|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/196 |
4.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/196
tat-3 ta’ Frar 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni u li jikkoreġi l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Iċ-ċertifikazzjoni korretta u armonizzata minn skemi volontarji hija essenzjali biex jiġi ddeterminat jekk il-bijokarburanti, il-bijolikwidi, il-karburanti mill-bijomassa, il-karburanti rinnovabbli gassużi u likwidi ta’ oriġini mhux bijoloġika u l-karburanti tal-karbonju riċiklat humiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali dwar ir-regoli applikabbli għall-operaturi ekonomiċi u l-iskemi volontarji, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 (2) jistabbilixxi regoli armonizzati, applikabbli matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni. |
|
(2) |
Matul l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-Istati Membri rigward l-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996, ġie konkluż li t-tħejjija xierqa tal-programmi ta’ akkreditazzjoni mill-Istati Membri tkun teħtieġ perjodu ħafna itwal, u għalhekk l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti diġà ġiet differita għal sena bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/805 (3). |
|
(3) |
Il-ħidma preparatorja sussegwenti mwettqa mill-Istati Membri biex japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni identifikat il-ħtieġa għal aktar żmien biex jitħejjew u jiġu adottati programmi ta’ akkreditazzjoni mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni tal-Istati Membri kif ukoll biex jiġu ċċarati l-istandards, li abbażi tagħhom jenħtieġ li jitħejjew tali programmi. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-programmi ta’ akkreditazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi introdott ukoll proċess obbligatorju ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza għall-akkreditazzjoni tal-istandards taċ-ċertifikazzjoni tal-iskemi volontarji u dawk nazzjonali. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun parti mill-valutazzjoni ġenerali tal-iskemi qabel ir-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni u jenħtieġ li titwettaq f’konsultazzjoni mal-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni tal-Istati Membri taħt ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni. |
|
(4) |
Id-definizzjoni ta’ “korp ta’ ċertifikazzjoni” fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 jenħtieġ li tiġi emendata wkoll biex il-kontenut tagħha jiġi allinjat mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-akkreditazzjoni. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat u jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tfixkil fis-suq taċ-ċertifikazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni, li se japplika għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni f’isem skema volontarja jew nazzjonali li tkun ġiet rikonoxxuta mill-Kummissjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Jenħtieġ li tali korpi ta’ ċertifikazzjoni jitħallew ikomplu l-attivitajiet tagħhom mingħajr ma jkollhom jiġu akkreditati skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
|
(6) |
Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jiġi kkoreġut żball evidenti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996. Il-valuri tal-fertilizzanti tan-nitroġenu ġew skambjati, bi żball, mal-valuri tal-fertilizzanti tal-urea. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-valuri jiġu kkoreġuti kif xieraq. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-karburanti mill-Bijomassa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (14) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 28, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 11(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.”. |
Artikolu 2
L-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 hu kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 tal-14 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-regoli biex jiġu verifikati l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kriterji ta’ riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/996/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/805 tas-7 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L, 2024/805, 8.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/805/oj).
ANNESS
Fil-punt 1.4.1 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/996, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Għall-fertilizzanti tan-nitrat, l-emissjonijiet min-newtralizzazzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu fil-ħamrija għandhom ikunu ta’ 0,806 kg CO2/kg N; għall-fertilizzanti tal-urea, l-emissjonijiet tan-newtralizzazzjoni għandhom ikunu ta’ 0,783 kg CO2/kg N.”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/196/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)