|
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni
(2006/808/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet finali tal-Komunitajiet Ewropej – Sena Finanzjarja 2004 – Volum I – Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u rendikonti finanzjarji konsolidati (SEC(2005)1158 – C6-0352/2005, SEC(2005)1159 – C6-0351/2005) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra ir-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (COM(2005)0449, COM(2005)0448) u l-karta ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni – Anness għar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (SEC(2005)1161), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Sinteżi 2004” (COM(2005)0256), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għall-Awtorità tal-Kwittanza dwar Verifiki Interni mwettqa fl-2004 (COM(2005)0257), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' ’Verifika Waħda’ (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar pjan għal qafas integrat ta' kontroll intern (COM(2005)0252), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Qorti ta' l-Awdituri – Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern (COM(2006)0009), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 u kif ukoll ir-rapporti speċjali akkumpanjati bir-risposti ta' l-istituzzjonijiet verifikati (4), |
|
— |
wara li kkunsidra DAS għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitati l-oħra konċernati (A6-0108/2006), |
|
A. |
billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq ir-responsabbiltà tagħha nnifisha, filwaqt li għandha tqis il-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod, |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004; |
|
2. |
Jagħti l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri u sabiex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(2) ĠU C 302, 30.11.2005, p. 1.
(3) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.