European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2688

14.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2688

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/2152 (2) li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Is-Sur Antonio DECARO nħatar bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Mejju 2024. Konsegwentement, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Roberto GUALTIERI, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Sindaco del Comune di Roma Capitale (Sindku ta’ Roma Capitale), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Roberto GUALTIERI, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Sindaco del Comune di Roma Capitale (Sindku ta’ Roma Capitale), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2371/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2152 tad-9 ta’ Ottubru 2023 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L, 2023/2152, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2152/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2688/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)