|
3.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/3 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-2 ta’ Ġunju 2010
dwar ħatra ta' Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2010/306/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Christiaan TIMMERMANS, għandu jiġi maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Christiaan TIMMERMANS, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2012. |
|
(2) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità tas-Sinjura Alexandra PRECHAL għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Alexandra PRECHAL hija maħtura Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mill-10 ta' Ġunju 2010 sas-6 ta' Ottubru 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2010.
Il-President
C. BASTARRECHE