31998R1764



Official Journal L 223 , 11/08/1998 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/98

ta’ l-10 ta’ Awissu 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 f’dak illi jirrigwarda l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1589/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 12(4) tiegħu,

Billi l-Awstralja u New Zealand ħatru aġenziji ta’ ħruġ ġodda għad-dokumenti ta’ oriġini; billi l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2526/95 [4], għandu jiġi emendat kif xieraq; billi l-ħatra mill-Awstralja ta’ l-aġenzija l-ġdida ta’ ħruġ hija effettiva mill-1 ta’ Lulju 1998, huwa xieraq li d-dokumenti maħruġa mill-imsemmija aġenzija jiġu meqjusa bħala validi min dik id-data;

Billi l-miżuri li għalihom previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1439/95 huwa emendat kif ġej:

(a) l-awtorità "Australian Meat and Livestock Corporation" hija mibdula b’"Department of Primary Industries and Energy";

(b) l-awtorità "New Zealand Meat Producers Board" hija mibdula b’"New Zealand Meat Board".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1(a) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1998 u l-Artikolu 1(b) għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 1998.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fl-10 ta’ Awissu 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1.

[2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 25.

[3] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 7.

[4] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 48.

--------------------------------------------------