<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-336/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0336</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:860">EU:C:2011:860</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-336/09 P</P><P>IL-POLONJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-336/09 P</P><P>Ir-Repubblika tal-Polonja</P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni komuni tas-swieq</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri tranżitorji adottati fil-perspettiva tal-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 60/2004</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Tardività</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal rikors tal-Istati Membri ġodda fir-rigward tal-atti adottati bejn id-data tal-iffirmar u d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Valuri tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Stat ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Erba’ snin wara s-sentenza mogħtija fit-<DATE ISO="20071023">23 ta’Ottubru 2007</DATE> fil-Kawża Il-Polonja vs Il-Kunsill, C-273/04<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-273/04" PAGE.ECR="I-8925" YEAR="2007">C-273/04, Ġabra. p. I-8925</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dwar rikors għal annullament tar-Repubblika tal-Polonja kontra deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet fuq il-mertu mingħajr ma eżaminat l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà għal tardività imqajma mill-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Punt 33.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi appell kontra digriet li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddikjarat bħala inammissibbli minħabba tardività, u għalhekk mingħajr ma eżaminat il-mertu tal-każ, rikors għal annullament ippreżentat f’kuntest simili ħafna mir-Repubblika tal-Polonja, din id-darba kontra regolament tal-Kummissjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Fl-istess ħin, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita wkoll b’appell ieħor f’kawża simili, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, (C-335/09 P), li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali li bl-istess mod u għall-istess raġunijiet parzjalment ċaħdet bħala inammissibbli minħabba tardività rikors tar-Repubblika tal-Polonja kontra regolament ieħor tal-Kummissjoni.</P></NOTE>. Ir-Repubblika tal-Polonja b’hekk qed tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex teżamina, fil-kuntest ta’ appell, l-argumenti li hi ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali bl-għan li jiġi stabbilit li r-rikors tagħha ma setax jiġi ddikjarat inammissibbli minħabba tardività, f’termini li kienu s-suġġett ta’ eżami eżawrjenti min-naħa tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq. L-analiżi ta’ dan tal-aħħar, li jien naqbel magħha fil-parti l-kbira, ser tħallini niffoka ħsibijieti fuq perspettivi addizzjonali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet ikkontestat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet tagħha tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-258/04)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) ċaħdet bħala inammissibbli, minħabba dekadenza, ir-rikors tar-Repubblika tal-Polonja għall-annullament tal-Artikolu 5, tal-Artikolu 6(1) sa (3), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 8(2)(a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-<DATE ISO="20040114">14 ta’ Jannar 2004</DATE>, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 42, p. 125.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004 kien ġie ppubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-<DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE> u li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontrih kien għalhekk skada fit-<DATE ISO="20040408">8 ta’April 2004</DATE>. Ir-rikors tar-Repubblika tal-Polonja ġie ppreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>, u l-Qorti Ġenerali għaldaqstant iddikjarat li dan ġie ppreżentat tardivament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Punti 42 sa 46 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni tal-inammissibbilta’ mqajma mill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE. Fil-fatt, hija sabet li r-rikors kontra r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004/KE kien ġie ppreżentat wara t-terminu ta’ xahrejn iffissat minn din id-dispożizzjoni, terminu li għandu jibda jgħodd mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, u kkonkludiet li l-azzjoni tar-Repubblika tal-Polonja kienet suġġetta għal dekadenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Punti 46, 70 u 71 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>, filwaqt li rrifjutat, wara din id-deċiżjoni, l-argumenti differenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Inċaħdu wkoll, bħala li ma humiex ta’ natura li jikkontestaw din il-konklużjoni, l-argumenti mnissla mill-fatt li l-imsemmi regolament ma kienx ġie ppubblikat fl-għoxrin lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Punti 48 sa 50 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>, mill-fatt li d-dħul fis-seħħ tiegħu kien suġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punti 51 u 52 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE> u mill-fatt li dan kien indirizzat lill-Istati Membri kollha, inklużi l-Istati Membri futuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Punti 53 sa 56 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali mbagħad uriet li din l-applikazzjoni stretta tat-termini tal-proċedura li għandha tibda tgħodd mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004 ma tiksirx id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-Repubblika tal-Polonja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Punti 57 sa 70 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors, il-Qorti Ġenerali ħadet ħsieb tfakkar ukoll li ma jistax ikun hemm eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni stretta tar-regoli Komunitarji dwar termini proċedurali ħlief f’ċirkustanzi kompletament eċċezzjonali, f’avvenimenti aċċidentali jew ta’ forza maġġuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punt 55 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>. Madanakollu, il-Qorti Ġenerali hija tal-fehma illi r-Repubblika tal-Polonja ma spjegatx kif iċ-ċirkustanzi fil-kawza prinċipali kienu verament eċċezzjonali fir-rigward tagħha, tant li jistgħu jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni stretta tat-termini proċedurali b’detriment għall-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet ikkontestat, tagħti deċiżjoni finali dwar ir-rikors, u b’hekk tiddikjara r-rikors tagħha kontra r-Regolament Nru 60/2004/KE bħala ammissibbli u tilqa’ l-konklużjonijiet tagħha dwar il-merti pprezentati fl-ewwel istanza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-konklużjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat dan l-appell fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20090824">24 ta’ Awwissu 2009</DATE>. Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha hi talbet li l-appell tagħha jinstema’ mill-Awla Manja.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Peress illi l-ebda talba f’dan is-sens ma tressqet mill-partijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet kkontestat;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1) sa (3), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 60/2004, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala infondat, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar l-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tqajjem ħames aggravji sabiex tikkritika l-eżami li għamlet il-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbilta’ tal-appell tagħha kontra r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Punti 40 sa 71 tad-digriet ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Polonja takkuża lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet, bi ksur tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19580415">15 ta’ April 1958</DATE>, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3.</P></NOTE>, li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra r-Regolament Nru 60/2004 beda jiddekorri fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea ffurmata minn ħmistax-il pajjiż, u għalhekk qabel il-pubblikazzjoni tiegħu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità estiza.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li hija setgħet, anki qabel l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea, effettivament tippreżenta rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 60/2004 mhux fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, li b’mod partikolari jistabbilixxi d-dritt inkundizzjonali ta’ azzjoni għall-Istati Membri, iżda fuq il-bażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, jiġifieri fuq l-istess bażi u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk ipprovduti għall-individwi jew għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Hija b’mod partikolari ssostni u, minn naħa waħda, li r-Regolament Nru 60/2004 kien impona biss, fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-<DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE>, obbligi fuq l-Istati Membri, fejn f’dik id-data r-Repubblika tal-Polonja bħala regola ġenerali ma kinitx għadha Stat Membru, u obbligi li iktar minn hekk huma futuri u japplikaw biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni. Min-naħa l-oħra, u sussidjarjament għal dan, ir-Repubblika tal-Polonja tikkunsidra li fil-mument ta’ din il-pubblikazzjoni hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ammissibbiltà stabbiliti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li, billi ċċaħħdet mid-dritt li tissuġġetta r-Regolament Nru 60/2004 għal stħarriġ ġudizzjarju minkejja li dan tal-aħħar kien indirizzat lejha fil-kwalità tagħha ta’ Stat Membru, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju tal-Komunità tad-dritt u d-dritt tagħha li jkollha protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Hija żżid tgħid li l-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-termini għall-preżentata ta’ rikors ma tistax twassal għal inugwaljanza bejn l-Istati Membri differenti u partikolarment f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri l-qodma u l-ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-Repubblika tal-Polonja tikkunsidra li, billi nċaħad lilha d-dritt li tipproċedi ġudizzjarjament kontra r-Regolament Nru 60/2004, li illegalment biddel il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea u kiser il-bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija tagħha fl-Unjoni, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji tas-solidarjetà u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-ħames lok, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet irregolarità proċedurali meta ma eżaminatx l-argumenti relatati mal-ksur tal-prinċipji tas-solidarjetà u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u ma mmotivatx biżżejjed id-digriet ikkontestat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-ħames aggravji mqajma mir-Repubblika tal-Polonja joħolqu kważi kollha kwistjonijiet ta’ portata sinjifikattiva, fil-kuntest partikolari u dejjem delikat tat-tkabbir progressiv tal-Unjoni lil Stati oħra li jiffurmaw parti mill-Ewropa. Ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat l-aggravji tagħha fl-ordni deskritta iktar ’il fuq u bħala regola ġenerali din hi l-ordni li biha l-Qorti tal-Ġustizzja għandha normalment tindirizzahom.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, teżisti ġerarkija ċara bejn dawn l-aggravji differenti. It-tielet aggravju, b’mod partikolari, għandu, fl-opinjoni tiegħi, jitqies bħala pprivileġġjat, minħabba li jqajjem domandi li jolqtu l-bażi tal-Unjoni, il-valuri, b’mod partikolari dak tal-istat tad-dritt, li fuqhom hi bbażata l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-istess kliem użat fl-Artikolu 2 TUE.</P></NOTE>, il-prinċipju ta’ Unjoni tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, skont it-terminoloġija issa użata mill-Qorti tal-Ġustizzja , is-sentenza tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, E u F (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-550/09" PAGE.ECR="I-6213" YEAR="2010">C-550/09, Ġabra p. I-6213</REF.DOC.ECR>, punt 44).</P></NOTE> li fiha l-atti tal-istituzzjonijiet huma suġġetta għal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>liġi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Għall-Karta Kostituzzjonali li tikkostitwixxi t-trattati, biex tintuża l-espressjoni tas-sentenza tat-<DATE ISO="19860423">23 ta’April 1986</DATE>, Les Verts vs Il-Parlament (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="294/83" PAGE.ECR="1339" YEAR="1986">294/83, Ġabra p. 1339</REF.DOC.ECR>, punt 23).</P></NOTE>, kif ukoll il-prinċipju strutturali tal-Unjoni li jistabbilixxi l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Għalkemm it-trattati ma jirreferux b’mod espliċitu għall-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri, sakemm kien hemm l-intervent fit-Trattat ta’ Lisbona, il-Qorti tal-Ġustizzja xorta waħda kienet irrikonoxxiet li dan kien b’xi mod kosostanzjali fl-imsemmija trattati. Ara, f’dan is-sens, J. Zemanek, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>The Principle of Equality<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, f’C. Kaddous,. u A. Auer, <HT TYPE="ITALIC">Les principes fondamentaux de la Constitution européenne</HT>, Helbing &amp; Lichtenhahn, LGDJ, 2006, p. 237; K. Lenaerts u P. Van Nuffel, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Advanced Integration and the Principle of Equality of Member States within the European Union<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, f’C. Kaddous u A. Auer, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 245, speċjalment p. 249. Ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="39/72" PAGE.ECR="101" YEAR="1979">39/72, Ġabra p. 101</REF.DOC.ECR>, punt 24), u tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="128/78" PAGE.ECR="419" YEAR="1979">128/78, Ġabra p. 419</REF.DOC.ECR>, punt 12). Ara wkoll, f’perspettiva totalment differenti, is-sentenza tad-<DATE ISO="19790329">29 ta’ Marzu 1979</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="231/78" PAGE.ECR="1447" YEAR="1979">231/78, Ġabra p. 1447</REF.DOC.ECR>, punt 9).</P></NOTE>, kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>F’dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni tirriproduċi l-Artikolu I-5 tal-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li kien adotta l-formulazzjoni ġurisprudenzjali tal-prinċipju msemmi iktar ’il fuq. Ara, f’dan ir-rigward, J.-C. Piris, <HT TYPE="ITALIC">The Lisbon Treaty — A Legal and Political Analysis</HT>, Cambridge University Press, 2010, p. 83 u 84; M. Blanquet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Article I-5<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, f’L. Burgorgue-Larsen, A. Levade u F. Picod (edituri.), <HT TYPE="ITALIC">Traité établissant une Constitution pour l’Europe</HT>, t. 1, Bruylant, 2007, p. 96.</P></NOTE>. Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li, inevitabbilment, l-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja fit-tieni aggravju tagħha, li jqajjem il-kwistjoni tal-applikabbiltà għal kawża tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE għal Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>imminenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ser jiġu indirizzati indirettament fil-kuntest ta’ din l-analizi.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma jibda dan l-eżami doppju, għandha titfakkar, kif barra minn hekk għamlet il-Qorti Ġenerali fid-digriet ikkontestat, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li bis-saħħa tagħha, min-naħa l-waħda, l-applikazzjoni stretta tar-regolamentazzjoni Komunitarja dwar it-termini proċedurali tissodisfa r-rekwiżit taċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi evitat kull tip ta’ diskriminazzjoni jew kull trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, Ferriera Valsabbia vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="209/83" PAGE.ECR="3089" YEAR="1984">209/83, Ġabra p. 3089</REF.DOC.ECR>, punt 14), kif ukoll id-digrieti tal-<DATE ISO="19920205">5 ta’ Frar 1992</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-59/91" PAGE.ECR="I-525" YEAR="1992">C-59/91, Ġabra p. I-525</REF.DOC.ECR>, punt 8); tas-<DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, L-Irlanda vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-239/97" PAGE.ECR="I-2655" YEAR="1998">C-239/97,Ġabra p. I-2655</REF.DOC.ECR>, punti 7 sa 9); tas-<DATE ISO="20020517">17 ta’ Mejju 2002</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/01" PAGE.ECR="I-4561" YEAR="2002">C-406/01, Ġabra p. I-4561</REF.DOC.ECR>, punt 20), u tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-242/07 P" PAGE.ECR="I-9757" YEAR="2007">C-242/07 P, Ġabra p. I-9757</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, ma jistax ikun hemm deroga mill-ġurisprudenza ħlief f’ċirkustanzi għal kollox eċċezzjonali, f’każijiet fortuwiti jew f’każ ta’ forza maġġuri, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew f’każ ta’ żball skużabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19790405">5 ta’April 1979</DATE>, Orlandi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="117/78" PAGE.ECR="1613" YEAR="1979">117/78, Ġabra p. 1613</REF.DOC.ECR>, punti 10 u 11), u tal-<DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Bayer vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-195/91 P" PAGE.ECR="I-5619" YEAR="1994">C-195/91 P, Ġabra p. I-5619</REF.DOC.ECR>), punt 26), kif ukoll id-digrieti tas-<DATE ISO="20071127">27 ta’ Novembru 2007</DATE>, Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret u Akar vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-163/07 P" PAGE.ECR="I-10125" YEAR="2007">C-163/07 P, Ġabra p. I-10125</REF.DOC.ECR>, punt 36); tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, SGAE vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/09 P" PAGE.ECR="I-351" YEAR="2010">C-112/09 P, Ġabra p. I-351</REF.DOC.ECR>, punt 20), u tas-<DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-73/10 P" PAGE.ECR="I-11535" YEAR="2010">C-73/10 P, Ġabra p. I-11535</REF.DOC.ECR>, punt 42).</P></NOTE>. Fil-każ li din il-kawża għandha tiġi riżolta abbażi tal-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, huwa ċar, mingħajr il-ħtieġa li wieħed jidħol fid-dettall, li l-appell għandu għalhekk ċertament jiġi ddikjarat bħala<?PAGE NO="5"?> inammissibbli. Madankollu, it-tielet aggravju ssollevat mir-Repubblika tal-Polonja jqajjem il-kwistjoni dwar jekk, fit-tliet ċirkustanzi singolari ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tieħu t-triq ta’ interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">secundum legem</HT>, jew saħansitra ta’ <HT TYPE="ITALIC">praeter legem</HT>, tad-dritt tal-Unjoni, li tista’ twassal għal soluzzjoni differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni b’mod iktar preċiż li l-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar it-termini għall-preżentata ta’ rikors ma għandhiex twassal biex tiġi aċċettata inugwaljanza fil-protezzjoni ġudizzjarja bejn Stati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>antiki<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. L-Istati Membri ma jistgħux jiċċaħħdu mid-dritt tagħhom li jintroduċu rikors abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, li jiddefinixxi l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-Istati Membri u jikkostitwixxi l-espressjoni tad-dritt naturali tagħhom għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom mill-qrati tal-Unjoni, kontra att ġuridiku li jkun indirizzat lilhom. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux, għalhekk, permezz tal-għażla tad-data tal-pubblikazzjoni ta’ att indirizzat lill-Istati Membri kollha, iċaħħdu lill-Istati Membri ġodda mid-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja. B’referenza f’dan ir-rigward għall-punt 50 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, hija tqis li, meta ċaħdet ir-rikors tagħha bħala inammissibbli, il-Qorti Ġenerali manifestament kisret il-prinċipju tal-istat tad-dritt u l-prinċipju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-Repubblika tal-Polonja żżid tgħid li, kuntrarjament għal dak li qalet il-Qorti Ġenerali fil-punt 55 tad-digriet ikkontestat, is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali hi eżempju eċċellenti ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqiegħed inkwistjoni l-atti tad-dritt sekondarju magħmula mill-Unjoni bejn id-data tal-iffirmar u d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni, adottati sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-imsemmija adeżjoni u għalhekk applikabbli għall-Istat Membru l-ġdid jew għall-Istati Membri firmatarji tal-imsemmi Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-tweġiba għall-argument prinċipali kif imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja twassalni biex nadotta ċerta perspettiva, ħaġa li r-riflessjonijiet ta’ natura ġenerali ħafna li ġejjin jippruvaw jagħmlu.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għandu jigi enfasizzat, minn naħa waħda, illi l-Unjoni hija — din hija waħda mill-partikolaritajiet tagħha meta mqabbla mas-suġġetti l-oħra tal-liġi internazzjonali — Unjoni ta’ Stati — u ta’ popli — involuta f’attività normattiva kontinwa, li ma tieqaf kwazi qatt u li sallum tilħaq intensità li ma hijiex magħrufa f’organizazzjoni internazzjonali fis-sens l-iktar ġeneriku tat-terminu. Mhix b’kumbinazzjoni li l-ordinament ġuridiku li jikkostitwixxi l-Unjoni ngħatawlu l-karatteristiċi tal-awtonomija, tas-supremazija u tal-effikaċja li huwa magħruf li huma tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara,b’mod partikolari, R. Barents, <HT TYPE="ITALIC">The Autonomy of Community Law</HT>, Kluwer, 2004 u D. Simon, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Les fondements de l’autonomie du droit communautaire<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fi <HT TYPE="ITALIC">Droit international et droit communautaire</HT> — <HT TYPE="ITALIC">Perspective actuelles</HT>, trente-troisième colloque de la societe francaise pour le droit international, Pedone, 2000, p. 207.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għandu jigi enfasizzat, min-naħa l-oħra, li t-tkabbir progressiv tal-Unjoni, li oriġinarjament kienet iffurmata minn sitt Stati Membri, ma huwiex fenomenu eċċezzjonali, anzi, għall-kuntrarju, hu kosostanzjali sabiex jintlaħaq dan l-għan. Id-dħul ta’ Stat Ewropew ġdid fl-Unjoni jikkostitwixxi, f’din il-perspettiva, proċess li ta’ kull darba huwa iktar kumpless, relatat b’mod dirett mal-intensità tal-integrazzjoni u mal-ġid li dejjem jikber tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ma teżisti l-ebda definizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT>, minkejja li l-kunċett jinsab użat fit-trattati nfushom. Fid-dikjarazzjoni komuni dwar il-politika komuni barranija u tas-sigurtà, adottata mill-plenipotenzjarji u mehmuża mal-Att Finali ta’ Adeżjoni tal-1994 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="381" DATE.PUB="19940829">ĠU C 241, 29 ta’Awwissu 1994, p. 381</REF.DOC.OJ>), l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> Komunitarju hu, madankollu, iddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>id-drittijiet u l-obbligi relatati mas-sistema tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni ma jieqaf kważi qatt milli jiffunzjona u li l-attività normattiva tiegħu ma jistax tiġi interrott b’mod partikolari matul il-proċess ta’ tkabbir<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Din hi problema pjuttost speċifika mill-perspettiva tad-dritt tat-trattati, li huwa bil-bosta differenti minn dak, iktar magħruf, tal-applikazzjoni provviżorja tat-trattati. Ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 218 (5) TFUE (li qabel kien l-Artikolu 300(2) KE), li jipprovdi għall-possibbiltà għall-Kunsill, fuq proposta tan-negozjatur, li jadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ trattat qabel id-dħul tagħha fis-seħħ. Fuq din it-tema, ara, pereżempju, A. Geslin, <HT TYPE="ITALIC">La mise en application provisoire des traités</HT>, Pedone, 2005; D. Verwey, <HT TYPE="ITALIC">The European Community, the European Union and the International Law of Treaties</HT>, TMC Aser Press, 2004, p. 124 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>; D. Mathy, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Commentaires de l’article 24 des conventions de Vienne de 1969 et 1986<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, f’O. Corten u P. Klein, <HT TYPE="ITALIC">La Convention de Vienne sur le droit des traités</HT>, Bruylant, 2006, Vol. 1, p. 1045; R. Lefeber, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>The provisional Application of Treaties<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, f’J. Klabbers u R. Lefeber, <HT TYPE="ITALIC">Essays on the Law of Treaties — A Collection of Essays in Honour of Bert Vierdag</HT>, Nijhoff, 1998, p. 81 u D. Vignes, <HT TYPE="ITALIC">Une notion ambiguë: la mise en application provisoire des traités</HT>, AFDI, 1972, p. 181.</P></NOTE>. Hija din il-partikolarità li tagħti lok għall-problema li nħolqot permezz tal-atti adottati mill-Unjoni bejn id-data tal-iffirmar tat-trattati u l-atti tal-adeżjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom, fejn l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun affettwata mit-tkabbir u għalhekk huma ppubblikati qabel is-sħubija tal-pajjiżi ġodda anki jekk mhux neċessarjament ikunu fis-seħħ qabel dik id-data. Anki jekk it-trattati u l-atti tal-adeżjoni jistgħu jipprovdu huma stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Din l-eventwalità ma hijiex rari fid-dritt tal-Unjoni. Wieħed diġà jsib dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-Artikolu 2(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-2004, li fuqu huwa bbażat ir-Regolament Nru 60/2004, fit-Trattat ta’ Adeżjoni tal-1994 (ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja) [Artikolu 2(3)] kif ukoll fit-Trattat ta’ Adeżjoni tal-1985 (ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall) [Artikolu 2(3)]. It-Trattat ta’ Adeżjoni tal-2005 (ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija) [Artikolu 4(3)], fih l-istess tipi ta’ dispożizzjonijiet. Ara wkoll id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, tal-<DATE ISO="19850611">11 ta’ Ġunju 1985</DATE> dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" DATE.PUB="1985">ĠU L 302</REF.DOC.OJ> tal-<DATE ISO="19851115">15 ta’ Novembru 1985</DATE>, p. 5). Min-naħa l-oħra, it-Trattati ta’ Adeżjoni tal-1972 (Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq) u tal-1979 (ir-Repubblika Ellenika) ma fihomx dispożizzjonijiet ekwivalenti. Mingħajr ma nidħlu f’dettalji hawnhekk, wieħed irid ifakkar li l-Qorti tal-Ġustuzzja ltaqgħet ma’ dispożizzjonijiet li, biex ikunu differenti, ma jikkorrispondux mal-istess tip ta’ tħassib. Ara, b’mod partikolari, is-sentenza, tat-<DATE ISO="19971002">2 ta’ Ottubru 1997</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-259/95" PAGE.ECR="I-5303" YEAR="1997">C-259/95, Ġabra p. I-5303</REF.DOC.ECR>). Id-dispożizzjonijiet ta’ din in-natura jidhru li huma riżultat tal-prassi rikka ta’ abbozzar u ta’ implementazzjoni tal-ftehim ta’ sħubija akkumulati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kienet x’kienet ir-raġuni li għaliha ġew introdotti fit-trattti tal-adeżjoni. L-għan ewlieni tagħhom hu li jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu l-miżuri elenkati b’mod eżawrjenti, meħtieġa għall-adeżjoni, iżda li ġew adottati qabel l-iffirmar tat-trattat u l-atti tal-adeżjoni li daħħlu l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> Komunitarju.</P></NOTE>, <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, il-kontenut u l-effetti ta’ din l-attività normattiva, jidher madankollu b’mod biżżejjed ċar li dawn il-possibbiltajiet huma bla dubju ta’ xejn kemmxejn limitati.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dan il-fenomenu jpoġġini għalhekk quddiem liġi sekondarja tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li tapplika kemm għall-Istati Membri l-qodma kif ukoll għal dawk ġodda tal-Unjoni mingħajr ma’ dawn tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ipparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fl-abbozzar tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Il-karatteristika ewlenija tal-liġi sekondarja maħluqa b’dan il-mod hi li l-Istati Membri l-ġodda ma jistgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jipparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fl-abbozzar tagħha, anki jekk huma l-benefiċjarji ewlenin tagħha. Ċertament, l-atti ta’ adeżjoni minn dejjem raw li tingħata attenzjoni kbira biex jiġu stabbiliti proċeduri speċjali għall-adozzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet u miżuri li għandhom jittieħdu matul il-perijodu qabel l-adeżjoni. L-eżistenza ta’ dawn il-proċeduri, li essenzjalment jikkonferixxu lill-Istati applikanti għas-sħubija dritt sempliċi li jiġu kkonsultati, madankollu ma timpedix il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ta’ dawn għall-adozzjoni ta’ miżuri li ma jkunux ġew aċċettati formalment skont l-<HT TYPE="ITALIC">acquis communautaire</HT>. Ara, f’dan il-każ, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti azzjonijiet u deċiżjonijiet oħra matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, anness għall-Atti ta’ Adeżjoni tal-2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="987" DATE.PUB="20030923">ĠU 2003 L 236 tat-23 ta’ Settembru 2003, p. 987</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-awtorità mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni mid-dispożizzjonijiet bħall-Artikolu 2(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni li jadottaw atti leġiżlattivi sekondarji bejn id-data tal-iffirmar tal-imsemmi Trattat u d-dħul tiegħu fis-seħħ toħloq inugwaljanza fit-trattament bejn żewġ gruppi ta’ Stati Membri, l-ewwel wieħed iffurmat mill-Istati diġà membri fid-data tal-adozzjoni tal-imsemmija atti u li għaldaqstant diġà pparteċipaw fl-abbozzar tagħhom, u t-tieni ffurmat minn Stati li għadhom ma humiex membri u li ma pparteċipawx f’dan l-abbozzar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>F’dan ir-rigward, jista’ jiġi osservat li fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-257/04" PAGE.ECR="II-1545" YEAR="2009">T-257/04, Ġabra p. II-1545</REF.DOC.ECR>, punt 235), il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li r-Repubblika tal-Polonja pparteċipat biss fil-kwalità tagħha ta’ osservatur fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-<DATE ISO="20031110">10 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u s-Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa importanti, f’dan ir-rigward, li jiġi enfasizzat li l-idea ta’ Unjoni tad-dritt, minn issa ’l quddiem il-valur tal-istat tad-dritt, timponi mhux biss rispett għad-drittijiet fundamentali u l-issuġġettar tal-istituzzjonijiet għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mal-karta kostituzzjonali<?PAGE NO="7"?> li jikkostitwixxu t-trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Biex jiġi riprodott wieħed mill-kriterji ta’ Komunità wara ta’ Unjoni tad-dritt imfakkra ta’ spiss mill-Qorti tal-Ġustizzja minn mindu ngħatat is-sentenza, Les Verts vs Il-Parlament (iċċitata iktar ’il fuq, punt 23). Ara, ukoll, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>,Il-Kummissjoni vs BEI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/00" PAGE.ECR="I-7281" YEAR="2003">C-15/00, Ġabra p. I-7281</REF.DOC.ECR>, punt 75); tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, PKK u KNK vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-229/05 P" PAGE.ECR="I-439" YEAR="2007">C-229/05 P, Ġabra p. I-439</REF.DOC.ECR>, punt 109); tat-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2008">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, punt 281), kif ukoll E u F, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 24).</P></NOTE> kif ukoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/00 P" PAGE.ECR="I-6677" YEAR="2002">C-50/00 P, Ġabra p. I-6677</REF.DOC.ECR>, punt 38), u tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-232/05" PAGE.ECR="I-10071" YEAR="2006">C-232/05, Ġabra p. I-10071</REF.DOC.ECR>, punt 57).</P></NOTE>, iżda wkoll il-ħolqien demokratiku tal-liġi sekondarja tal-Unjoni, li timplika l-parteċipazzjoni ugwali tal-Istati Membri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Artikolu 4(2) TFUE.</P></NOTE>, irrispettivament jekk direttament, permezz tal-membri tal-Parlament Ewropew jew permezz tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jew il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara wkoll, f’dan ir-rigward, punt 6 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-411/06" PAGE.ECR="I-7585" YEAR="2006">C-411/06, Ġabra p. I-7585</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jew indirettament fil-kuntest tad-delegazzjoni tal-kompetenzi tal-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Fuq il-bażi tal-Artikolu 202 KE. Huwa biżżejjed, f’dan ir-rigward, li wieħed jirreferi għat-testi li jirregolaw il-komitoloġija: Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124). Ara wkoll ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendat bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="143" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 143, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rrettifikata <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="1999">ĠU C 154, p. 24</REF.DOC.OJ>). Ara, b’mod partikolari, J.-C. Piris, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>La comitologie: vers l’épilogue d’une longue saga<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> f’<HT TYPE="ITALIC">Chemins d’Europe — Mélanges en l’honneur de Jean-Paul Jacqué</HT>, Dalloz, 2010, p. 547; J.-P. Jacqué, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L’éternel retour — Réflexions sur la comitologie<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, f’<HT TYPE="ITALIC">Mélanges en hommage à Jean-Victor Louis</HT>, edizzjonijiet tal-ULB, 2003, p. 211 u K. Lenaerts u A. Verhoeven, <HT TYPE="ITALIC">Towards a Legal Framework for Executive Rule-Making in the EU? The Contribution of the New Comitology Decision</HT>, CMLR, 2000, p. 645.</P></NOTE>, jew, minn issa ’l quddiem, tal-Parlament u tal-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Huwa opportun li jiġi enfasizzat li l-Artikolu 291 TFUE qaleb ta’ taħt fuq l-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-kompetenzi tal-implementazzjoni tagħha. Ara, f’dan ir-rigward, ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implementazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2011">ĠU L 55, p. 13</REF.DOC.OJ>), li jirrevoka d-Deċiżjoni 1999/468, iċċitata iktar ’il fuq. Ara P. Craig, <HT TYPE="ITALIC">Delegated Acts</HT> — <HT TYPE="ITALIC">Implementing acts and the new Comitology Regulation</HT>, European Law Review, 2011, Nru°5, p. 671 u A. Edenharter, <HT TYPE="ITALIC">Die Komitologie nach dem Vertrag von Lissabon: Verschiebung der Einflussmöglichkeiten zugunsten der EU-Kommission</HT>?, Die öffentliche Verwaltung, 2011, p. 645.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu huwa importanti li jiġi enfassizat li n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ Stati Membri futuri fl-abbozzar ta’ atti adottati f’dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi jistgħu ċertament, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali, jiġu leġittimati mil-liġi primarja, jiġifieri, it-Trattat u/jew l-atti tal-adeżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Għandu sempliċement jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-protokolli u l-annessi għal att tal-adeżjoni jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ liġi primarja li, sakemm l-att tal-adeżjoni ma jipprovdix mod ieħor, ma jistgħux jiġu sospiżi, modifikati jew imħassra ħlief skont il-proċeduri stabbiliti għar-reviżjoni tat-trattati oriġinali (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, L-Awstrija vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/00" PAGE.ECR="I-8549" YEAR="2003">C-445/00, Ġabra p. I-8549</REF.DOC.ECR>, punt 62). Il-Qorti Ġenerali, min-naħa tagħha, iddeċidiet li dispożizzjoni f’att ta’ adeżjoni tista’ sservi ta’ bażi ġuridika għall-adozzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, Alpharma vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-70/99" PAGE.ECR="II-3495" YEAR="2002">T-70/99, Ġabra p. II-3495</REF.DOC.ECR>, punti 106 u 107).</P></NOTE>. It-trattati u l-atti jistgħu, ċertament, jistabbilixxu l-ħolqien ta’ dritt maħsub biex japplika għall-Istati Membri kollha, il-ġodda kif ukoll il-qodma, anki jekk meta dawk l-Istati l-Membri ġodda ma setgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jipparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fil-ħolqien tiegħu, kemm-il darba dawn tal-aħħar jagħtu l-kunsens tagħhom billi jiffirmaw u jirratifikaw l-imsemmija trattati u atti.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Din l-aħħar partikolarità tista’ faċilment tiġi aċċettata inkwantu tirriżulta min-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>natura tal-ħaġa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Kif kien iħobb jgħid il-Baruni de la Brède (Montesquieu, <HT TYPE="ITALIC">De l’esprit des lois</HT>, 1748).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-kompitu li jikkonsisti fl-għoti ta’ spjegazzjoni għan-nuqqas ta’ rimedju legali li jippermetti lill-Istati Membri ġodda li jissuġġettaw għall-istħarriġ ġudizzjarju l-atti adottati fit-tali kundizzjonijiet huwa ferm iktar diffiċli.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Huwa car li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>imminenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> bl-ebda mod ma jistgħu jikkontribixxu għall-ħolqien tal-liġi tal-Unjoni, jekk mhux permezz tal-preżenza tar-rappreżentanti tagħhom fi ħdan il-Kunsill, sakemm huma ma jsirux effettivament membri tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-inugwaljanza quddiem it-Trattati inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex madankollu din, iżda hija dik li tirriżulta mill-fatt li l-Istati Membri l-ġodda ma jistgħux jeżerċitaw, bl-istess kundizzjonijiet tal-Istati Membri l-qodma, ir-rimedji legali kontra l-atti hekk adottati kull darba li t-terminu<?PAGE NO="8"?> għall-preżentata ta’ rikors kontra dawn tal-aħħar jiskadi fid-data li fiha huma effettivament isiru Stati Membri, minħabba s-sempliċi fatt tad-data tal-pubblikazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Id-dritt għal rikors, li jiddependi għalhekk fuq iċ-ċirkustanza kontinġenti li hija d-data tal-pubblikazzjoni tal-att, hu għalhekk suġġett għall-fortuna.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, wieħed irid jitlaq mill-prinċipju, issa stabbilit fl-Artikolu 4 (2) TUE li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>l-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri fir-rigward tat-trattati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jeskludi, fil-każijiet kollha, inugwaljanzi mhux iġġustifikati bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Hawn ta’ min ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tirrifjuta l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ att ta’ adeżjoni proposta minn Stat Membru ġdid bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>li jwassal għal konsegwenzi mhux aċċettabbli mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ ċerti regoli komuni essenzjali għall-funzjonament tas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="19790329">29 ta’ Marzu 1979</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar ’il fuq, punt 9).</P></NOTE>. Issa, ma huwiex diffiċli li tinstab ġustifikazzjoni għall-inugwaljanza li tirriżulta mill-fatt li Stat, li għandu bħal kull Stat Membru ieħor josserva att, isib ruħu, fil-konfront tal-istess att, biss b’relazzjoni ta’ aċċettazzjoni sempliċi, bl-esklużjoni ta’ kull ħaġa oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawza prinċipali, l-Istati Membri l-qodma kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>pparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fl-abbozzar tal-atti adottati fit-tali kundizzjonijiet, b’xi mod jew b’ieħor, u huma jistgħu, bħala tali, direttament jaġixxu ġudizzjarjament kontra dawn l-atti abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 230 KE, b’osservanza tat-termini previsti fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, bħala rikorrenti privileġġjati. L-Istati Membri l-ġodda, min-naħa l-oħra, li neċessarjament iċċaħħdu minn kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fl-abbozzar ta’ dawn l-atti, huma bl-istess mod imċaħħda minn kull tip ta’ azzjoni, bħala tali, kontra dawn tal-aħħar. Drabi oħra, kien intuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ukase<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> biex jiddeskrivi l-atti adottati u applikati f’tali kundizzjonijiet. Issa, att li għandu sempliċement jiġi obdut għandu jitqies bħala strutturalment mhux relatat mal-idea ta’ Unjoni ta’ dritt. Jekk, f’termini ġenerali ħafna, il-parteċipazzjoni fl-abbozzar ta’ att ma tistax tiġi ggarantita lill-Istati Membri destinatarji kollha, l-idea oriġinali ta’ liġi tal-Unjoni tipprekludi li jiġi eskluż kwalunkwe rimedju legali kontra l-imsemmi att.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ċertament, bħala regola ġenerali, ma hemmx diffikultà kbira li jiġi aċċettat li t-trattati u l-atti tal-adeżjoni jistabbilixxu espressament dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rimedji legali, jew saħansitra, f’ċerti limiti, restrizzjonijiet għall-imsemmija rimedji legali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-idea ta’ Unjoni ta’ dritt timplika, min-naħa l-oħra, għall-inqas fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espressa tad-dritt primarju, li mhux possibbli li jiċċaħħad id-dritt ta’ appell lill-Istati Membri ġodda destinatarji tal-atti adottati bejn id-data tal-iffirmar u d-data tad-dħul fis-seħħ tat-trattati u tal-atti li jippermettu l-adeżjoni ta’ dawn l-Istati. Din timplika li l-imsemmija Stati Membri għandhom, f’din il-kapaċita’ u mill-mument li huma jiksbu din il-kapaċità, il-possibbiltà li jattakkaw, fi żmien raġonevoli, il-liġi sekondarja maħsuba biex tapplika għal Unjoni estiża li huma kienu kkontribwixxew biex joħolqu.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma għandu jkollhom din il-possibbiltà bħala Stati Membri, u mhux bħala sempliċi persuni ġuridiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidietha fir-rigwrd tal-leġittimazzjoni attiva tal-Parlament, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>sistema<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>inadattata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>għal rikors għal annullament ta’ Stat Membru (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19900522">22 ta’ Mejju 1990</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/88" PAGE.ECR="I-2041" YEAR="1990">C-70/88, Ġabra p. I-2041</REF.DOC.ECR>, punt 14).</P></NOTE> jew bħala Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, u fl-ewwel lok, hija fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>imminenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li huma jintlaqtu minn dawn l-atti u mhux fil-kwalità ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ Stati terzi, u hija fil-kwalità tagħhom ta’ Stati Membri u bil-kundizzjoni li jkunu effettivament saru Stati Membri li dawn l-atti japplikaw għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Dwar dan il-punt, ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Eurostock (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-477/98" PAGE.ECR="I-10695" YEAR="2000">C-477/98, Ġabra p. I-10695</REF.DOC.ECR>, punt 58), kif ukoll tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Denkavit Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/09" PAGE.ECR="I-5517" YEAR="2011">C-346/09, Ġabra p. I-5517</REF.DOC.ECR>, punti 65 u 66).</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-atti jikkonċernawhom ukoll b’mod kostituttiv bħala Stati Membri u hija f’din il-kwalità li dawn jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji legali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u fit-tieni lok, l-imsemmija Stati Membri ġodda għandu jkollhom dritt għal rikors fis-sens tal-Artikolu 230 KE taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-Istati Membri l-oħra, kundizzjonijiet li dawn tal-aħħar igawdu għaliex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ipparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-ħolqien ta’ dan id-dritt fuq l-istess livell tal-Istati Membri l-qodma. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li mhix koinċidenza li l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19790712">12 ta’ Lulju 1979</DATE>, L-Italja vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="166/78" PAGE.ECR="2575" YEAR="1979">166/78, Ġabra p. 2575</REF.DOC.ECR>, punti 5 u 6), kif ukoll tat-<DATE ISO="19880223">23 ta’ Frar 1988</DATE>, Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="131/86" PAGE.ECR="905" YEAR="1988">131/86, Ġabra p. 905</REF.DOC.ECR>, punt 6).</P></NOTE>, l-istess bħall-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Nizza.</P></NOTE>, bħall-Kunsill u bħall-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19870326">26 ta’ Marzu 1987</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="45/86" PAGE.ECR="1493" YEAR="1987">45/86, Ġabra p. 1493</REF.DOC.ECR>, punt 3), kif ukoll tal-<DATE ISO="20030121">21 ta’ Jannar 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-378/00" PAGE.ECR="I-937" YEAR="2003">C-378/00, Ġabra p. I-937</REF.DOC.ECR>, punt 28).</P></NOTE>, jibbenefikaw, abbażi tal-formula stabbilita mid-dutturina, mill-istatus ta’ rikorrenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>privileġġjati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk, interpretazzjoni tal-Artikolu 230 KE li twassal biex ir-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Polonja kontra r-Regolament Nru 60/2004 jiġi ddikjarat bħala inammissibbli sempliċement għaliex ġie introdott wara t-terminu ta’ xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, għandha titqies bħala li tmur kontra l-valur tal-istat tad-dritt u kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Wieħed irid iżid, f’dan ir-rigward, li d-dritt għal rikors li għandu jiġi rrikonoxxut lil Stat Membru ġdid fis-sitwazzjoni bħal ma hija dik tar-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tar-Regolament Nru 60/2004 ma jistax jiġi kkwalifikat fuq il-bażi tas-sentenza tat-<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-299/05" PAGE.ECR="I-8695" YEAR="2007">C-299/05, Ġabra p. I-8695</REF.DOC.ECR>, punti 29 u 30), fejn il-Qorti Ġenerali applikat fis-sentenza tagħha Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 69 sa 73), suġġetta għal appell fil-kawża Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (C-335/09 P), iċċitata iktar ’il fuq. Tali dritt għal rikors ma jistax, fil-fatt, jiddependi fuq in-natura kontinġenti ta’ xi tibdiliet li saru mill-istituzzjonijiet għall-azzjonijiet tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jintlaqa’ l-argument imressaq mir-Repubblika tal-Polonja fil-kuntest tat-tieni u t-tielet aggravju tagħha, u, mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-aggravji l-oħra, id-digriet ikkontestat għandu jiġi annullat.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għad hemm il-ħtieġa li tiġi eżaminata l-kwistjoni, mhux insinjifikattiva, dwar is-soluzzjonijiet li huma għalhekk possibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrimedja l-preġudizzju li interpretazzjoni tat-trattati, li teskludi d-dritt għal rikors ta’ Stat Membru ġdid kontra atti adottati u ppubblikati bejn id-data tal-iffirmar u d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat u tal-att li jistabbilixxi d-dħul tiegħu, tista’ toħloq fil-konfront tal-valur tal-Istat tad-dritt u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem t-trattati u d-dritt privileġġjat ta’ rikors ta’ Stat Membru f’sitwazzjoni simili għal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Punti 54 sa 60.</P></NOTE>, żewġ metodi jistgħu jiġu adottati, l-ewwel wieħed <HT TYPE="ITALIC">praeter legem</HT> u t-tieni <HT TYPE="ITALIC">secundum legem</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Filwaqt li għandu jiġi rrikonoxxut li l-ewwel metodu jista’ jiġi esplorat mill-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-linja tal-proposta fformulata fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-punt 59. Peress illi l-Istat Membru l-ġdid kien affettwat mill-att Komunitarju biss taħt il-kundizzjoni u b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat u tal-Att tal-Adeżjoni, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors, previst fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 230 KE, ma jistax jibda jiddekorri qabel dan id-dħul fis-seħħ.</P></NOTE>, jien madankollu favur it-tieni metodu, favur interpretazzjoni bbażata fuq l-ispirtu u s-sistema tat-trattati, fuq il-linja tas-sentenzi li permezz tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-leġittimità passiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza Les Verts vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq (punti 23 sa 26).</P></NOTE> u wara l-leġittimita attiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19900522">22 ta’ Mejju 1990</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq (punti 11 sa 27).</P></NOTE> tal-Parlament Ewropew.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar illi, fis-sentenza tagħha Les Verts vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha quddiemha kwistjoni dwar jekk l-atti adottati mill-Parlament setgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament abbażi tal-Artikolu 173 tat-Trattat KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ex Artikolu 230 KE, li sar l-Artikolu 263 TFUE.</P></NOTE>, minkejja li din id-dispożizzjoni, f’dak iż-żmien, kienet issemmi biss l-atti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fuq il-bazi tal-idea ta’ Komunità ta’ dritt u li tqis lit-trattati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>karta kostituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li interpretazzjoni tal-Artikolu 173 tat-Trattat KEE li kienet teskludi l-atti tal-Parlament adottati fl-isfera tat-Trattati ta’ dawk li jistgħu jiġu kkontestati tista’ twassal għal riżultat kuntrarju kemm għall-ispirtu tat-Trattat, kif jistabbilixxi l-Artikolu 164 tat-Trattat KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ex Artikolu 220 KE, dispożizzjoni li issa hija riprodotta fl-Artikolu 19 TUE.</P></NOTE>, kif ukoll għas-sistema tiegħu, sa fejn, b’mod partikolari, tali atti jistgħu jidħlu fuq il-kompetenzi tal-Istati Membri jew ta’ istituzzjonijiet oħra jew jistgħu jaqbżu l-limiti tal-kompetenzi tal-awtur tagħhom mingħajr ma tkun miftuħa l-possibbiltà’ li dawn jiġu suġġetti għall-istħarriġ tagħha. Hija kkonkludiet fuq dan il-punt, fuq il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mancini<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara l-punti 6 u 7 tal-konklużjonijiet tal-kawża li wasslet għas-sentenza Les Verts vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>, li r-rikorsi għall-annullament intiżi kontra l-atti tal-Parlament kienu ammissibbli, sakemm dawn kienu maħsuba sabiex jipproduċu effett ġuridiku fir-rigward ta’ terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif fakkar l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-punt 27 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Punt 55.</P></NOTE>, minkejja l-fatt li l-Parlament ma kellux dritt li jressaq rikors għal annullament taħt l-Artikolu 173 KEE jew taħt l-Artikolu 146 KEEA, il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li qieset li l-inkarigu fdat lilha bl-Artikolu 164 tat-Trattat KEE kien impona fuqha l-ħtieġa li tiżgura ż-żamma tal-bilanċ istituzzjonali maħluq mit-trattati u, bħala konsegwenza, sabiex tiżgura li jkun hemm stħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-prerogattivi tal-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat, taħt kundizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ir-rikors kien ammissibbli biss sa fejn kien intiż li jissalvagwardja l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u sa fejn kien ibbażat fuq motivi mnissla mill-ksur ta’ dawn tal-aħħar.</P></NOTE>, l-ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament ta’ din l-istituzzjoni kontra att tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, biex b’hekk marret lil hinn mill-ġurisprudenza inizjali tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet, fil-fatt, ikkonstatat, fis-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="302/87" PAGE.ECR="5615" YEAR="1988">302/87, Ġabra p. 5615</REF.DOC.ECR>, punti 26 sa 28), li, fl-istat tat-testi applikabbli dak in-nhar, ma kienx possibbli li jiġi rrikonoxxut il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-Parlament, kuntrarjament għal dak li kien ikkonkluda l-Avukat Ġenerali Darmon.</P></NOTE>. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>lakuna proċedurali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, ikkostitwita min-nuqqas ta’ dispożizzjoni li tistabbilixxi d-dritt għal rikors tal-Parlament, ma setgħetx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tmur kontra l-interess fundamentali marbut maż-żamma u mal-osservanza ta’ dan il-bilanċ istituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19900522">22 ta’ Mejju 1990</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, fiż-żewġ każijiet, ippreferiet l-interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">praeter legem</HT> tat-trattati meta ma kienx possibbli li jiġi ggarantit b’mod ieħor id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li huwa komponent essenzjali ta’ Unjoni ta’ dritt, peress illi l-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuni kollha fir-rigward tal-atti tal-Parlament intiżi biex jipproduċu effetti ġuridiċi fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar fl-ewwel każ u d-dritt għal rikors tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-atti tal-istituzzjonijiet l-oħra jippreġudikaw il-prerogattivi tiegħu u għalhekk il-bilanċ istituzzjonali fit-tieni każ.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ saħansitra jżid li l-interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">praeter legem</HT> hija partikolarment valida kull darba li tkun l-unika risposta valida għal kwistjoni, li ma tkunx prevista bit-trattati, li tqiegħed radikalment inkwistjoni wieħed mill-valuri tal-Unjoni bħalma huma dawk elenkati fl-Artikolu 2 TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>V. Constantinesco, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>The ECJ as a Law-Maker: <HT TYPE="ITALIC">praeter aut contra legem</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, f’D. O’Keefe (ed.), <HT TYPE="ITALIC">Judicial Review in European Union Law</HT>, <HT TYPE="ITALIC">Liber Amicorum in Honour of Lord Slynn of Hadley</HT>, Kluwer Law International, 2000, p. 73.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-trattati, flimkien mal-valur tal-Istat tad-dritt, jitlob li jiġi rrikonoxxut lill-Istati Membri ġodda d-dritt għal rikors kontra l-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawza prinċipali. Fid-dawl tar-rekwiziti taċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi, dan id-dritt għal rikors għandu, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi oħra u b’analoġija mad-dispożizzjonijiet tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, għandu jkun is-suġġett ta’ terminu previst f’din l-aħħar dispożizzjoni u jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi Trattat ta’ Adeżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dwar ir-rikors kontra r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ jew tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji biex tagħti deċiżjoni definittiva dwar l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20030515">15 ta’ Mejju 2003</DATE>, Pitsiorlas vs Il-Kunsill u Il-BCE (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-193/01 P" PAGE.ECR="I-4837" YEAR="2003">C-193/01 P, Ġabra p. I-4837</REF.DOC.ECR>, punt 32); tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/06 P" PAGE.ECR="I-5829" YEAR="2008">C-521/06 P, Ġabra p. I-5829</REF.DOC.ECR>, punt 66); tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, 3F vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/07 P" PAGE.ECR="I-5963" YEAR="2009">C-319/07 P, Ġabra p. I-5963</REF.DOC.ECR>, punt 99), kif ukoll tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, NDSHT vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/09 P" PAGE.ECR="I-11911" YEAR="2010">C-322/09 P, Ġabra p. I-11911</REF.DOC.ECR>, punti 65 u 66).</P></NOTE>, dan ma huwiex madankollu l-każ f’dak li jirrigwarda l-eżami fil-mertu tar-rikors tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Huwa ċar mill-iżviluppi li ppreċedew illi r-rikors tar-Repubblika tal-Polonja, li ġie ppreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>, ma kienx tardiv, li, għalhekk, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni, fil-kuntest tiegħu din tal-aħħar invokat biss id-dekadenza, għandha tinċaħad u li r-rikors tar-Repubblika tal-Polonja għandu għalhekk jiġi ddikjarat bħala ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-merti tar-rikors kontra r-Regolament Nru 60/2004, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u tikkonstatat formalment l-annullament tal-Artikolu 5, tal-Artikolu 6(1) sa (3), tal-Artikolu 7(1), kif ukoll tal-Artikolu 8(2)(a) tal-imsemmi regolament. Hija tikkunsidra, fil-fatt, li l-kawża hija lesta biex tiġi deċiza b’mod definittiv, filwaqt li tinvoka, f’dan ir-rigward, il-koinċidenza bejn l-ilmenti mqajma f’din il-kawza u dawk imqajma fil-kawża li wasslet għas-sentenza Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Hi tippreċiża wkoll li hija ser integralment iżżomm il-motivi kollha ppreżentati f’dan ir-rigward, kemm fir-rikors kif ukoll fir-replika tagħha, fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minħabba li l-Qorti Ġenerali ċaħdet kompletament bħala inammissibbli r-rikors kontra r-Regolament Nru 60/2004, mingħajr ma eżaminat il-motivi mqajma mir-Repubblika tal-Polonja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/09 P" PAGE.ECR="I-13275" YEAR="2010">C-362/09 P, Ġabra p. I-13275</REF.DOC.ECR>, punt 79); tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, L-Isvezja vs My Travel u Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-506/08 P" PAGE.ECR="I-6237" YEAR="2011">C-506/08 P, Ġabra p. I-6237</REF.DOC.ECR>, punt 126), kif ukoll tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/10 P+C-475/10 P" PAGE.ECR="I-9639" YEAR="2011">C-463/10 P u C-475/10 P, Ġabra p. I-9639</REF.DOC.ECR>, punti 81 u 82).</P></NOTE>, din il-kawża għandha, bħala konsegwenza, tiġi rrinvjata lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-konklużjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja intiżi għall-annullament tar-Regolament Nru 60/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Il-fatt li l-Qorti Ġenerali diġà kellha l-okkażjoni li tesprimi ruħha dwar il-validità tar-Regolament Nru 60/2004/KE fil-kuntest tal-eċċezzjoni tal-illegalità’ f’kawża oħra [fil-kawża, is-sentenza tat-<DATE ISO="20091002">2 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Ċipru vs Il-Kummissjoni (T-300/05 u T-316/05, punti 43 sa 153)] ma jistax, minkejja l-prossimità ta’ ċerti motivi u tal-argumenti mqajma, jibdel din il-konklużjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Nipproponi, għalhekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi illi:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-258/04), huwa annullat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea hija miċħuda.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kawża għandha tiġi rrinvjata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq il-konklużjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja intiżi għall-annullament tal-Artikolu 5, tal-Artikolu 6(1) sa (3), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni<?PAGE NO="12"?> Nru 60/2004/KE, tal-<DATE ISO="20040114">14 ta’ Jannar 2004</DATE>, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-ispejjeż huma rriżervati.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>