil-ġbir ta' intelligence.
Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta' Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta' ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta' rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.
Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.
7.3.2023
37.
Andrei Andreevich ZADACHIN
Андрей Андреевич ЗАДАЧИН
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Investigatur tal-Major Investigative Unit fl-Investigative Committee tar-Russian Federation; Maġġur
Data tat-twelid: 22.8.1990
Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559
Numru tar-Reġistrazzjoni Fiskali: YBLWST14JJ39
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur tal-Unità Investigattiva Ewlenija fil-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa, Andrei Zadachin ħareġ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Andrei Zadachin talab ukoll lill-qorti biex Vladimir Kara-Murza jiġi detenut u pprovda xhieda li ssostni dan fil-qorti.
Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom.
Għalhekk, Andrei Zadachin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
5.6.2023
40.
Diana Igorevna MISHCHENKO
(Kunjom ta' xebba: GARIPOVA)
Диана Игоревнa МИЩЕНКО
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khamovniki District Court of Moscow
Data tat-twelid: 12.5.1977
Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Nru tal-passaport: 4508731961
Sess: mara
Numru tar-Reġistrazzjoni Fiskali: K7VGTQKBDX68
Numru tal-Kontribwent Individwali: 771805281790
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Khamovniki ta' Moska, Diana Mishchenko hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija tat sentenza biex tapprova l-arrest amministrattiv ta' Vladimir Kara-Murza għal 15-il jum.
Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom.
Għalhekk, Diana Mishchenko hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
(Шмитовский пр-д, 16с2, Москва, Россия, 123100. Квартира 52)
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Moska, Sergei Podoprigorov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ppresieda l-kulleġġ tal-Imħallfin fil-Qorti tal-Belt ta' Moska li fis-17 ta' April 2023 ikkundanna lill-attivist tal-oppożizzjoni Vladimir Kara-Murza għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja.
Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom.
Qabel, Sergei Podoprigorov, bħala Mħallef fil-qorti distrettwali ta' Tverskoi ta' Moska, kien ħa żewġ deċiżjonijiet fir-rigward ta' Sergei Magnitsky, li kixef il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina ta' uffiċjali tal-gvern Russu u aktar tard ġie ppersegwitat u miet f'ħabs Russu.
Għalhekk, Sergei Podoprigorov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
5.6.2023
75.
Wadim Konstantinowitsch KALININ
Вадим Kонстантинович КАЛИНИН
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-IK-3 penal colony
Data tat-twelid: 7.3.1973
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Kontribwent Individwali: 663401241613
Wadim Kalinin huwa l-Kap tal-kolonja penali IK-3.
Filwaqt li jinsab fil-linja ta' kmand tal-kolonja penali IK-3, u billi uffiċjalment jagħmel parti mill-‘persunal għoli ta' kmand’ tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) u għandu rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b'deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tal-priġunerija fil-kolonja penali IK-3. Il-kolonja penali IK-3, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, hija l-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet f'ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija ta’ Alexei Navalny fil-kolonja penali IK-3 inkludew il-vjolenza fiżika, bħat-tortura u n-nuqqas ta' misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, ta' assistenza medika u ikel u ilma.
Għalhekk, Wadim Kalinin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
86.
Aleksandr Aleksandrovich MUKHANOV
Александр Александрович МУХАНОВ
Pożizzjoni(jiet): Direttur ta' IK-1
Data tat-twelid: 7.12.1984
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Kontribwent Individwali: 332806323008
Aleksandr Mukhanov huwa d-Direttur tal-kolonja korrettiva No1 (IK-1) u kien id-Direttur tal-kolonja korrettiva No2 (IK-2) matul il-perjodu meta Alexei Navalny inżamm hemm minn Marzu 2021 sa Ġunju 2022.
IK-2 hija magħrufa għall-kundizzjonijiet ħżiena ta' detenzjoni. Alexei Navalny, li kien ġie avvelenat ftit qabel, ma ngħatax aċċess għal tobba ċivili f'dik il-kolonja, minkejja t-theddida għal saħħtu.
Bħala direttur ta' IK-1, Aleksandr Mukhanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll għall-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
87.
Roman Alexandrovitch VIDYUKOV
Роман Александрович ВИДЮКОВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Main Investigation Department fl-State Investigative Committee tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 30.7.1980
Post tat-twelid: Russia Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Roman Vidyukov huwa l-Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjoni u eks investigatur fil-Kumitat Investigattiv tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.
Matul il-perjodu meta kien fil-pożizzjoni ta' investigatur fil-Kumitat Investigattiv tal-Istat, Roman Vidyukov mexxa l-investigazzjoni f'waħda mill-kawżi li fihom Alexei Navalny ġie kkundannat għal disa' snin ħabs fl-2022. Roman Vidyukov kien ukoll membru tal-iskwadra ta' investigazzjoni preliminari għall-kawża ta' ‘ħasil tal-flus’ kontra l-fondazzjoni ta' Alexei Navalny kontra l-korruzzjoni. Roman Vidyukov mexxa wkoll l-investigazzjoni kontra Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta' Alexei Navalny f'Ufa, li ġiet ikkundannata għall-‘ħolqien ta' komunità estremista’. Lilia Chanysheva ġiet ikkundannata għal seba' snin u nofs ħabs fl-2023.
Matul dawk il-kawżi tal-qorti, Roman Vidyukov allegatament hedded xhud sabiex iġiegħlu jixhed b'tali mod li jaġevola l-investigazzjoni matul il-kawża ta' frodi ta' Alexei Navalny.
Roman Vidyukov huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal arresti jew detenzjonijiet arbitrarji u għall-ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, li huwa ta' tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.
22.3.2024
88.
Evgenia Sergeevna NIKOLAEVA
Евгения Сергеевна НИКОЛАЕВА
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f'Moscow
Data tat-twelid: 9.7.1981
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
Numru tal-Kontribwent Individwali: 771873894393
Evgenia Nikolaeva ilha mill-2016 imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Basmanny f'Moska.
Hija ħarġet għadd ta' sentenzi kontra avversarji politiċi (inkluż Alexei Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza), u b'hekk ikkontribwiet għar-repressjoni politika fir-Russja. F'Ottubru 2023, qiegħdet lill-avukati ta' Alexei Navalny, Alexey Liptser u Igor Sergunin, f'arrest preventiv għal xahrejn. Qabel dan, kienet ripetutament għamlet il-ħajja diffiċli għall-priġunieri politiċi, inkluż billi estendiet it-termini ta' detenzjoni f'ċentru ta' arrest preventiv għall-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta' Alexei Navalny f'Ufa, Lilia Chanysheva. Evgenia Nikolaeva rrifjutat ukoll li tindirizza l-ilmenti dwar in-nuqqas ta' azzjoni tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa dwar l-allegazzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny.
Fil-pożizzjoni tagħha, Evgenia Nikolaeva hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal arresti jew detenzjonijiet arbitrarji u għall-ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, li huwa ta' tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.
22.3.2024
96.
Sergey Anatolevich MOROZ
Сергей Анатольевич МОРОЗ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Federal Penitentiary Service tar-Russian Federation for Moscow
Data tat-twelid: 15.9.1968
Post tat-twelid: Berdyansk, Zaporozhye, Ukrainian SSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Kontribwent Individwali: 644918369538
Sergey Moroz huwa uffiċjal Russu. Huwa l-Kap tas-Servizz Penitenzjarju Federali f'Moska.
F'dik il-pożizzjoni, poġġa lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fuq il-lista federali ta' persuni mfittxija. Sergey Moroz huwa akkużat li eżerċita umiljazzjoni estrema u vjolenza fuq id-detenuti mal-wasla tagħhom f'detenzjoni.
Għalhekk, Sergey Moroz huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
97.
Elena Evgenievna MOROZOVA
Елена Евгеньевна МОРОЗОВА
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khimki City Court
Data tat-twelid: 2.12.1977
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
Elena Morozova hija mħallef Russa li taħdem fil-Qorti tal-Belt ta' Khimki.
Fil-pożizzjoni tagħha, iddeċidiet li tqiegħed lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny f'kustodja għal 30 jum hekk kif wasal f'Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok. Il-proċess li hija ppresediet kiser l-istandards ta' proċess ġust, inkluż id-dritt ta' rieżami tal-kontenut tal-att tal-akkuża u tad-dokumenti tal-proċess, l-opportunità ta' konsultazzjoni ma' avukat, u l-aċċess pubbliku għall-proċess.
Għalhekk, Elena Morozova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
99.
Mikhail Yurievich PTITSYN
Михаил Юрьевич ПТИЦЫН
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): President tal-Moscow City Court
Data tat-twelid: 21.8.1963
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Mikhail Ptitsyn huwa l-President tal-Qorti tal-Belt ta' Moska.
F'dik il-pożizzjoni, ikkunsidra b'mod pożittiv il-proposta tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu li s-sentenza ta' probation tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny tiġi sostitwita b'sentenza sħiħa. Konsegwentement, Alexei Navalny ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jaġixxi fil-ħajja pubblika fir-Russja billi ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali.
Għalhekk, Mikhail Ptitsyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
100.
Sergey Alekseevich RYABTSEV
Сергей Алексеевич РЯБЦЕВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Lefortovo District Court of Moscow
Data tat-twelid: 4.9.1989
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Sergey Ryabtsev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Qorti Distrettwali ta' Lefortovo ta' Moska.
F'dik il-pożizzjoni kien involut fis-sabotaġġ tal-investigazzjoni rigward l-avvelenament ta' Alexei Navalny billi rrifjuta li jindirizza l-ilment dwar in-nuqqas ta' azzjoni tad-Direttorat Investigattiv tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Barra minn hekk, huwa kontinwament jagħti sentenzi kontra l-libertà tal-espressjoni fir-Russja.
Għalhekk, Sergey Ryabtsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
101.
Petr Pavlovich SERKOV
Пётр Павлович СЕРКОВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 7.6.1955
Post tat-twelid: Poldamasovo, Ulyanovsk region, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Kontribwent Individwali: 732502615730
Petr Serkov huwa l-Ewwel Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa.
F'dik il-pożizzjoni kkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali ta' sigurtà għolja biex ma jkunx jista' jinvolvi ruħu f'attività politika. It-tqegħid ta' Alexei Navalny f'kolonja penali wassal għall-mewt tiegħu.
Għalhekk, Petr Serkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
103.
Nikolay Viktorovich TIMOSHIN
Николай Викторович ТИМОШИН
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): President tal-Presidium of the Supreme Court tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 14.8.1959
Post tat-twelid: Zhidkoe village, Znamensky district, Oryol region, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Nikolay Timoshin huwa l-President tal-Presidju tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. Qabel dan, kien Membru tal-Presidju tal-Qorti.
Bħala Membru tal-Presidju, Nikolay Timoshin ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali ta' sigurtà għolja biex ma jkunx jista' jinvolvi ruħu f'attività politika.
Għalhekk, Nikolay Timoshin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
104.
Vladimir Yurievich ZAITSEV
Владимир Юрьевич ЗАЙЦЕВ
(ortografija Russa)
Pożizzjoni(jiet): President tal-Appellate Chamber tas-Supreme Court tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 31.3.1957
Post tat-twelid: Valamaz, Krasnogorsk, Udmurtia SSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Vladimir Zaitsev huwa l-President tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa.
F'dik il-pożizzjoni eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat.
Għalhekk, Vladimir Zaitsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għall-ksur sistematiku tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.
22.3.2024
115.
Abdel Karim Mahmoud (Mahmood, Mohammad)
IBRAHIM
(Ortografija Għarbija)
Pożizzjoni(jiet): Kap Kmandant tal-Armata Sirjana
Post tat-twelid: Tartous, Syria
Nazzjonalità: Sirjana
Sess: raġel
Abdel Karim Mahmoud Ibrahim huwa l-kap kmandant tal-Armata Sirjana.
L-Istat Sirjan, inkluż il-militar tiegħu, iwettaq tortura sistematika u mifruxa, stupru u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra persuni ċivili.
Bħala l-kap kmandant tal-Armata Sirjana, Abdel Karim Mahmoud Ibrahim huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi armati taħt il-kmand tiegħu.
Abdel Karim Mohammad Ibrahim huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż għal tortura u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.
22.7.2024”;
(3)
fit-Taqsima “B. ‘Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi’, l-entrati għad-disa” entitajiet li ġejjin huma sostitwiti b'dan li ġej:
Isem (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)
Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet għall-elenkar
Data tal-elenkar
“5.
Wagner Group (magħruf ukoll bħala Expeditionary and Volunteer Corps, Expeditionary Corps, Volunteer Corps, Africa Corps, Vagner Group, PMC Wagner, Liga, League)
Группа Вагнера
(ortografija Russa)
Il-Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur tal-Korp Slavoniku. Permezz tal-istabbiliment ta' entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, il-Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu.
Il-Wagner Group huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), is-Sudan, il-Mali u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.
13.12.2021
6.
Lobaye Invest SARLU
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui (Central African Republic)
Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017
Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru ‘NIF’, Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)
Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic
Informazzjoni oħra: Fergħa ta' M-Finans
Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata rreġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, oriġinarjament ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa pożizzjoni eżekuttiva għolja f'Wagner Group, u minn Yevgeny Khodotov, li kien assoċjat ma' Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest tħaddem minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Sengo, stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan li jmexxi kampanji ta' diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA.
Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA.
25.2.2023
7.
DIAMVILLE
Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019
Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519
Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic
Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati: Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest
Diamville hija kumpanija faċċata li tintuża mill-Wagner Group preżenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta' djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Dimitri Sytii. Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tappoġġa abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA.
25.2.2023
8.
Foundation for the Defence of National Values (FDNV)
Fund for the Defence of National Values (FDNV)
Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC)
Foundation for National Values Protection
Organization for the Protection of National Values
Post tar-reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation)
Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur il-Wagner Group u l-kampanji ta' diżinformazzjoni, fost affarijiet oħra biex ittejjeb ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f'interferenza moħbija f'isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fil-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.
L-FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-atti tal-Wagner Group permezz ta' propaganda favur il-Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni.
25.2.2023
9.
Radio Centrafricaine Lengo Sengo
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui, Central African Republic
Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018
Post prinċipali tan-negozju: Galabadja
Bangui, Commune de Bangui
Galabadja, 8eme Arr.
[GPS]-> 4.4070, 18.5465
Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f'operazzjonijiet ta' influwenza online f'isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija tmexxi kampanji ta' diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata marbuta mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tiegħu fir-RCA.
Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA.
Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA.
25.2.2023
10.
Meroe Gold Co. Ltd
(magħrufa wkoll bħala: Meroe For Agricultural & Animal Production; Al-Solag; Al-Sarraj Mining Company Ltd; Al-Sawlaj Mining Company Ltd; Al-Solaj Mining Company; Al-Soladzh Mining Company; Al-Solag Mining Company; Sullaj Mining Company; Al-Sullaj; Al-Solage; Solange; Sullag)
Post tar-reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan
Informazzjoni oħra: Estrazzjoni ta' minerali oħra tal-metall mhux ferruż
Assoċjata ma':
Al Sawlaj for Mining Ltd
Aswar Multi Activities Co., Ltd
Meroe Gold hija entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, u hija marbuta mill-qrib miegħu. Bl-affiljazzjoni tiegħu mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja.
Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Meroe Gold tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fis-Sudan.
25.2.2023
11.
M-Invest
Post tar-reġistrazzjoni: d. 76 korp. 4 litera A ofis N620, prospekt Obukhovskoi Oborony St. Petersburg, Russian Federation
Numru tar-reġistrazzjoni: 1177847044066
Post prinċipali tan-negozju: Khartoum, Sudan
Informazzjoni oħra: Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7811636632; Numru tal-gazzetta tal-Gvern: 06513574
M-Invest hija entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Kienet marbuta mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Bl-affiljazzjoni tiegħu mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. M-Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, M-Invest tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fis-Sudan.
25.2.2023
12.
Sewa Security Services
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui (Central African Republic)
Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic
Informazzjoni oħra: sussidjarja ta' Lobaye Invest
Sewa Security Services hija kumpanija privata bbażata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) li tipprovdi protezzjoni għall-uffiċjali għolja tal-gvern tar-RCA. Din isservi bħala kopertura għall-attivitajiet tal-Wagner Group fir-RCA. Hija sussidjarja ta' Lobaye Invest, immexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa pożizzjoni eżekuttiva għolja f'Wagner Group, u minn Yevgeny Khodotov, li kien assoċjat ma' Yevgeny Prigozhin. Sewa Security kienet involuta flimkien mal-Wagner Group f'sensiela ta' attakki vjolenti li seħħew fir-RCA mill-elezzjonijiet presidenzjali ta' Diċembru 2020 'l hawn. Sewa Security hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Sewa Security Services tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA.
25.2.2023
17.
Department of Information Technologies of the City of Moscow
Департамент Информационных Технологий города Москвы
Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.
Id-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Użaha biex iwettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u b'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex jinstabu u jiġu detenuti dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.