<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑679/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0679</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:40">EU:C:2017:40</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>lgrcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170125">25.1.2017</DATE> – KAWŻA C-679/15</P><P>ULTRA-BRAG</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Ħolqien ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ debitur</KEYWORD><KEYWORD>Impjegat ta’ persuna ġuridika li minnha toriġina l-introduzzjoni irregolari</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-679/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (tribunal tal-finanzji ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ultra-Brag AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Lörrach,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt kif ukoll M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 202(3) u tal-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima ben Ultra-Brag G, impriża ta’ loġistika, li toffri b’mod partikolari servizzi ta’ trasport fl-ilmijiet interni Ewropej, u l-Hauptzollamt Lörrach (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Lörrach, il-Ġermanja) fir-rigward tal-ħlas ta’ dejn doganali li ġie fis-seħħ minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Doganali tħassar mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) tal-Kodiċi doganali kien jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titwassal mill-persuna li ddaħħalha fil-Komunità mingħajr dewmien, mir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skond l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fl-uffiċċju doganali nominat mill-awtoritajiet doganali jew f’xi post ieħor nominat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet; jew,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-imsemmi kodiċi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li ġabitha f’dak it-territorju jew, jekk xieraq, mill-persuna li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija wara li tkun hekk daħlet, ħlief merkanzija trasportata b’mezzi ta’ trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta’ l-arja tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f’dan it-territorju. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel riferiment għad-dikjarazzjoni fil-qosor jew għad-dikjarazzjoni doganali li kienet ġiet preżentata qabel fir-rigward tal-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(1) tal-Kodiċi doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Merkanziji tal-Komunità li, wara li jkunu ġew esportati mit-territorju doganali tal-Komunità, jiġiebu lura f’dak it-territorju u jinħelsu għal ċirkolazzjoni libera fi żmien tliet snin għandhom, fuq it-talba tal-persuna interessata, jingħataw eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 202 tal-istess kodiċi kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="202.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><P>Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, introduzzjoni kontra l-liġi tfisser kull introduzzjoni li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 177.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="202.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jiġu introdotti kontra l-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="202.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-debituri għandhom ikunu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-persuna li tkun introduċiet dawk l-merkanziji kontra l-liġi,</P></ITEM><ITEM><P>kull persuna li tkun ipparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi tal-merkanziji u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li tali introduzzjoni kienet kontra l-liġi, u</P></ITEM><ITEM><P>kull persuna li akkwistat jew żammet il-merkanziji konċernati u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf fil-ħin li akkwistat jew irċeviet il-merkanziji li dawn kienu ġew introdotti kontra l-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fejn il-liġijiet tad-dwana jipprovdu għal trattament favorevoli ta’ tariffa fuq l-oġġetti għar-raġuni tan-natura jew l-użu aħħari jew għal solliev jew eżenzjoni totali jew parzjali tad-dazji ta’ importazzjoni jew esportazzjoni skond l-Artikoli 21, 82, 145 jew 184 sa 187, dan it-trattament favorevoli ta’ tariffa, solliev jew eżenzjoni għandu wkoll japplika għall-każi fejn dejn mad-dwana jintefaq skond l-Artikoli 202 sa 205, 210 jew 211, bil-kondizzjoni li l-imġiba tal-persuna interessata ma tinvolvi la negozju frawdulenti u lanqas negliġenza fid-dieher u li tipproduċi xiehda li l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni ta’ trattament favorevoli kienu sodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100525">25 ta’ Mejju 2010</DATE>, Ultra-Brag esportat, b’mezz fluvjali, mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn Brisfelden (l-Isvizzera), żewġ transformers kif ukoll żewġ settijiet ta’ żewġ rollers.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Meta f’din l-istess data tal-<DATE ISO="20100525">25 ta’ Mejju 2010</DATE> ġie informat bil-ħsara fil-bastiment li l-għada kellu jgħabbi turbina fi Strasbourg (Franza) sabiex din tiġi ttrasportata lejn Antwerpen (il-Belġju), impjegat ta’ Ultra-Brag, speċjalist fit-trasport ta’ merkanzija tqila u li kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ responsabbli għall-affarijiet marbuta mal-esportazzjoni, iddeċieda li jibgħat hemmhekk il-bastiment li ttrasporta ż-żewġ transformers u ż-żewġ settijiet ta’ rollers mingħajr ma wieħed mit-transformers u ż-żewġ rollers tiegħu ma kienu tħattew. F’dan ir-rigward, qabel kollox huwa informa ruħu, mill-awtoritajiet doganali Svizzeri, dwar il-formalitajiet meħtieġa biex ikun jista’ jagħmel dan. Dawn l-awtoritajiet kienu informawh li esportazzjoni mill-ġdid fl-Unjoni matul perijodu qasir ma kinitx toħloq problemi, iżda li kien ikun xieraq li l-awtoritajiet Ġermaniżi jiġu informati dwar dan. Wara ħsara fil-karozza, dan l-impjegat ma rnexxilux jinforma lil dawn tal-aħħar qabel il-ħin ta’ għeluq tal-uffiċċju tad-dwana Ġermaniż kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Sabiex it-tagħbija tat-turbina fi Strasbourg issir fit-termini ta’ żmien stabbiliti, filgħaxija tal-<DATE ISO="20100525">25 ta’ Mejju 2010</DATE>, l-imsemmi impjegat informa l-bdot tal-bastiment li huwa kellu jitlaq lejn din id-destinazzjoni bit-transformer u ż-żewġ rollers. Din il-merkanzija ma ġietx ippreżentata lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi mal-qsim tal-fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>, l-impjegat ikkuntattja lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-bastiment wasal fil-port ta’ Basel (l-Isvizzera) fejn ħadt it-transformer u ż-żewġ rollers, filwaqt li t-turbina baqgħet abbord sabiex tiġi ttrasportata lejn Antwerpen. Għalhekk l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi kkonstataw il-preżenza tat-transformer u ż-żewġ rollers fuq il-bastiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż ta’ dazju fuq l-importazzjoni tad-<DATE ISO="20100809">9 ta’ Awwissu 2010</DATE>, l-uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Lörrach talab dazji doganali lil Ultra‑Brag li kienu jammontaw għal Eur <FT TYPE="DECIMAL">122470.07</FT> mingħajr ma identifika debituri oħrajn minbarra hi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li l-ilment tagħha ġie miċħud, Ultra-Brag ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Baden-Württemberg (tribunal tal-finanzji ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja). Hija sostniet li ma kienx hemm lok li jiġu applikati dazji fuq l-importazzjoni peress li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fl-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali kienu sodisfatti. Hija sostniet li ma wettqet la negliġenza manifesta, inkwantu fdat l-eżekuzzjoni tal-formalitajiet doganali lil kollaboratur ikkwalifikat, u lanqas nuqqas tal-obbligi ta’ sorveljanza li bihom kien marbut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li persuna li timpjega tista’ titqies li hija debitur ta’ dejn doganali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi, jekk ikun jista’ jitqies li l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija hija dovuta għall-aġir tagħha, bil-kundizzjoni li dan l-aġir ikun simili għal introduzzjoni irregolari min-naħa tal-istess persuna li timpjega. Hija tosserva li l-kwistjoni dwar fuq liema bażi l-aġir ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, għandu jiġi eżaminat għadha ma ġietx deċiża, b’mod partikolari fir-rigward tal-punt dwar jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni biss l-aġir tal-korpi tal-persuna ġuridika jew jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-aġir ta’ wieħed mill-kollaboraturi tagħha li huma l-kawża diretta tal-introduzzjoni irregolari, sa fejn dan il-kollaboratur huwa responsabbli mit-trasport tal-merkanzija fi ħdan il-persuna ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-parteċipazzjon ta’ Ultra-Brag fl-introduzzjoni irregolar tal-merkanzija, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali, b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-element suġġettiv meħtieġ minn din id-dispożizzjoni hekk kif jirriżulta mill-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li [l-introduzzjoni] kienet kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Fil-fehma tagħha, sabiex tevalwa dan l-element suġġettiv, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk il-kwistjoni għandhiex tiġi ttrattata mill-perspettiva tal-impjegat ta’ Ultra‑Brag jew ta’ wieħed mill-korpi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tqis li għandu jiġi eżaminat jekk il-kundizzjoni li tirrigwarda l-assenza ta’ negliġenza manifesta, sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 212a tal-imsemmi kodiċi, hijiex sodisfatta, fejn tali evalwazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-aġir tal-impjegat li effettivament intervjena fl-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg (qorti tal-finanzi ta’ Baden-Württemberg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel it-tliet domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika ssir debitriċi tad-dejn doganali bħala persuna li wettqet l-introduzzjoni, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali, meta wieħed mill-impjegati tagħha – li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha – li aġixxa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, ikkaġuna l-introduzzjoni kontra l-liġi?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>It-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna ġuridika tkun ipparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi (anki) meta wieħed mill-impjegati tagħha – li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha – li aġixxa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu kien involut f’din l-introduzzjoni kontra l-liġi u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ persuni ġuridiċi li jkunu pparteċipaw fl-introduzzjoni kontra l-liġi, l-element suġġettiv li jikkundizzjona l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni – ’li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf’ – għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-persuna fiżika responsabbli mill-operazzjoni inkwistjoni fl-entità li tikkostitwixxi l-persuna ġuridika, anki jekk ma hijiex ir-rappreżentant legali ta’ din il-persuna ġuridika?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:</TXT><P>L-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-aġir tal-persuna li pparteċipat fl-introduzzjoni kontra l-liġi jinvolvix ingann jew traskuraġni manifesta, hemm lok, fil-każ ta’ persuna ġuridika, li ssir referenza biss għall-persuna ġuridika jew għall-korpi tagħha jew għandu jiġi attribwit fir-rigward tagħha, l-aġir ta’ persuna fiżika impjegata magħha u li kienet responsabbli mill-operazzjoni inkwistjoni fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li, konformement mal-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi doganali, dejn doganali jirriżulta f’każ ta’ introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija.Skont din l-istess dispożizzjoni, introduzzjoni ta’ merkanzija għandha titqies li hija irregolari jekk ma tkunx ġiet ippreżentata fid-dwana konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 38 sa 41 tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 202(3) tal-istess kodiċi għandhom bħala għan li jiddefinixxu d-debituri tad-dejn doganali li rriżulta minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, u dan fl-interess ġenerali ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, it-tliet inċiżi tal-Artikolu 202(3) ta’ dan il-kodiċi jiddeskrivu l-implikazzjoni tal-persuna li għandha titqies li hija d-debitur minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fl-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija. L-ewwel inċiż għalhekk jindika bħala debitur il-persuna li wettqet l-introduzzjoni irregolari, jiġifieri dik li suppost kellha tmexxi l-operazzjonijiet ta’ ħelsien mid-dwana u tissodisfa l-obbligi tad-dikjarant fid-dwana. It-tieni u t-tielet inċiżi jindikaw il-persuni li, minkejja li ma għandhomx obbligu jipproċedu għall-operazzjonijiet ta’ ħelsien mid-dwana skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi kodiċi, kienu madankollu implikati fl-introduzzjoni irregolari jew qabel, jew immedjatament wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, ta lok għall-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tistax titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minħabba din l-introduzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabel kollox, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 202(3) ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jiddefinixxi b’mod wiesa’ l-persuni li jistgħu jitqiesu li huma debituri tad-dejn doganali, fil-każ ta’ introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni u li huwa kellu wkoll l-intenzjoni li jiffissa b’mod komplet il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-persuni debituri tad-dejn doganali (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Ulustrans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:551">EU:C:2004:551</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Jestel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:752">EU:C:2011:752</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>persuna<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li għaliha hija dovuta l-introduzzjoni irregolari, mingħajr ma jispeċifika jekk hijiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. Għaldaqstant, kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>persuna<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tista’ titqies bħala debitur tad-dejn doganali, jiġifieri dik li għandha titqies li, minħabba l-aġir tagħha, tat lok għall-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Ulustrans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:551">EU:C:2004:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Papismedov <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> , <NO.CASE>C‑195/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:131">EU:C:2005:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal deċiżjoni preliminari, l-introduzzjoni ta’ merkanzija fit-territorju tal-Unjoni twettqet mill-bdot tal-bastiment li kien qed jittrasportaha lejn port fluvjali li kien jinsab f’dan it-territorju, fuq ordni tal-persuna responsabbli mill-affarijiet marbuta mal-esportazzjoni fi ħdan l-impriża li timpjega lit-tnejn. Dan il-bdot huwa l-persuna li kellha, konformement mal-Artikolu 40 tal-Kodiċi doganali, tippreżenta l-merkanzija fid-dwana billi jsemmi d-dikjarazzjoni fil-qosor jew id-dikjarazzjoni doganali prevista f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ġaladarba ma pproċediex b’dan il-mod, il-bdot tal-bastiment wettaq introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, li, fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi, jagħmlu debitur tad-dejn doganali li rriżulta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iċ-ċirkustanza li impjegat jintroduċi merkanzija b’mod irregolari fit-territorju doganali tal-Unjoni ma tistax titqies li hija suffiċjenti biex jiġi eskluż li l-persuna fiżika jew ġuridika li timpjega ma tistax titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minn din l-introduzzjoni irregolari skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-istess kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li, meta, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, impjegat iwettaq introduzzjoni irregolari filwaqt li josserva l-qafas tal-inkarigu li jkun ġie fdat lilu mill-persuna li timpjegah u filwaqt li jeżegwixxi l-ordnijiet li jkunu ngħatawlu, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet tiegħu, l-ewwel impjegat jaġixxi fil-kuntest tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, meta l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni ssir minn impjegat f’isem u għall-persuna li timpjegah, din tal-aħħar għandha titqies li hija l-persuna li, bl-aġir tagħha, hija responsabbli għal din l-introduzzjoni irregolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Ulustrans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:551">EU:C:2004:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna li timpjega għandha titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija, b’applikazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li la l-impjegat li wettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija u lanqas l-impjegat ta’ fuqu li taħt l-ordnijiet tiegħu ikun aġixxa ma huma r-rappreżentant legali tal-persuna ġuridika li timpjegahom ma jistax ikollha effett fuq din il-konklużjoni, peress li l-implementazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi fir-rigward tal-persuna li timpjega l-impjegat li wettaq l-introduzzjoni irregolari ma tirrikjedi ebda kundizzjoni oħra minbarra dik li din il-persuna li timpjega għandha jkollha l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>persuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunserazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, iwettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tista’ titqies li hija d-debitur tad-dejn doganali li nħoloq minħabba din l-introduzzjoni, meta dan l-impjegat introduċa l-merkanzija inkwistjoni billi osserva l-qafas tal-inkarigu fdat lilu mill-persuna li timpjegah u billi eżegwixxa l-ordnijiet mogħtija, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet speċifiċi tiegħu, u b’hekk aġixxa fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata fir-rigward tal-persuna li timpjega, persuna ġuridika, manuvra frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux isir biss riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu wkoll jiġi imputat lilha l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati ta’ din il-persuna ġuridika, li kienu inkarigati bl-introduzzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-kuntest tal-funzjonijet rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 212a tal-imsemmi kodiċi, it-trattament tarrifarju favorevoli, il-ħelsien jew l-eżenzjoni totali jew parzjali ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew ta’ dazji fuq l-esportazzjoni previsti mil-leġiżlazzjoni doganali għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet fejn jinħoloq dejn doganali skont l-Artikoli 202 sa 205 tal-istess kodiċi meta l-aġir tal-persuna interessata ma jinvolvi la manuvra frawdolenti u lanqas negliġenza manifesta u li din tal-aħħar tipprovdi l-prova li l-ġew issodisfati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tat-trattament favorevoli, tal-ħelsien jew tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>persuna interessata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali, għandu jinftiehem, fid-dawl tal-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, bħala riferiment għal kull persuna, fiżika jew ġuridika, li titqies bħala debitur ta’ dejn doganali skont wieħed mill-Artikoli 202 sa 205 tal-imsemmi kodiċi, b’mod partikolari minħabba l-fatt li permezz tal-aġir tagħha din il-persuna wettqet l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, ma għandux isir biss riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-fatt li l-persuni impjegati inkwistjoni ma humiex korpi jew rappreżentanti legali tal-persuna ġuridika li timpjegahom huwa mingħajr effett fuq il-konklużjoni li, fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, l-eżistenza ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, għandha tiġi evalwata billi jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-aġir ta’ dawn l-impjegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata, min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, miżura frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux biss isir riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda<?PAGE NO="8"?> għandu jiġi attribwit lilha wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, iwettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tista’ titqies li hija d-debitur tad-dejn doganali li nħoloq minħabba din l-introduzzjoni, meta dan l-impjegat introduċa l-merkanzija inkwistjoni billi osserva l-qafas tal-inkarigu fdat lilu mill-persuna li timpjegah u billi eżegwixxa l-ordnijiet mogħtija, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet speċifiċi tiegħu, u b’hekk aġixxa fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 212a tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata, min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, miżura frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux biss isir riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu jiġi attribwit lilha wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>