|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/927 |
26.3.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/927 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Marzu 2024
li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni rrieżaminat l-applikazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u kkonkludiet li l-objettivi tal-integrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għal fondi ta’ investiment alternattivi (“AIFs”), tal-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u tal-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, fil-biċċa l-kbira, ġew issodisfati. Madankollu, fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li hemm il-ħtieġa li jiġu armonizzati r-regoli għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) li jimmaniġġaw AIFs li joriġinaw self, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-istandards applikabbli għall-AIFMs li jiddelegaw il-funzjonijiet tagħhom lil partijiet terzi, biex jiġi żgurat trattament ugwali ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ kustodja (“kustodji”), biex jittejjeb l-aċċess transfruntier għas-servizzi depożitarji, biex jiġi ottimizzat il-ġbir tad-data superviżorja u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għodod għall-ġestjoni tal-likwidità madwar l-Unjoni. Għalhekk, huma meħtieġa emendi biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet sabiex jittejjeb il-funzjonament tad-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(2) |
Reġim robust ta’ delega, it-trattament ugwali tal-kustodji, rapportar superviżorju koerenti, b’mod partikolari permezz tat-tneħħija ta’ duplikazzjonijiet u rekwiżiti żejda, u approċċ armonizzat għall-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità huma ugwalment meħtieġa għall-ġestjoni tal-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS). Għalhekk, huwa xieraq ukoll li tiġi emendata d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li tistabbilixxi regoli dwar l-awtorizzazzjoni u l-operat tal-UCITS u l-kumpaniji tal-immaniġġar tagħhom fl-oqsma tad-delega, is-salvagwardja tal-assi, ir-rapportar superviżorju u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità. |
|
(3) |
Is-suq tal-Unjoni għal AIFs laħaq EUR 6,8 triljun f’valur nett tal-assi fi tmiem l-2022. L-investituri professjonali jammontaw għal madwar 86 % tal-valur nett tal-assi tal-AIFs immaniġġati jew ikkummerċjalizzati minn AIFMs awtorizzati u minn AIFMs taħt il-limitu, jiġifieri l-AIFMs imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE, fl-Unjoni. Is-suq tal-Unjoni għal AIFs jipprovdi aktar minn EUR 250 biljun lin-negozji tal-Unjoni fi kreditu privat, u l-investituri tal-Unjoni huma responsabbli għal 30 % tal-kapital globali allokat lill-industrija kollha. Id-daqs tas-suq aggregat tal-Unjoni għall-AIFs kompla jespandi, b’żieda ta’ aktar minn 15 % bejn l-2020 u l-2022, u l-AIFs kienu jirrappreżentaw terz tal-industrija tal-fondi taż-Żona Ekonomika Ewropea fi tmiem l-2020. Madankollu, għad hemm lok biex l-industrija tikber billi tipprovdi lill-investituri istituzzjonali b’għażla akbar u ttejjeb il-kompetittività tal-unjoni tas-swieq kapitali. |
|
(4) |
Biex tiżdied l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-AIFMs, il-lista ta’ servizzi anċillari stabbilita fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li tiġi estiża biex tinkludi l-kompiti mwettqa minn amministratur f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“amministrazzjoni ta’ parametri referenzjarji”) u attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għal raġunijiet ta’ kompletezza, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta jwettaq il-kompiti mwettqa minn tali amministratur jew meta jipprovdi attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu, l-AIFM jenħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2016/1011 u għad-Direttiva (UE) 2021/2167 rispettivament. |
|
(5) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-ġestjoni tal-AIFs tista’ tinkludi wkoll l-attivitajiet ta’ oriġinazzjoni tas-self f’isem AIF u ta’ servizzjar ta’ entitajiet bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni. |
|
(6) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS rigward is-servizzi li jistgħu jipprovdu lil partijiet terzi, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS ikunu permessi jwettqu għall-benefiċċju ta’ partijiet terzi l-istess funzjonijiet u attivitajiet li diġà jwettqu b’relazzjoni mal-AIFs u l-UCITS li jimmaniġġaw, dment li kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali maħluq mill-forniment ta’ dik il-funzjoni jew attività lil partijiet terzi jiġi mmaniġġat kif xieraq. Tali funzjonijiet u attivitajiet jinkludu, pereżempju, servizzi korporattivi bħar-riżorsi umani u t-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), kif ukoll servizzi tal-IT għallimmaniġġar ta’ portafolli u l-immaniġġar tar-riskju. Dik il-possibbiltà tappoġġa wkoll il-kompetittività internazzjonali tal-AIFMs u tal-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS tal-UE billi tippermetti ekonomiji ta’ skala u tgħin fid-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ dħul. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-AIFMs li jipprovdu servizzi anċillari li jinvolvu strumenti finanzjarji huma soġġetti għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Fir-rigward ta’ assi li ma humiex strumenti finanzjarji, jenħtieġ li l-AIFMs jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE rigward ir-riżorsi umani meħtieġa tal-AIFMs, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fiż-żmien tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, AIFM jenħtieġ li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u tekniċi li huwa juża biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, u fejn applikabbli, biex jissorvelja lid-delegati tiegħu. Mill-inqas żewġ persuni fiżiċi li, fuq bażi full-time, jew ikunu impjegati mill-AIFM jew ikunu membri eżekuttivi jew membri tal-korp ta’ tmexxija tal-AIFM, u li jkunu domiċiljati, fis-sens li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom, fl-Unjoni, jenħtieġ li jinħatru biex iwettqu n-negozju tal-AIFM. Irrispettivament minn dak il-minimu statutorju, jistgħu jkunu meħtieġa aktar riżorsi skont id-daqs u l-kumplessità tal-AIFM u l-AIFs li jimmaniġġja. |
|
(9) |
Xi Stati Membri għandhom rekwiżiti fil-liġi nazzjonali jew fl-istandards tal-industrija li jikkonċernaw il-grad ta’ indipendenza ta’ membru wieħed jew aktar tal-korp ta’ tmexxija ta’ AIFM jew tal-korp tal-immaniġġar ta’ kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS jew ta’ kumpanija ta’ investiment. Huwa xieraq li l-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs ikkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur u kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS u kumpaniji ta’ investiment jiġu mħeġġa jaħtru bħala membru tal-korp ta’ tmexxija jew korp tal-immaniġġar tagħhom mill-inqas direttur indipendenti jew mhux eżekuttiv wieħed, fejn possibbli skont il-liġi nazzjonali jew skont l-istandards tal-industrija tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM, tal-kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS jew tal-kumpanija ta’ investiment, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-AIFs u l-UCITS u tal-investituri fl-AIFs li l-AIFM jimmaniġġa jew fil-UCITS. Meta jagħmlu dik il-ħatra, l-AIFM, il-kumpanija tal-immaniġġartal-UCITS jew il-kumpanija ta’ investiment jeħtieġ li jiżguraw li dak id-direttur ikun indipendenti fil-karattru u fil-ġudizzju u jkollu biżżejjed għarfien espert u esperjenza biex ikun jista’ jivvaluta jekk l-AIFM, il-kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS jew il-kumpanija ta’ investiment humiex qed jimmaniġġaw l-AIFs jew l-UCITS fl-aħjar interessi tal-investituri. |
|
(10) |
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux dejjem titwettaq direttament mill-AIFM iżda minn distributur wieħed jew diversi f’isem l-AIFM jew f’isimhom stess. B’mod partikolari, jista’ jkun hemm ukoll każijiet fejn konsulent finanzjarju indipendenti jikkummerċjalizza AIF mingħajr ma l-AIFM ikun konxju ta’ dan. Il-biċċa l-kbira tad-distributuri tal-fondi huma soġġetti għal rekwiżiti regolatorji skont id-Direttiva 2014/65/UE jew id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li jiddefinixxu l-ambitu u l-firxa tar-responsabbiltajiet tagħhom lejn il-klijenti tagħhom stess. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/61/UE tirrikonoxxi d-diversità tal-arranġamenti ta’ distribuzzjoni u tiddistingwi bejn, fuq naħa, arranġamenti li bihom distributur jaġixxi f’isem l-AIFM, li jenħtieġ li jitqiesu bħala arranġamenti ta’ delega, u fuq in-naħa l-oħra, arranġamenti li bihom distributur jaġixxi f’ismu stess meta jikkumerċjalizza l-AIF skont id-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq assigurazzjoni tal-ħajja f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97, fejn f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li ma japplikawx, irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn l-AIFM u d-distributur. |
|
(11) |
Delega tista’ tippermetti l-ġestjoni effiċjenti tal-portafolli ta’ investiment u l-akkwist tal-għarfien espert meħtieġ f’suq ġeografiku jew klassi tal-assi partikolari. Madankollu, huwa importanti li s-superviżuri jkollhom informazzjoni aġġornata dwar l-elementi ewlenin tal-arranġamenti ta’ delega. Biex tiġi żviluppata ħarsa ġenerali affidabbli tal-attivitajiet ta’ delega fl-Unjoni, jenħtieġ li l-AIFMs jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ delega li jinvolvu d-delega tal-funzjonijiet tal-immaniġġar ta’ portafolli kollettivi jew diskrezzjonarji jew tal-ġestjoni tar-riskji. Għalhekk, jenħtieġ li l-AIFMs, fir-rigward ta’ kull AIF li jimmaniġġaw, jirrapportaw informazzjoni dwar id-delegati, lista u d-deskrizzjoni tal-attivitajiet delegati, l-ammont u l-perċentwal tal-assi tal-AIFs immaniġġati li huma soġġetti għal arranġamenti ta’ delega li jikkonċernaw il-funzjoni tal-immaniġġar tal-portafoll, deskrizzjoni ta’ kif l-AIFM jissorvelja, jimmonitorja u jikkontrolla lid-delegat, informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ sottodelega u d-data tal-bidu u l-iskadenza tal-arranġamenti ta’ delega u sottodelega. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-data miġbura dwar l-ammont u l-perċentwal tal-assi tal-AIFs immaniġġati li huma soġġetti għal arranġamenti ta’ delega li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-immaniġġar tal-portafoll hija għall-finijiet li tingħata ħarsa ġenerali akbar tal-operat tad-delega, u waħedha mhijiex indikatur evidenzjali għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-ġestjoni tas-sustanza jew tar-riskju, jew l-effettività tal-arranġamenti ta’ sorveljanza jew kontroll fil-livell tal-maniġer. Jenħtieġ li tali informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti bħala parti mir-rapportar superviżorju rregolat bid-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(12) |
Sabiex tissaħħaħ l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2011/61/UE, jenħtieġ li jiġi ċċarat li r-regoli tad-delega stabbiliti fiha japplikaw għall-funzjonijiet kollha elenkati fl-Anness I għal dik id-Direttiva u għal-lista ta’ servizzi anċillari stabbiliti fl-Artikolu 6(4) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(13) |
Fondi ta’ investiment li jipprovdu self jistgħu jkunu sors ta’ finanzjament alternattiv għall-ekonomija reali. Tali fondi jistgħu jipprovdu finanzjament kritiku għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-Unjoni li għalihom huwa aktar diffiċli li jiksbu aċċess għal sorsi ta’ self tradizzjonali. Madankollu, approċċi regolatorji nazzjonali diverġenti jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju u livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri, u b’hekk ifixklu l-istabbiliment ta’ suq intern effiċjenti għall-oriġinazzjoni tas-self mill-AIFs. Id-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li tirrikonoxxi d-dritt tal-AIFs li joriġinaw self. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli komuni biex jiġi stabbilit suq intern effiċjenti għall-oriġinazzjoni tas-self mill-AIFs, biex jiġi żgurat livell uniformi ta’ protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni, sabiex l-AIFs ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom ta’ oriġinazzjoni tas-self fl-Istati Membri kollha u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament minn kumpaniji tal-Unjoni, li huwa objettiv ewlieni tal-unjoni tas-swieq kapitali, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid”. Madankollu, minħabba s-suq tal-kreditu privat li qed jikber b’rata mgħaġġla, huwa meħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali potenzjali li l-oriġinazzjoni tas-self mill-AIFs tista’ toħloq u tferrex fis-sistema finanzjarja usa’. Ir-regoli applikabbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li joriġinaw self jenħtieġ li jiġu armonizzati sabiex itejbu l-ġestjoni tar-riskju fis-suq finanzjarju kollu u jżidu t-trasparenza għall-investituri. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva li huma applikabbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li joriġinaw self jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu oqfsa ta’ prodotti nazzjonali li jiddefinixxu ċerti kategoriji ta’ AIFs b’regoli aktar restrittivi. |
|
(14) |
L-oriġinazzjoni tas-self mhux dejjem titwettaq direttament mill-AIF. Jista’ jkun hemm każijiet fejn AIF jagħti self indirettament permezz ta’ parti terza jew mezz b’għan speċjali li jagħti s-self għall-AIF jew f’ismu, jew għall-AIFM jew f’ismu fir-rigward tal-AIF, qabel ma jikseb skopertura għas-self. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tad-Direttiva 2011/61/UE, meta dak l-AIF jew l-AIFM ikunu involuti fl-istrutturar tas-self, jew fid-definizzjoni jew fil-qbil minn qabel dwar il-karatteristiċi tiegħu, tali każijiet jenħtieġ li jitqiesu bħala attivitajiet li joriġinaw self u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva. |
|
(15) |
L-AIFs li jagħtu self lill-konsumaturi huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ strumenti oħra tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għas-self lill-konsumaturi, inklużi d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva (UE) 2021/2167. Dawk l-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni jipprevedu l-protezzjoni bażika tal-mutwatarji fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, għal raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprojbixxu l-oriġinazzjoni tas-self mill-AIFs lill-konsumaturi fit-territorju tagħhom. |
|
(16) |
Sabiex jappoġġaw il-ġestjoni professjonali tal-AIFs u jtaffu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, l-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li jinvolvu ruħhom fl-oriġinazzjoni tas-self, indipendentement mill-fatt jekk dawk l-AIFs jissodisfawx id-definizzjoni ta’ AIFs li joriġinaw self, jenħtieġ li jkollhom politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-għoti ta’ self. Jenħtieġ li jimplimentaw ukoll politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-portafoll ta’ kreditu tagħhom meta l-AIFs li jimmaniġġaw jinvolvu ruħhom fl-oriġinazzjoni tas-self, inkluż meta dawk l-AIFs jiksbu skopertura għal self permezz ta’ partijiet terzi. Dawk il-politiki, il-proċeduri u l-proċessi jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-firxa tal-oriġinazzjoni tas-self u jenħtieġ li jiġu rieżaminati regolarment. |
|
(17) |
Sabiex jiġi kkontrollat ir-riskju ta’ interkonnettività fost l-AIFs li joriġinaw self u parteċipanti oħra fis-suq finanzjarju, l-AIFMs ta’ dawk l-AIFs jenħtieġ li, meta mutwatarju jkun istituzzjoni finanzjarja, ikunu meħtieġa jiddiversifikaw ir-riskju tagħhom u jagħmlu l-iskopertura tagħhom soġġetta għal limiti speċifiċi. |
|
(18) |
Sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja u biex jiġu introdotti salvagwardji proporzjonati, l-AIFs li joriġinaw self jenħtieġ li jkunu soġġetti għal limitu ta’ leverage li jvarja skont jekk ikunux ta’ tip miftuħ jew magħluq. Ir-riskju għall-istabbiltà finanzjarja huwa akbar għall-AIFs miftuħa, li jistgħu jkunu soġġetti għal livelli għoljin ta’ tifdijiet. F’konformità mal-objettiv li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, il-limitu tal-leverage ma għandux jiddependi fuq jekk AIF li joriġina self huwiex ikkummerċjalizzat lil investituri professjonali u investituri fil-livell tal-konsumatur jew lil investituri professjonali biss. Il-metodu ta’ impenn jipprovdi qafas komprensiv u robust għall-kalkolu tal-leverage f’konformità mal-istandards internazzjonali, u b’mod partikolari biex jitqies l-ingranaġġ sintetiku maħluq mid-derivattivi. Dawk il-limiti ta’ leverage jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM milli jimponu limiti ta’ leverage aktar stretti fejn jitqies meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja. |
|
(19) |
Sabiex jiġi limitat il-kunflitt ta’ interess, l-AIFMs u l-persunal tagħhom jenħtieġ li ma jirċievu self minn ebda AIF li joriġina self li huma jimmaniġġaw. Bl-istess mod, id-depożitarju tal-AIF u d-delegat tad-depożitarju, id-delegat tal-AIFM u l-persunal tiegħu, u l-entitajiet fi ħdan l-istess grupp bħal dak tal-AIFM, jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jirċievu self mill-AIF ikkonċernat. |
|
(20) |
Sabiex jiġi evitat il-periklu morali u tinżamm il-kwalità tal-kreditu ġenerali tas-self li joriġina mill-AIFs, self bħal dan jenħtieġ li jkun soġġett għal rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju meta jiġi ttrasferit lil partijiet terzi. Bl-istess objettiv, jenħtieġ li l-AIFMs ikunu pprojbiti milli jimmaniġġaw AIF li joriġina self bl-uniku skop li jbigħuh lil partijiet terzi (“strateġija minn oriġini għal distribuzzjoni”), irrispettivament mill-fatt jekk dak l-AIF jissodisfax id-definizzjoni ta’ AIF li joriġina self. Jenħtieġ li s-self jingħata għall-iskop uniku li l-kapital miġbur mill-AIF jiġi investit f’konformità mal-istrateġija ta’ investiment u r-restrizzjonijiet regolatorji tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li l-AIFM ikun jista’ jimplimenta dik l-istrateġija ta’ investiment fl-aħjar interessi tal-investituri tal-AIF. Dan jfisser li d-derogi mir-regoli dwar ir-ritenzjoni tar-riskju huma meħtieġa u jenħtieġ li jkopru każijiet fejn ir-ritenzjoni ta’ parti mis-self ma tkunx kompatibbli mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ investiment tal-AIF jew mar-rekwiżiti regolatorji, inklużi r-rekwiżiti tal-prodott, imposti fuq l-AIF u l-AIFM tiegħu. Dawk il-każijiet jinkludu sitwazzjonijiet fejn ir-ritenzjoni ta’ parti mis-self tirriżulta f’li l-AIF jaqbeż il-limiti ta’ investiment jew ta’ diversifikazzjoni tiegħu jew jikser ir-rekwiżiti regolatorji, bħal miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jew fejn l-AIF ikun dieħel f’likwidazzjoni, jew fejn is-sitwazzjoni tal-mutwatarju tkun inbidlet, pereżempju fil-każ ta’ merger jew ta’ inadempjenza tal-mutwatarju jekk l-istrateġija ta’ investiment tal-AIF ma tkunx li jimmaniġġa assi f’diffikultà, jew fejn l-allokazzjoni tal-assi tal-AIF tinbidel, bir-riżultat li l-AIF ma jibqax ifittex skopertura għal settur speċifiku jew għal klassi speċifika ta’ assi. Jenħtieġ li AIFM, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu, jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jagħmel użu minn tali deroga mir-regoli dwar ir-ritenzjoni tar-riskju, u jenħtieġ li jkun meħtieġ jikkonforma fuq bażi kontinwa mal-prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni fuq strateġiji minn oriġini għal distribuzzjoni. |
|
(21) |
Self illikwidu fuq terminu twil, li jkun miżmum minn AIFs jista’ joħloq diskrepanzi fil-likwidità jekk l-istruttura miftuħa tal-AIF tippermetti lill-investituri jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom fuq bażi frekwenti. Huwa għalhekk meħtieġ li jittaffew ir-riskji relatati mat-trasformazzjoni tal-maturità billi tiġi imposta struttura magħluqa għal AIFs li joriġinaw self. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-AIFs li joriġinaw self li joperaw bħala miftuħa dment li jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti, inkluża sistema ta’ ġestjoni tal-likwidità li timminimizza d-diskrepanzi tal-likwidità, tiżgura t-trattament ġust tal-investituri u tkun taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM. Sabiex jiġu żgurati kriterji konsistenti għad-determinazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk AIF li joriġina self jistax iżomm struttura miftuħa, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jenħtieġ li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi dawk il-kriterji, filwaqt li tqis kif xieraq in-natura, il-profil tal-likwidità u l-iskoperturi tal-AIFs li joriġinaw self. |
|
(22) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li fejn AIF li joriġina self, jew AIFM, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ self tal-AIFs li jimmaniġġa, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE u għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 (10), (UE) Nru 346/2013 (11) u (UE) 2015/760 (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-prodott stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 u r-Regolament (UE) 2015/760, jenħtieġ li jieħdu preċedenza fuq ir-regoli aktar ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(23) |
Minħabba n-natura potenzjalment illikwida u fit-tul tal-assi tal-AIFs li joriġinaw self, l-AIFMs jafu jesperjenzaw diffikultà biex jikkonformaw mal-bidliet fir-rekwiżiti regolatorji introdotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIFs li jimmaniġġaw mingħajr ma tiġi affettwata l-fiduċja u l-kunfidenza tal-investituri tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu applikati dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti rekwiżiti għall-AIFs kostitwiti qabel l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li tali AIFs u AIFMs ukoll ikunu jistgħu jagħżlu li jkunu soġġetti għal dawk ir-regoli dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jiġu nnotifikati kif xieraq. Barra minn hekk, ir-regoli applikabbli għall-oriġinazzjoni tas-self u għall-AIFs li joriġinaw self, bl-eċċezzjoni tal-limiti tal-leverage u tal-investiment u l-obbligu għal AIFs li joriġinaw self li joperaw bħala magħluqa, jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward ta’ self oriġinat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
|
(24) |
Sabiex jiġi appoġġat il-monitoraġġ tas-suq mill-awtoritajiet superviżorji, jenħtieġ li l-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz ta’ rapportar superviżorju jittejbu. Rekwiżiti ta’ rapportar duplikati li jeżistu skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 (13)u (UE) 2019/834 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti (UE) Nru 1011/2012 (15) u (UE) Nru 1073/2013 (16) tal-Bank Ċentrali Ewropew, jistgħu jiġu eliminati biex tittejjeb l-effiċjenza u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-AIFMs. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), u l-AETS (magħrufa kollettivament bħala l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ASE”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bl-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti, fejn ikun meħtieġ, jenħtieġ li jivvalutaw il-ħtiġijiet tad-data tal-awtoritajiet superviżorji differenti sabiex il-bidliet fil-mudell tar-rapportar superviżorju għall-AIFMs ikunu effettivi. |
|
(25) |
Sabiex jitnaqqsu r-rapportar doppju u l-piżijiet ta’ rapportar relatati għall-AIFMs u biex jiġi żgurat użu mill-ġdid effiċjenti tad-data mill-awtoritajiet, id-data rapportata mill-AIFMs lill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tkun disponibbli għal awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, l-ASE u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-7 ta’ Diċembru 2017 (19), kull meta jkun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta’ dmirijiethom, kif ukoll għall-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għal finijiet statistiċi biss. |
|
(26) |
Bi tħejjija għall-bidliet futuri għall-obbligi ta’ rapportar superviżorju, l-ambitu tad-data li tista’ tkun meħtieġa mill-AIFMs jenħtieġ li jitwessa’ billi jitneħħew limitazzjonijiet fuq dak l-ambitu li jiffokaw fuq negozji u skoperturi kbar jew kontropartijiet, u billi jżidu kategoriji oħra ta’ data li tkun se tingħata lill-awtoritajiet kompetenti. Jekk l-AETS tiddetermina li divulgazzjoni sħiħa tal-portafoll lis-superviżuri fuq bażi perjodika tkun iġġustifikata, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li jakkomodaw it-twessigħ meħtieġ tal-ambitu tar-rapportar. |
|
(27) |
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-obbligi ta’ rapportar superviżorju, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex jiġu stabbiliti l-kontenut, il-formoli u l-proċeduri biex jiġi standardizzat il-proċess ta’ rapportar superviżorju mill-AIFMs, u b’hekk jiġi sostitwit il-mudell tar-rapportar stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2011/61/UE, kif ukoll il-frekwenza tar-rapportar u meta għandu jsir. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi rapportata dwar l-arranġamenti ta’ delega, l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jibqgħu limitati għall-istabbiliment tal-livell xieraq ta’ standardizzazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rapportata. L-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li ma jżidu ebda element li ma jkunx previst fid-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(28) |
Sabiex jiġi standardizzat il-proċess ta’ rapportar superviżorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-AETS fir-rigward tal-format, l-istandards tad-data u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar mill-AIFMs. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(29) |
Sabiex jiġi żgurat rispons aktar effettiv għall-pressjonijiet tal-likwidità fi żminijiet ta’ stress fis-suq u sabiex l-investituri jiġu protetti aħjar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fid-Direttiva 2011/61/UE biex tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-BERS tas-7 ta’ Diċembru 2017. |
|
(30) |
Sabiex l-AIFMs ta’ AIFs miftuħa stabbiliti fi kwalunkwe Stat Membru jkunu jistgħu jittrattaw il-pressjonijiet tat-tifdija taħt kundizzjonijiet ta’ stress fis-suq, jenħtieġ lil-AIFMs ikunu meħtieġa jagħżlu u jinkludu fl-AIF regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ mill-inqas żewġ għodod għall-ġestjoni tal-likwidità mil-lista armonizzata stabbilita fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, tad-Direttiva 2011/61/UE. B’deroga, fejn AIFM jimmaniġġa AIF li jkun awtorizzat bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), jenħtieġ li l-AIFM ikun jista’ jiddeċiedi li jagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dik il-lista. Dawk l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li jkunu xierqa għall-istrateġija ta’ investiment, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija tal-AIF. L-AIFMs jenħtieġ li jattivaw tali għodod għall-ġestjoni tal-likwidità fejn meħtieġ biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri tal-AIF. Barra minn hekk, l-AIFMs ta’ AIFs miftuħa jenħtieġ li dejjem ikollhom il-possibbiltà li jissospendu temporanjament is-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet jew li jattivaw side pockets, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn ġustifikat b’kont meħud tal-interessi tal-investituri tal-AIF. Meta AIFM jieħu deċiżjoni li jissospendi s-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet, huwa għandu mingħajr dewmien żejjed jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu. Meta AIFM jiddeċiedi li jattiva jew jiddiżattiva side pockets, jenħtieġ li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu fi żmien raġonevoli qabel l-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni ta’ dik l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li AIFM jinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu meta jattiva jew jiddiżattiva kwalunkwe għodda oħra għall-ġestjoni tal-likwidità b’mod li ma jkunx parti mill-perkors normali tan--negozju kif previst fir-regoli tal-AIF jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni. Dak jippermetti lill-awtoritajiet superviżorji jittrattaw aħjar it-tixrid potenzjali tat-tensjonijiet tal-likwidità fis-suq usa’. |
|
(31) |
B’mod partikolari, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-użu tat-tifdija in natura mhuwiex adatt għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u għalhekk jenħtieġ li jiġi attivat biss biex jiġu ssodisfati t-talbiet ta’ tifdija ta’ investituri professjonali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji ta’ inugwaljanza fit-trattament bejn investituri li jifdu u titolari ta’ unitajiet jew azzjonisti oħra. |
|
(32) |
Sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom ta’ predispożizzjoni għar-riskju u l-likwidità, l-investituri jenħtieġ li jiġu informati dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità. |
|
(33) |
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità mill-AIFMs ta’ fondi miftuħa u biex tiġi ffaċilitata l-konverġenza tas-suq u dik superviżorja, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex jiġu speċifikati l-karatteristiċi tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2011/61/UE, filwaqt li titqies kif xieraq id-diversità tal-istrateġiji ta’ investiment u tal-assi sottostanti tal-AIFs. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu adottati abbażi ta’ abbozz żviluppat mill-AETS u jenħtieġ li ma jirrestrinġux il-kapaċità tal-AIFMs li jużaw kwalunkwe għodda xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità għall-klassijiet ta’ assi, il-ġuriżdizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tas-suq kollha. Sabiex jiġi żgurat livell uniformi ta’ protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni, l-AETS jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità mill-AIFMs. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-AIFMs. |
|
(34) |
Id-depożitarji jilgħabu rwol importanti fis-salvagwardja tal-interessi tal-investituri u jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom irrispettivament mit-tip ta’ kustodju li jkollu fil-kustodja tiegħu l-assi tal-AIFs. Għalhekk, meta jipprovdu servizzi ta’ kustodja lill-AIFs, huwa meħtieġ li fil-katina tal-kustodja jiġu inklużi d-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) sabiex jiġi żgurat li, fil-każijiet kollha, ikun hemm fluss ta’ informazzjoni stabbli bejn il-kustodju tal-assi tal-AIFs u d-depożitarju. Sabiex jiġi evitat xogħol żejjed, id-depożitarji jenħtieġ li ma jwettqux diliġenza dovuta ex ante meta jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw il-kustodja lis-CSDs. |
|
(35) |
Sabiex jittejbu l-kooperazzjoni u l-effettività superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ AIFM jenħtieġ li jkunu jistgħu jindirizzaw talba motivata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dak l-AIFM tittieħed azzjoni superviżorja kontrih. |
|
(36) |
Sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni superviżorja, l-AETS jenħtieġ li tkun tista’ titlob li awtorità kompetenti tippreżenta każ quddiem l-AETS, meta dak il-każ ikollu implikazzjonijiet transfruntieri u jaf jaffettwa l-protezzjoni tal-investituri jew l-istabbiltà finanzjarja. L-analiżijiet ta’ AETS ta’ każijiet bħal dawn jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra fehim aħjar tal-kwistjonijiet diskussi, jikkontribwixxu għall-prevenzjoni fil-futur ta’ każijiet simili u jipproteġu l-integrità tas-suq għall-AIFs. |
|
(37) |
Biex tappoġġa l-konverġenza superviżorja fil-qasam tad-delega, jenħtieġ li AETS tirċievi informazzjoni aktar kompluta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż fil-qasam ta’ sorveljanza u kontroll xierqa tal-arranġamenti ta’ delega, fl-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tibbaża fuq l-obbligi ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti u fuq l-eżerċizzju fil-qasam tad-delega tas-setgħat ta’ konverġenza superviżorja tagħha qabel ma jsiru r-rieżamijiet li jmiss tad-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. AETS jenħtieġ li tipprovdi rapport li janalizza l-prattiki tas-suq rigward id-delega, u l-konformità mar-regoli dwar id-delega, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ sustanza bħal dawk relatati mar-riżorsi umani u tekniċi li l-AIFMs, il-kumpaniji tal-immaniġġar u d-delegati tagħhom jużaw għall-fini li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom. |
|
(38) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament u tal-Kunsill (21) jistabbilixxi regoli armonizzati għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji dwar it-trasparenza fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-kunsiderazzjoni ta’ impatti negattivi għas-sostenibbiltà fil-proċessi tagħhom u l-għoti ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fir-rigward tal-prodotti finanzjarji. Huwa importanti li jittieħed approċċ orizzontali għar-regoli ta’ trasparenza dwar is-sostenibbiltà għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. L-AIFs u l-UCITS jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. It-tkabbir tas-suq għall-AIFs u l-UCITS jeħtieġ ukoll li jkun konsistenti ma’ objettivi oħra tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jiġi dirett lejn il-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli. Jenħtieġ li l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS ikunu jistgħu juru li jikkonformaw fuq bażi kontinwa mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2019/2088. Konsegwentement, jenħtieġ li l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS jintegraw parametri ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) fir-regoli ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju użati biex jappoġġaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. Jenħtieġ li l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS japplikaw ukoll regoli ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u għall-vaazzjoni tagħhom tar-riskji rilevanti, inklużi r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza. Dan huwa saħansitra aktar importanti meta l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar l-UCITS jagħmlu pretensjonijiet fir-rigward tal-politiki ta’ investiment sostenibbli tal-AIFs u l-UCITS li huma jimmaniġġaw. Dawk id-deċiżjonijiet ta’ investiment u l-valutazzjonijiet tar-riskju jenħtieġ li jsiru fl-aħjar interessi tal-investituri tal-AIFs u tal-UCITS. Jenħtieġ li l-AETS taġġorna l-linji gwida tagħha dwar il-linji politiċi ta’ remunerazzjoni sodi skont id-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-allinjament tal-inċentivi mar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza fil-politiki ta’ remunerazzjoni. |
|
(39) |
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS mhux dejjem titwettaq direttament mill-kumpanija tal-immaniġġar iżda minn distributur wieħed jew diversi f’isem il-kumpanija tal-immaniġġar jew f’isimhom stess. B’mod partikolari, jista’ jkun hemm ukoll każijiet fejn konsulent finanzjarju indipendenti jikkummerċjalizza UCITS mingħajr ma l-kumpanija tal-immaniġġar tkun tafb’dan. Il-biċċa l-kbira tad-distributuri tal-fondi huma soġġetti għal rekwiżiti regolatorji skont id-Direttiva 2014/65/UE jew (UE) 2016/97, li jiddefinixxu l-ambitu u l-firxa tar-responsabbiltajiet tagħhom lejn il-klijenti tagħhom stess. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2009/65/KE tirrikonoxxi d-diversità tal-arranġamenti ta’ distribuzzjoni u tiddistingwi bejn, fuq naħa, arranġamenti li bihom distributur jaġixxi f’isem il-kumpanija tal-immaniġġar, li jenħtieġ li jitqiesu bħala arranġamenti ta’ delega, u fuq in-naħa l-oħra, arranġamenti li bihom distributur jaġixxi f’ismu stess meta jikkumerċjalizza l-UCITS skont id-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq assigurazzjoni tal-ħajja f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97, fejn f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE rigward iddelega jenħtieġ li ma japplikawx, irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn il-kumpanija tal-immaniġġar u d-distributur. |
|
(40) |
Xi swieq ikkonċentrati ma għandhomx provvista kompetittiva ta’ servizzi tad-depożitarji. Sabiex jiġi indirizzat dak in-nuqqas, li jista’ jwassal għal spejjeż akbar għall-AIFMs u suq anqas effiċjenti għall-AIFs, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaħtru depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tintuża biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-AIF. Peress li d-deċiżjoni li tippermetti l-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li tkunx awtomatika, anke meta dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu dik id-deċiżjoni biss wara li jwettqu valutazzjoni każ b’każ tan-nuqqas ta’ servizzi depożitarji rilevanti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF b’kont meħud tal-istrateġija ta’ investiment ta’ dak l-AIF. |
|
(41) |
Bħala parti mir-rieżami tad-Direttiva 2011/61/UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-funzjonament tad-deroga li tippermetti l-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor u tal-benefiċċji u r-riskji potenzjali, inkluż l-impatt fuq il-protezzjoni tal-investituri, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq l-effiċjenza superviżorja u fuq id-disponibbiltà tal-għażliet tas-suq, tal-emendar tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-deroga f’konformità mal-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali; |
|
(42) |
Il-possibbiltà li jinħatar depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn żieda fil-livell superviżorju. Għalhekk, id-depożitarju jenħtieġ li jkun meħtieġ jikkoopera mhux biss mal-awtoritajiet kompetenti tiegħu iżda wkoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li għalih ikun inħatar id-depożitarju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM li jimmaniġġa l-AIF, jekk dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jinsabu fi Stat Membru differenti minn dak tad-depożitarju. |
|
(43) |
Sabiex l-investituri jiġu protetti aħjar, il-fluss tal-informazzjoni mill-AIFMs għall-investituri tal-AIF jenħtieġ li jiżdied. Biex l-investituri tal-AIFs ikunu permessi jittraċċaw aħjar l-ispejjeż tal-AIF, l-AIFMs jenħtieġ li jidentifikaw tariffi, imposti u spejjeż li jiġġarrbu mill-AIFM u li sussegwentement jiġu allokati direttament jew indirettament lill-AIF jew lil kwalunkwe wieħed mill-investimenti tiegħu. Jenħtieġ li L-AIFMs jirrapportaw perjodikament dwar tali tariffi, imposti u spejjeż. Jenħtieġ li l-AIFMs ikunu meħtieġa wkoll jirrapportaw lill-investituri dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ self oriġinat. |
|
(44) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza tas-suq u tintuża b’mod effettiv id-data disponibbli tas-suq tal-AIF, l-AETS jenħtieġ li titħalla tiżvela d-data tas-suq għad-dispożizzjoni tagħha f’forma aggregata jew fil-qosor u l-istandard ta’ kunfidenzjalità jenħtieġ li għalhekk jiġi llaxkat biex jiġi permess tali użu tad-data. |
|
(45) |
Ir-rekwiżiti għal entitajiet ta’ pajjiżi terzi b’aċċess għas-suq intern jenħtieġ li jiġu allinjati mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Jenħtieġ li jiġu allinjati wkoll mal-istandards stabbiliti fl-azzjoni komuni meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, riflessi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. B’mod partikolari, l-AIFs mhux tal-UE, l-AIFMs mhux tal-UE li huma attivi fi Stati Membri individwali u depożitarji stabbiliti f’pajjiż terz jenħtieġ li ma jkunux jinsabu f’pajjiż terz b’riskju għoli skont id-Direttiva (UE) 2015/849, u lanqas f’pajjiż terz li jitqies bħala mhux kooperattiv fi kwistjonijiet fiskali, soġġett f’ċerti każijiet għal perjodu ta’ grazzja fejn pajjiż aktar tard jiġi identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont dik id-Direttiva jew jiżdied mal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Jenħtieġ li r-rekwiżiti jiżguraw ukoll l-iskambju xieraq u effettiv ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa f’konformità mal-istandards internazzjonali bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital. |
|
(46) |
Għall-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS, id-Direttiva 2009/65/KE jenħtieġ li tiżgura li l-kundizzjonijiet ikunu komparabbli ma’ dawk tal-AIFMs meta ma jkun hemm l-ebda raġuni li jinżammu differenzi regolatorji għall-UCITS u l-AIFMs. Dak ikun il-każ għar-reġim ta’ delega, it-trattament regolatorju tal-kustodji, ir-rekwiżiti ta’ rapportar superviżorju, u d-disponibbiltà u l-użu ta’ għodod għall-ġestjoni tal-likwidità. |
|
(47) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti ta’ sustanza għall-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS, jenħtieġ li jiġi ċċarat li fiż-żmien tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jenħtieġ li kumpanija tal-immaniġġar tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u tekniċi li tuża biex twettaq il-funzjonijiet tagħha, u fejn applikabbli, tissorvelja lid-delegati tagħha. Jenħtieġ li tal-anqas żewġ persuni fiżiċi li, fuq bażi full-time, jew ikunu impjegati mill-kumpanija immaniġġar jew ikunu membri eżekuttivi jew membri tal-korp ta’ tmexxija tal-kumpanija tal-immaniġġar, u li jkunu domiċiljati, fis-sens li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom, fl-Unjoni, jenħtieġ li jinħatru biex iwettqu n-negozju tal-kumpanija tal-immaniġġar. Irrispettivament minn dan il-minimu statutorju, jaf ikunu meħtieġa aktar riżorsi skont id-daqs u l-kumplessità tal-kumpanija tal-immaniġġar u l-UCITS li jimmaniġġa. |
|
(48) |
Sabiex jiġu allinjati l-oqfsa legali tad-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-delega, jenħtieġ li jkun meħtieġ li l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS jiġġustifikaw lill-awtoritajiet kompetenti d-delega tal-funzjonijiet tagħhom u jipprovdu raġunijiet oġġettivi għad-delega. |
|
(49) |
Delega tista’ tippermetti l-ġestjoni effiċjenti tal-portafolli ta’ investiment u l-akkwist tal-għarfien espert meħtieġ f’suq ġeografiku jew klassi tal-assi partikolari. Madankollu, huwa importanti li s-superviżuri jkollhom informazzjoni aġġornata dwar l-elementi ewlenin tal-arranġamenti ta’ delega. Biex tiġi żviluppata ħarsa ġenerali affidabbli tal-attivitajiet ta’ delega fl-Unjoni, jenħtieġ li l-kumpaniji tal-immaniġġarjipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ delega li jinvolvu d-delega tal-funzjonijiet tal-immaniġġar tal-portafoll kollettivi jew diskrezzjonarji jew tal-ġestjoni tar-riskju. Għalhekk, jenħtieġ li l-kumpaniji tal-immaniġġar, fir-rigward ta’ kull UCITS li jimmaniġġaw, jirrapportaw informazzjoni dwar id-delegati, lista u deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ delega, l-ammont u l-perċentwal tal-assi tal-UCITS immaniġġati li huma soġġetti għal arranġamenti ta’ delega li jikkonċernaw il-funzjoni tal-immaniġġar tal-portafoll, deskrizzjoni ta’ kif il-kumpanija tal-immaniġġar tissorvelja, timmonitorja u tikkontrolla d-delegat, informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ sottodelega u d-data tal-bidu u l-iskadenza tal-arranġamenti ta’ delega u sottodelega. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-data miġbura dwar l-ammont u l-perċentwal tal-assi tal-UCITS immaniġġati li huma soġġetti għal arranġamenti ta’ delega rigward il-funzjonijiet tal-immaniġġar tal-portafoll tkun għall-finijiet li tingħata ħarsa ġenerali akbar tal-operat tad-delega, u waħedha mhijiex indikatur evidenzjali għad-determinazzjoni tal-adegwatezza għall-arranġamenti tal-ġestjoni tas-sustanza jew tar-riskju, jew l-effettività tal-arranġamenti ta’ sorveljanza jew kontroll fil-livell tal-maniġer. Jenħtieġ li tali informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti bħala parti mir-reġim ta’ rapportar superviżorju rregolat bid-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(50) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2009/65/KE, jenħtieġ li jiġi ċċarat li r-regoli tad-delega stabbiliti fiha japplikaw għall-funzjonijiet kollha elenkati fl-Anness II għal dik id-Direttiva u għas-servizzi anċillari stipulati fl-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(51) |
Sabiex jiġu allinjati aktar ir-regoli dwar id-delega applikabbli għall-AIFMs u l-UCITS u sabiex tinkiseb applikazzjoni aktar uniformi tad-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għad-delega minn kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS lil parti terza, u l-kundizzjonijiet li taħthom kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS tista’ titqies bħala entità kaxxa tal-ittri u b’hekk ma tkunx tista’ tibqa’ titqies bħala l-maniġer tal-UCITS. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwetttqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (23). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(52) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva timplimenta r-Rakkomandazzjoni tal-BERS tas-7 ta’ Diċembru 2017 biex jiġu armonizzati l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità u l-użu tagħhom mill-maniġers ta’ fondi miftuħa, li jinkludu l-UCITS, biex jiġi permess rispons aktar effettiv għall-pressjonijiet tal-likwidità fi żminijiet ta’ stress fis-suq u protezzjoni aħjar tal-investituri. |
|
(53) |
Sabiex il-UCITS stabbiliti fi kwalunkwe Stat Membru jkunu jistgħu jittrattaw il-pressjonijiet tat-tifdija taħt kundizzjonijiet ta’ stress fis-suq, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jagħżlu u jinkludu fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom mill-inqas żewġ għodod għall-ġestjoni tal-likwidità mil-lista armonizzata stabbilita fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, għad-Direttiva 2009/65/KE. B’deroga, UCITS li jkun awtorizzat bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 jenħtieġ li l jkun jista’ jiddeċiedi li jagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dik il-lista. Dawk l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li jkunu xierqa għall-istrateġija ta’ investiment, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija tal-UCITS. Il-UTICS jenħtieġ li jattivaw tali għodod għall-ġestjoni tal-likwidità fejn meħtieġ biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri tal-UCITS. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-UCITS dejjem ikollhom il-possibbiltà li jissospendu temporanjament is-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet jew li jattivaw side pockets, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn ġustifikat jitqiesu l-interessi tal-investituri tal-UCITS. Meta UCITS tieħu deċiżjoni li tissospendi sottoskrizzjonijiet, xirjiet mill-ġdid u tifdijiet, jenħtieġ li mingħajr dewmien żejjed tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. Meta UCITS tiddeċiedi li tattiva jew tiddiżattiva side pockets, jenħtieġ li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha f’qafas ta’ żmien raġonevoli qabel l-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni ta’ dik l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li UCITS tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha meta tattiva jew tiddiżattiva kwalunkwe għodda oħra għall-ġestjoni tal-likwidità b’mod li ma jkunx parti min-negozju kif previst fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-UCITS. Dak jippermetti lill-awtoritajiet superviżorji jittrattaw aħjar it-tixrid potenzjali tat-tensjonijiet tal-likwidità fis-suq usa’. |
|
(54) |
B’mod partikolari, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-użu tat-tifdija in natura mhuwiex adatt għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u għalhekk jenħtieġ li jiġi attivat biss biex jiġu ssodisfati t-talbiet ta’ tifdija ta’ investituri professjonali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji ta’ inugwaljanza fit-trattament bejn investituri li jifdu u titolari ta’ unitajiet jew azzjonisti oħra. |
|
(55) |
Sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom ta’ predispożizzjoni għar-riskju u l-likwidità, l-investituri tal-UCITS jenħtieġ li jiġu informati dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità. |
|
(56) |
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità mill-UCITS u biex tiġi ffaċilitata l-konverġenza tas-suq u dik superviżorja, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex jiġu speċifikati l-karatteristiċi tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness IIA għad-Direttiva 2009/65/KE, filwaqt li titqies kif xieraq id-diversità tal-istrateġiji ta’ investiment u tal-assi sottostanti tal-UCITS. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu adottati abbażi ta’ abbozz żviluppat mill-AETS u jenħtieġ li ma jirrestrinġux il-kapaċità tal-UCITS li jużaw kwalunkwe għodda xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità għall-klassijiet ta’ assi, il-ġuriżdizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tas-suq kollha. Sabiex jiġi żgurat livell uniformi ta’ protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni, l-AETS jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità mill-kumpaniji tal-immaniġġar. Jenħtieġ li dawk il-linji gwida jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-UCITS. |
|
(57) |
Sabiex jiġi appoġġat il-monitoraġġ tas-suq mill-awtoritajiet superviżorji, jenħtieġ li l-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz ta’ rapportar superviżorju jittejbu billi l-UCITS tiġi soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar superviżorju. Rekwiżiti ta’ rapportar duplikati li jeżistu skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) 2019/834 u r-Regolamenti (UE) Nru 1011/2012 u (UE) Nru 1073/2013, jistgħu jiġu eliminati biex tittejjeb l-effiċjenza u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji tal-immaniġġar. Jenħtieġ li l-ASE u BĊE, bl-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti, fejn ikun meħtieġ, jivvalutaw il-ħtiġijiet tad-data tal-awtoritajiet superviżorji differenti, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont il-mudell tar-rapportar superviżorju għall-UCITS tkun suffiċjenti. |
|
(58) |
Sabiex jitnaqqsu r-rapportar doppju u l-piżijiet ta’ rapportar relatati għall-UCITS u biex jiġi żgurat użu mill-ġdid effiċjenti tad-data mill-awtoritajiet, id-data rapportata mill-UCITS lill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tkun disponibbli għal awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, l-AETS, l-ASE oħrajn u l-BERS, kull meta jkun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta’ dmirijiethom, kif ukoll għall-membri tas-SEBĊ għal finijiet statistiċi biss. |
|
(59) |
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-obbligi ta’ rapportar superviżorju, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex jiġu stabbiliti l-kontenut, il-formoli u l-proċeduri biex jiġi standardizzat il-proċess ta’ rapportar superviżorju mill-kumpaniji tal-immaniġġar, kif ukoll il-frekwenza tar-rapportar u meta għandu jsir. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi rapportata dwar l-arranġamenti ta’ delega, l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jibqgħu limitati għall-istabbiliment tal-livell xieraq ta’ standardizzazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rapportata. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu adottati abbażi ta’ abbozz żviluppat mill-AETS. L-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li ma jżidu ebda element li ma jkunx previsti fid-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(60) |
Sabiex jiġi standardizzat il-proċess ta’ rapportar superviżorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-AETS fir-rigward tal-format, l-istandards tad-data u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar mill-kumpaniji tal-immaniġġar. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(61) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investituri, u b’mod partikolari biex jiġi żgurat li fil-każijiet kollha jkun hemm fluss stabbli ta’ informazzjoni bejn il-kustodju tal-assi tal-UCITS u d-depożitarju, ir-reġim tad-depożitarju jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi lis-CSDs fil-katina tal-kustodja meta jipprovdu servizzi ta’ kustodja lill-UCITS. Sabiex jiġi evitat xogħol żejjed, id-depożitarji jenħtieġ li ma jwettqux diliġenza dovuta ex ante meta jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw il-kustodja lis-CSDs. |
|
(62) |
Sabiex jittejbu l-kooperazzjoni u l-effettività superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jenħtieġ li jkunu jistgħu jindirizzaw talba motivata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-UCITS biex tieħu azzjoni superviżorja kontra dik il-UCITS. |
|
(63) |
Sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni superviżorja, l-AETS jenħtieġ li tkun tista’ titlob li awtorità kompetenti tippreżenta każ quddiem l-AETS, meta dak il-każ ikollu implikazzjonijiet transfruntieri u jaf jaffettwa l-protezzjoni tal-investituri jew l-istabbiltà finanzjarja. L-analiżijiet tal-AETS ta’ każijiet bħal dawn jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti oħra fehim aħjar tal-kwistjonijiet diskussi, jikkontribwixxu biex fil-futur issir prevenzjoni ta’ każijiet simili u biex l-integrità tas-suq tal-UCITS tiġi protetta. |
|
(64) |
Minkejja r-regoli ta’ segretezza applikabbli fil-preżent, jenħtieġ li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa jittejjeb. Jenħtieġ li tali skambji jkunu konformi mal-liġi nazzjonali, u, meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li tiġi żvelata biss bil-qbil espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun żvelatha. |
|
(65) |
Id-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE jirrikjedu li l-AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS jaġixxu b’ħila, attenzjoni u diliġenza xierqa fl-aħjar interessi tal-fondi ta’ investiment li jimmaniġġjaw u tal-investituri tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li AIFMs u l-kumpaniji tal-immaniġġar tal-UCITS jaġixxu b’mod onest u ġust fir-rigward tat-tariffi u l-ispejjeż imposti fuq l-investituri. Fl-2020, l-AETS żviluppat briefing superviżorju biex tippromwovi l-konverġenza dwar is-superviżjoni tal-kostijiet fl-AIFs u fil-UCITS u biex tiżviluppa sett ta’ kriterji biex tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kunċett ta’ kostijiet eċċessivi u fis-superviżjoni tal-obbligu tal-prevenzjoni ta’ kostijiet eċċessivi imposti fuq l-investituri. Dawk il-kriterji huma maħsuba biex jipprovdu gwida lill-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jippromwovu l-konverġenza superviżorja fil-kuntest tal-unjoni tas-swieq kapitali. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ definizzjoni ċara ta’ kostijiet eċċessivi, fil-preżent, jeżistu prattiki tas-suq u superviżorji diverġenti dwar dak li l-industrija u s-superviżuri jikkunsidraw bħala kostijiet eċċessivi, u l-evidenza wriet disparità fil-kostijiet imposti fi Stati Membri differenti u fil-kostijiet imposti fuq l-investituri fil-livell tal-konsumatur meta mqabbla mal-investituri professjonali. L-emendi proposti għad-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE, fil-kuntest tal-istrateġija ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur tal-Unjoni, għandhom l-għan li jindirizzaw dik il-kwistjoni, billi jirrikjedu li l-maniġers tal-fondi jistabbilixxu proċess ta’ pprezzar sod, li jenħtieġ li jinkludi l-identifikazzjoni, l-analiżi u r-rieżami tal-kostijiet imposti, direttament jew indirettament, fuq il-fondi ta’ investiment jew lit-titolari tal-unitajiet tagħhom, u billi jintroduċu rekwiżit biex jikkumpensaw lill-investituri meta jkunu ġew imposti kostijiet eċċessivi. Jenħtieġ li l-AETS tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jivvaluta l-livell tal-kostijiet imposti fuq l-investituri fil-livell tal-konsumatur, ir-raġunijiet għalihom u d-differenzi bejniethom u inklużi d-differenzi li jirriżultaw min-natura tal-AIFs u l-UCITS ikkonċernati, u li janalizza jekk il-kriterji stabbiliti fil-briefing superviżorju tagħha għandhomx jiġu kkomplementati fir-rigward tal-kunċett ta’ kostijiet eċċessivi. Sabiex jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fis-superviżjoni tal-kostijiet, u lill-AETS fl-analiżi tagħha ta’ kwistjonijiet relatati mal-kostijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru data dwar il-kostijiet li għandha tiġi kondiviża mal-AETS fuq bażi ta’ darba. Dak il-ġbir tad-data jżid l-għarfien espert tal-AETS fil-qasam tar-rapportar tal-kostijiet bil-ħsieb li tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti b’pariri tekniċi dwar il-ġbir tad-data tal-kostijiet fil-kuntest tal-istrateġija ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur tal-Unjoni. Abbażi ta’ dak ir-rapport, l-AETS jenħtieġ li twettaq attivitajiet skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tgħin fl-iżvilupp ta’ fehim komuni tal-kunċett ta’ kostijiet eċċessivi. |
|
(66) |
L-isem ta’ AIF u ta’ UCITS huwa element distintiv li jinfluwenza l-għażliet tal-investituri u jagħti l-ewwel impressjoni tal-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tal-fond. Għalkemm l-isem ta’ AIF u ta’ UCITS diġà jifforma parti mill-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta lill-investituri, huwa utli li tiġi ssottolinjata l-importanza tal-isem billi jiġi enfasizzat b’mod speċifiku li dan jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali essenzjali fit-tagħrif u l-prospett ewlenin għall-investituri li jenħtieġ li jiġu pprovduti lill-investituri fil-livell tal-konsumatur qabel ma jinvestu f’dak l-AIF lill-investituri qabel ma jinvestu f’dik il-UCITS. F’konformità mad-Direttiva (UE) 2021/2261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), mill-1 ta’ Jannar 2023, il-UCITS ikkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Minn dik id-data, l-obbligu ta’ kumpanija tal-immaniġġar tal-UCITS jew kumpanija ta’ investiment li tħejji dokument bit-tagħrif ewlieni għall-investitur ġie sostitwit bl-obbligu li jitħejja dokument bit-tagħrif ewlieni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Barra minn hekk, l-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li huma kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur huma soġġetti wkoll għar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. Għaldaqstant, meta l-AIFs u l-UCITS jiġu kkummerċjalizzati lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, l-AIFMs u l-UCITS huma meħtieġa jinkludu fid-dokument bit-tagħrif ewlieni l-isem tal-fond u jiżguraw li tali informazzjoni tkun preċiża, ġusta u ċara u ma twassalx messaġġ qarrieqi jew li joħloq konfużjoni li jħajjar lill-investituri b’mod falz. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li l-isem ta’ AIF jew ta’ UCITS jitqies importanti bħal kwalunkwe dokument prekuntrattwali ieħor u jkun soġġett għal standards ugwali ta’ ekwità u trasparenza. Sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni, jenħtieġ li l-AETS tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika sitwazzjonijiet fejn l-isem ta’ AIF jew UCITS jista’ jkun inġust, mhux ċar jew qarrieqi għall-investitur. Il-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi standards għall-ismijiet tal-fondi jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi tieħu preċedenza fuq dawk il-linji gwida. |
|
(67) |
Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skont id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, l-AETS jenħtieġ li ssegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskju, |
|
(68) |
Fid-9 ta’ Awwissu 2022, il-BĊE ta opinjoni (26), |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2011/61/UE
Id-Direttiva 2011/61/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 8(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (f), l-AETS għandha sas-16 ta’ Ottubru 2025 tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jivvaluta l-kostijiet li l-AIFMs jimponu fuq l-investituri tal-AIFs li jimmaniġġaw, u li jispjega r-raġunijiet għal-livell ta’ dawk il-kostijiet u għal kwalunkwe differenza bejniethom, inklużi d-differenzi li jirriżultaw min-natura tal-AIFs ikkonċernati. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni, l-AETS għandha tanalizza, fil-qafas tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-adegwatezza u l-effettività tal-kriterji stabbiliti fl-għodod ta’ konverġenza tal-AETS dwar is-superviżjoni tal-kostijiet. Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, u f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS, fuq bażi ta’ darba, b’data dwar il-kostijiet inklużi t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri, jew mill-AIFM b’rabta mal-operazzjonijiet tal-AIF, u li għandhom jiġu allokati direttament jew indirettament lill-AIF. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli għall-AETS fis-setgħat tagħhom, li jinkludu s-setgħa li jeħtieġu li l-AIFMs jipprovdu informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. Meta AIFM jimmaniġġa jew ikollu l-ħsieb li jimmaniġġa AIF fuq l-inizjattiva ta’ parti terza, inklużi każijiet meta dak l-AIF juża l-isem ta’ inizjatur ta’ parti terza jew meta AIFM jaħtar inizjatur ta’ parti terza bħala delegat skont l-Artikolu 20, l-AIFM għandu, filwaqt li jqis kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati u evidenza tal-konformità tiegħu mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu. B’mod partikolari, l-AIFM għandu jispeċifika l-passi raġonevoli li jkun ħa biex jipprevjeni kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mir-relazzjoni mal-parti terza jew, fejn dawk il-kunflitti ta’ interess ma jkunux jistgħu jiġu evitati, kif jidentifika, jimmaniġġa, jimmonitorja u, fejn applikabbli, jiżvela dawk il-kunflitti ta’ interess sabiex ma jħallihomx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-AIF u tal-investituri tiegħu.” |
|
(7) |
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 16, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “2a. AIFM għandu jiżgura li l-AIF li joriġina self li jimmaniġġa jkun magħluq. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, AIF li joriġina self jista’ jkun miftuħ dment li l-AIFM li jimmaniġġa jkun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM li s-sistema tal-immaniġġar tar-riskju tal-likwidità tal-AIF hija kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment u l-politika ta’ tifdija tiegħu. Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limiti, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) 2015/760. 2b. Bl-għan li jiġi żgurat li jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, AIFM li jimmaniġġa AIF miftuħ għandu jagħżel tal-anqas żewġ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, wara li jivvaluta l-adegwatezza ta’ dawk l-għodod fir-rigward tal-istrateġija ta’ investiment segwita, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija tal-AIF. L-AIFM għandu jinkludi dawk l-għodod fir-regoli tal-AIFM jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għal użu possibbli fl-interess tal-investituri tal-AIF. Ma għandux ikun possibbli li dik l-għażla tinkludi biss l-għodod imsemmija fl-Anness V, il-punti 5 u 6. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, AIFM jista’ jiddeċiedi li jagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, għal AIF li jimmaniġġa jekk dak l-AIF ikun awtorizzat bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11). L-AIFM għandu jimplimenta politiki u proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe għodda magħżula għall-ġestjoni tal-likwidità u l-arranġamenti operazzjonali u amministrattivi għall-użu ta’ tali għodda. L-għażla msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-politiki u l-proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM. Tifdija in natura kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 8, għandha tiġi attivata biss biex tissodisfa tifdijiet mitluba minn investituri professjonali u jekk it-tifdija in natura tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF. B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tifdija in natura ma hemmx bżonn li tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF jekk dak l-AIF ikun ikkummerċjalizzat biss ma’ investituri professjonali, jew meta l-għan ta’ dik il-politika ta’ investiment ta’ dak l-AIF ikun li tirreplika l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ stokk, u dak l-AIF ikun fond negozjat fil-borża kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (46), tad-Direttiva 2014/65/UE. 2c. AIFM li jimmaniġġa AIF miftuħ jista’, fl-interess tal-investituri tal-AIF, jissospendi temporanjament is-sottoskrizzjonijiet, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 1, meta dawk l-għodod ikunu inklużi fir-regoli tal-AIF jew fi strumenti ta’ inkorporazzjoni, jattiva jew jiddiżattiva għodod oħra għall-ġestjoni tal-likwidità magħżula mill-Anness V, il-punti 2 sa 8, f’konformità mal-paragrafu 2b ta’ dan l-Artikolu. L-AIFM jista’ wkoll, fl-interess tal-investituri tal-AIF, jattiva side pockets kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 9. AIFM għandu juża biss sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdijiet jew is-side pockets kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tal-investituri tal-AIF. 2d. AIFM għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar dan li ġej:
AIFM għandu, fi żmien raġonevoli qabel jattiva jew jiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 9, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju dwar tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) bi kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti. 2e. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness V ikunu disponibbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs miftuħa. 2f. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina r-rekwiżiti li l-AIFs li joriġinaw self iridu jikkonformaw magħhom biex iżommu struttura miftuħa. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu sistema tajba ta’ mmaniġġar tal-likwidità, id-disponibbiltà ta’ assi likwidi u l-ittestjar tal-istress, kif ukoll politika xierqa ta’ tifdija li tqis il-profil tal-likwidità ta’ AIFs li joriġinaw self. Dawk ir-rekwiżiti għandhom iqisu wkoll kif xieraq l-iskoperturi tas-self sottostanti, iż-żmien medju għall-ħlas lura tas-self u l-granularità u l-kompożizzjoni ġenerali tal-portafolli tal-AIFs li joriġinaw self. 2 g. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-karatteristiċi tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness V. Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi ta’ istandards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis id-diversità tal-istrateġiji ta’ investiment u l-assi sottostanti tal-AIFs. Dawk l-istandards ma għandhomx jirrestrinġu l-kapaċità tal-AIFMs li jużaw kwalunkwe għodda xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità għall-klassijiet ta’ assi, il-ġuriżdizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tas-suq kollha. 2 h. Sas-16 ta’ April 2025, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida dwar l-għażla u l-kalibrazzjoni ta’ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità mill-AIFMs għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja. Dawk il-linji gwida għandhom jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-AIFMs. Dawn għandhom jinkludu indikazzjonijiet dwar iċ-ċirkostanzi li fihom is-side pockets, kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 9, jistgħu jiġu attivati. Dawn għandhom jippermettu żmien adegwat għall-adattament qabel ma japplikaw, b’mod partikolari għall-AIFs eżistenti. 2i. L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafi 2f u 2 g ta’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni sas-16 ta’ April 2025. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 2f u 2 g f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. (*11) Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8)." (*12) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).”;" |
|
(9) |
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont l-Artikolu 24 fir-rigward tal-AIFMs kollha li huma jissorveljaw u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7 ssir disponibbli għal awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, l-AETS, l-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15) (magħrufa kollettivament bħala l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ASE”) u l-BERS, kull meta jkun meħtieġ għall-fini li jitwettqu l-kompiti tagħhom, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont l-Artikolu 24 fir-rigward tal-AIFMs kollha li huma jissorveljaw issir disponibbli, għal finijiet ta’ statistika biss, lis-SEBĊ, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu informazzjoni permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50, u bilateralment lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra direttament ikkonċernati, jekk AIFM taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jew AIF immaniġġat minn dak l-AIFM, jista’ potenzjalment jikkostitwixxi sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjonijiet oħra sistemikament rilevanti fi Stati Membri oħra, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stat Membru ieħor. (*15) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).”;" |
|
(14) |
fl-Artikolu 35(2), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fl-Artikolu 36, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 37, il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 40(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(18) |
fl-Artikolu 42(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 43, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE awtorizzat ikun jista’ jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF tal-UE li jinvesti b’mod predominanti fl-ishma ta’ kumpanija partikolari, lill-impjegati ta’ dik il-kumpanija jew tal-entitajiet affiljati tagħha fil-qafas ta’ skemi ta’ tfaddil għall-impjegati jew skemi ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati, fuq bażi domestika jew transfruntiera. Meta tali AIF jiġi kkummerċjalizzat lill-impjegati fuq bażi transfruntiera, l-Istat Membru fejn issir il-kummerċjalizzazzjoni ma għandu jimponi l-ebda rekwiżit minbarra dawk applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 46(2), il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
L-Artikolu 60 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 60 Żvelar ta’ derogi Meta Stat Membru jagħmel użu mid-deroga jew l-għażla prevista mill-Artikolu 6 jew 9, l-Artikolu 15(4 g) jew l-Artikolu 21, 22, 28 jew 43, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq is-sit web jew b’mezzi oħra li jkunu aċċessibbli faċilment.” |
|
(24) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 69-a Rieżami ieħor 1. Sas-16 ta’ April 2029 u wara r-rapport prodott mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 7(8), il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-funzjonament tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:
2. Sas-16 ta’ April 2026, l-AETS għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport rigward l-iżvilupp tal-ġbir integrat ta’ data superviżorja, li għandu jiffoka fuq kif:
3. Meta tħejji r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-AETS għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew, ma’ ASE oħrajn, u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. 4. Wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dak ir-rieżami.” |
|
(26) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva; |
|
(27) |
it-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva jiżdied bħala l-Anness V. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE
Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:
(*16) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 18a 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness IIA jkunu disponibbli għall-UCITS. 2. UCITS għandha tagħżel tal-anqas żewġ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, wara li tivvaluta l-adegwatezza ta’ dawk l-għodod fir-rigward tal-istrateġija ta’ investiment segwita tagħha, il-profil tal-likwidità tagħha u l-politika ta’ tifdija tagħha. L-UCITS għandha tinkludi dawk l-għodod fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għal użu possibbli fl-interess tal-investituri tal-UCITS. Ma għandux ikun possibbli li dik l-għażla tinkludi biss l-għodod imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 5 u 6. Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, UCITS tista’ tiddeċiedi li tagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, jekk dik l-UCITS tkun awtorizzata bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19). L-UCITS għandha timplimenta politiki u proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe għodda magħżula għall-ġestjoni tal-likwidità u l-arranġamenti operazzjonali u amministrattivi għall-użu ta’ din l-għodda. L-għażla msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-politiki u l-proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Tifdija in natura kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 8, għandha tiġi attivata biss biex tissodisfa tifdijiet mitluba minn investituri professjonali u jekk it-tifdija in natura tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-UCITS. B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tifdija in natura ma tistax tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-UCITS jekk dik l-UCITS tkun ikkummerċjalizzat biss ma’ investituri professjonali, jew meta l-għan tal-politika ta’ investiment ta’ dik l-UCITS ikun li jirreplika l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ stokk, u dik l-UCITS tkun fond negozjat fil-borża kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (46), tad-Direttiva 2014/65/UE. 3. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-karatteristiċi tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness IIA. Meta tiżviluppa dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis id-diversità tal-istrateġiji ta’ investiment u l-assi sottostanti tal-UCITS. Dawk l-istandards ma għandhomx jirrestrinġu l-kapaċità tal-UCITS li tuża kwalunkwe għodda xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità għall-klassijiet ta’ assi, il-ġuriżdizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tas-suq kollha. 4. Sas-16 ta’ April 2025, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida għall-għażla u l-kalibrazzjoni ta’ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità mill-UCITS għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja. Dawk l-istandards għandhom jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ mal-UCITS. Dawn għandhom jinkludu indikazzjonijiet dwar iċ-ċirkostanzi li fihom is-side pockets, kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 9, jistgħu jiġu attivati. Għandhom jippermettu żmien adegwat għall-adattament qabel ma japplikaw, b’mod partikolari għall-UCITS eżistenti. 5. L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni sas-16 ta’ April 2025. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 3 f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. (*19) Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).”;" |
|
(7) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 20a 1. Kumpanija tal-maniġment għandha tirrapporta regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS dwar is-swieq u l-istrumenti li fihom tinnegozja f’isem UCITS li timmaniġġa. Il-kumpanija tal-maniġment għandha, fir-rigward ta’ kull UCITS li timmaniġġa, tipprovdi informazzjoni dwar l-istrumenti li tinnegozja fihom, dwar is-swieq li hija membru tagħhom jew li tinnegozja attivament fihom, u dwar l-esponimenti u l-assi tal-UCITS. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-identifikaturi meħtieġa biex tiġi konnessa d-data pprovduta dwar l-assi, il-UCITS u l-kumpaniji tal-maniġment ma’ sorsi oħra ta’ data superviżorja jew pubblikament disponibbli. 2. Għal kull waħda mill-UCITS li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment għandha tipprovdi dawn li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS:
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-UCITS kollha li huma jissorveljaw u l-informazzjoni miġbura fl-ambitu tal-Artikolu 7 issir disponibbli għal awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, l-AETS, l-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20) (magħrufa kollettivament bħala l-‘Awtoritajiet Superviżorji Ewropej’ jew ‘ASE’) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), kull meta jkun meħtieġ għall-fini li jitwettqu l-kompiti tagħhom, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 101. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-UCITS kollha li huma jissorveljaw issir disponibbli, għal finijiet statistiċi biss, lis-SEBĊ, permezz tal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 101. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu informazzjoni permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 101, u bilateralment lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra direttament ikkonċernati, jekk kumpanija tal-maniġment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jew UCITS immaniġġata minn dik il-kumpanija tal-maniġment, tista’ potenzjalment tikkostitwixxi sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjonijiet oħra sistemikament rilevanti fi Stati Membri oħra, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stat Membru ieħor. 4. Meta meħtieġ għall-monitoraġġ effettiv tar-riskju sistemiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jirrikjedu informazzjoni minbarra dak deskritt fil-paragrafu 1, fuq bażi perjodika jew fuq bażi ad hoc. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AETS dwar tali rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u meta meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja jew biex jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli fuq terminu twil, l-AETS wara li tikkonsulta lill-BERS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali. 5. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-AETS ma għandhiex tintroduċi obbligi ta’ rapportar minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (d). Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), l-AETS għandha tqis rekwiżiti oħra ta’ rapportar li għalihom huma soġġetti l-kumpaniji tal-maniġment, l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali, u s-sejbiet tar-rapport maħruġ f’konformità mal-Artikolu 20b. L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-16 ta’ April 2027. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 6. L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-16 ta’ April 2027. Il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Artikolu 20b 1. Sas-16 ta’ April 2026, l-AETS għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport rigward l-iżvilupp tal-ġbir ta’ data superviżorja integrata, li għandu jiffoka fuq kif:
F’dak ir-rapport, l-AETS għandha tagħmel ukoll tqabbil tal-aħjar prattiki għall-ġbir tad-data fl-Unjoni u fi swieq oħra għall-fondi ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur. 2. Meta tħejji r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-AETS għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew, mal-ASE l-oħra, u mal-awtoritajiet kompetenti. (*20) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).”;" |
|
(8) |
l-Artikolu 22a huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 57, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta UCITS tattiva side pockets kif imsemmija fl-Artikolu 84(2), il-punt (a), permezz tas-segregazzjoni tal-assi, l-assi segregati jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-limiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.” |
|
(11) |
fl-Artikolu 69, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli relatati mal-isem tal-UCITS, l-AETS għandha sas-16 ta’ April 2026 tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom l-isem ta’ UCITS ikun inġust, mhux ċar jew qarrieqi. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. Il-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi standards għall-ismijiet tal-fondi jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi tieħu preċedenza fuq dawk il-linji gwida.” |
|
(12) |
fl-Artikolu 79, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. It-tagħrif ewlieni għall-investituri, inkluż l-isem tal-UCITS, għandu jikkostitwixxi tagħrif prekuntrattwali. Għandu jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi. Għandu jkun konsistenti mal-partijiet rilevanti tal-prospett.” |
|
(13) |
fl-Artikolu 84, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1:
UCITS għandha tuża biss sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet jew is-side pockets kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha. 3. Il-UCITS għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar dan li ġej:
UCITS għandha, fi żmien raġonevoli qabel hija tattiva jew tiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 9, tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS, dwar kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti. 3a. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jeżerċitaw setgħat skont il-paragrafu 2, il-punt (b), huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS b’dan. 3b. L-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jeżerċitaw is-setgħat skont il-paragrafu 2, il-punt (b), filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba u jinformaw lill-AETS u, jekk hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS dwarha. 3c. Meta l-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jaqblux mat-talba msemmija fil-paragrafu 3b, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti, lill-AETS u, meta l-BERS kien infurmat dwar dik it-talba skont il-paragrafu 3b, lill-BERS dwar dan, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil. 3d. Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafi 3b u 3c, l-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS dwar l-eżerċitar tas-setgħat stabbiliti skont il-paragrafu 2, il-punt (b). L-AETS għandha tikkomunika dik l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS. 3e. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jaġixxux f’konformità mal-opinjoni tal-AETS imsemmija fil-paragrafu 3d, jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jikkonformaw ma’ dik l-opinjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni li ma jikkonformawx tagħhom. Fil-każ ta’ theddida serja għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, u sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tat-titolari tal-ishma jew tal-unitajiet jew tal-pubbliku, l-AETS tista’ tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jikkonformawx jew ma humiex biħsiebhom jikkonformaw mal-opinjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet provduti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità jew l-intenzjoni li ma jikkonformawx. L-AETS għandha tanalizza jekk il-benefiċċji tal-pubblikazzjoni jegħlbux l-amplifikazzjoni tat-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni li tirriżulta minn dik il-pubblikazzjoni u għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti avviż bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni. 3f. Sas-16 ta’ April 2026, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida li jipprovdu indikazzjonijiet biex jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tagħhom tas-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (b), u indikazzjonijiet dwar is-sitwazzjonijiet li jaf iwasslu għat-tressiq tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 98(3). Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-AETS għandha tikkunsidra l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ tali intervent superviżorju għall-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor jew fl-Unjoni. Dawk l-istandards għandhom jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-UCITS.” |
|
(14) |
fl-Artikolu 98, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu, meta jkollhom raġunijiet validi biex jagħmlu dan, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jeżerċitaw, mingħajr dewmien, is-setgħat skont il-paragrafu 2, ħlief il-punt (j) ta’ dak il-paragrafu, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba tagħhom b’mod kemm jista’ jkun speċifiku possibbli u jinformawlill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, il-BERS dwarha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, lill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS dwar is-setgħat eżerċitati u s-sejbiet tagħhom. 4. L-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti jissottomettu, mingħajr dewmien żejjed, spjegazzjonijiet lill-AETS fir-rigward ta’ każijiet speċifiċi li jqajmu theddid serju għall-protezzjoni tal-investituri, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parzjali tal-Unjoni.” |
|
(15) |
l-Artikolu 101 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
l-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 110a Sas-16 ta’ April 2029, u wara r-rapport prodott mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 13(6), il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-funzjonament tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:
|
|
(18) |
l-Artikolu 112a huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Direttiva; |
|
(20) |
it-test stabbilit fl-Anness IV għal din id-Direttiva jiddaħħal bħala l-Anness IIA. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sas-16 ta’ April 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mis-16 ta’ April 2026, bl-eċċezzjoni tal-miżuri li jittrasponu l-Artikolu 1(12), u dawk li jittrasponu l-Artikolu 2(7) fir-rigward tal-Artikolu 20a tad-Direttiva 2009/65/KE, li għandhom japplikaw mis-16 ta’ April 2027.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2024.
(2) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(8) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(12) Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(14) Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(19) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-7 ta’ Diċembru 2017 dwar il-likwidità u r-riskji tal-lieva finanzjarja fil-fondi ta’ investiment (BERS/2017/6) (ĠU C 151, 30.4.2018, p. 1).
(20) Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(21) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(22) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(23) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(24) Id-Direttiva (UE) 2021/2261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-użu ta’ dokumenti bl-informazzjoni ewlenija mill-kumpaniji maniġerjali tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 455, 20.12.2021, p. 15).
(25) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall- konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
ANNESS I
Fl-Anness I, il-punt 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
“(d) |
Oriġinazzjoni tas-self f’isem AIF; |
|
(e) |
Servizzjar ta’ entitajiet bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni.”. |
ANNESS II
“ANNESS V
GĦODOD TAL-ĠESTJONI TAL-LIKWIDITÀ DISPONIBBLI GĦALL-AIFMs LI JIMMANIĠĠAW AIFs MIFTUĦA
1.
Sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet: is-sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet tfisser li ma jkunx permess temporanjament is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija ta’ tal-unitajiet jew l-ishma tal-fond.
2.
Limitu ta’ tifdija: limitu ta’ tifdija jfisser restrizzjoni temporanja u parzjali tad-dritt tat-titolari tal-unitajiet jew tal-azzjonisti li jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, fejn l-investituri jkunu jistgħu jifdu biss ċertu porzjon tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom.
3.
Estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż: l-estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż tfisser l-estensjoni tal-perjodu ta’ avviż li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti jridu jagħtu lill-maniġers tal-fondi, lil hinn minn perjodu minimu li jkun xieraq għall-fond, meta jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom.
4.
Tariffa ta’ tifdija: tariffa ta’ tifdija tfisser tariffa, f’firxa predeterminata li tqis il-kost tal-likwidità, li titħallas lill-fond minn titolari tal-unitajiet jew azzjonisti meta jifdu unitajiet jew ishma, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti li jibqgħu fil-fond ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.
5.
Aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni: aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-valur nett tal-assi tal-unitajiet jew tal-ishma f’fond ta’ investiment jiġi aġġustat bl-applikazzjoni ta’ fattur (‘fattur ta’ varjazzjoni’) li jirrifletti l-kost tal-likwidità.
6.
Ipprezzar doppju: ipprezzar doppju jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-prezzijiet tas-sottoskrizzjoni, tax-xiri mill-ġdid u tat-tifdija tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ fond ta’ investiment jiġu stabbiliti billi jiġi aġġustat il-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem b’fattur li jirrifletti l-kost tal-likwidità.
7.
Imposta kontra d-dilwizzjoni: imposta kontra d-dilwizzjoni tfisser tariffa li titħallas lill-fond minn titolar ta’ unità jew azzjonist fil-ħin tas-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet jew ishma, li tikkumpensa lill-fond għall-kost tal-likwidità mġarrba minħabba d-daqs ta’ dik it-tranżazzjoni, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti l-oħra ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.
8.
Tifdija in natura: tifdija in natura tfisser it-trasferiment ta’ assi miżmuma mill-fond, minflok flus, biex jissodisfaw it-talbiet ta’ tifdija ta’ titolari ta’ unitajiet jew azzjonisti.
9.
Side pockets: side pockets ifissru s-separazzjoni ta’ ċerti assi, li l-karatteristiċi ekonomiċi jew legali tagħhom inbidlu b’mod sinifikanti jew saru inċerti minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, mill-assi l-oħra tal-fond.
ANNESS III
Fl-Anness I, l-Iskeda A, il-punt 1.13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
ANNESS IV
“ANNESS IIA
GĦODOD TAL-IMMANIĠĠAR TAL-LIKWIDITÀ DISPONIBBLI GĦALL-UCITS
1.
Sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet: is-sospensjoni ta’ sottoskrizzjonijiet, xiri mill-ġdid u tifdijiet tfisser li ma jkunx permess temporanjament is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet u tal-ishma tal-fond.
2.
Limitu ta’ tifdija: limitu ta’ tifdija jfisser restrizzjoni temporanja u parzjali tad-dritt tat-titolari tal-unitajiet jew tal-azzjonisti li jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, fejn l-investituri jkunu jistgħu jifdu biss ċertu porzjon tal-unitajiet jew tal-ishma tagħhom.
3.
Estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż: l-estensjoni ta’ perjodi ta’ avviż tfisser l-estensjoni tal-perjodu ta’ avviż li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti jridu jagħtu lill-maniġers tal-fondi, lil hinn minn perjodu minimu li jkun xieraq għall-fond, meta jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom.
4.
Tariffa ta’ tifdija: tariffa ta’ tifdija tfisser tariffa, f’firxa predeterminata li tqis il-kost tal-likwidità, li titħallas lill-fond minn titolari tal-unitajiet jew azzjonisti meta jifdu unitajiet jew ishma, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti li jibqgħu fil-fond ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.
5.
Aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni: aġġustar tal-valur tal-likwidazzjoni jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-valur nett tal-assi tal-unitajiet jew tal-ishma f’fond ta’ investiment jiġi aġġustat bl-applikazzjoni ta’ fattur (‘fattur ta’ varjazzjoni’) li jirrifletti l-kost tal-likwidità.
6.
Ipprezzar doppju: ipprezzar doppju jfisser mekkaniżmu predeterminat li bih il-prezzijiet tas-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ fond ta’ investiment jiġu stabbiliti billi jiġi aġġustat il-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem b’fattur li jirrifletti l-kost tal-likwidità.
7.
Imposta kontra d-dilwizzjoni: imposta kontra d-dilwizzjoni tfisser tariffa li titħallas lill-fond minn titolar ta’ unità jew azzjonist fil-ħin tas-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet jew ishma, li tikkumpensa lill-fond għall-kost tal-likwidità mġarrba minħabba d-daqs ta’ dik it-tranżazzjoni, u li tiżgura li t-titolari tal-unitajiet jew l-azzjonisti l-oħra ma jkunux żvantaġġati b’mod inġust.
8.
Tifdija in natura: tifdija in natura tfisser it-trasferiment ta’ assi miżmuma mill-fond, minflok flus, biex jissodisfaw it-talbiet ta’ tifdija ta’ titolari ta’ unitajiet jew azzjonisti.
9.
Side pockets: side pockets ifissru s-separazzjoni ta’ ċerti assi, li l-karatteristiċi ekonomiċi jew legali tagħhom inbidlu b’mod sinifikanti jew saru inċerti minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, mill-assi l-oħra tal-fond.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/927/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)