32001D0751



Official Journal L 281 , 25/10/2001 P. 0024 - 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Ottubru 2000

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-animali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-importazzjoni tar-ratiti ħajjin u tal-bajd għat-tfaqqis tagħhom ġejjin minn pajjiżi terzi li jinkludi l-miżuri tas-saħħa ta’ l-animali li għandhom jiġu applikati wara din l-importazzjoni, li Temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terżi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u ta’ bajd għat-tfaqqis u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/659/KE dwar miżuri protettivi li għandhom x’jaqsmu mad-deni tal-emorraġija tal-Krimea u tal-Kongo.

(notifikata taħt id-dokument nru K (2001) 3074)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2001/751/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-animali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni minn pajjiżi terżi tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/505/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 21(1), 23(1), 24(2), 26(2) u (27(a) tagħha.

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 Ġunju 1991 li tistabbilixxi il-prinċipji li jirregola l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-animali deħlin fil-Komunitá u d-Direttivi li jemendawha, 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [3], kif l-aħħar ġew emendati bl-Att tas-Sbuħija ta’ l-Awstria, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE [4] stabbiliet il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-animali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-importazzjoni tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis tagħhom ġejjin minn pajjiżi terżi, bl-esklużjoni tar-ratiti u tal-bajd għat-tfaqqis tagħhom minħabba id-differenzi bijoloġiċi bejn dawn l-għasafar u l-ispeċji tat-tjur.

(2) (2)Ibbażat fuq l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju u fuq l-informazzjoni provvduta mill-pajjiżi esportaturi interessati, il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tar-ratiti u tal-bajd għat-tfaqqis tagħhom jistgħu issa jiġu stabbiliti.

(3) Ir-Regolarment tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-bejħ fis-suq tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet [5] li jistabbilixxu l-ħtiġiet tal-bejħ fis-suq tal-bajd għat-tfaqqis u l-implementazzjoni tar-Regolarment tal-Kunsill (KEE) Nru 1868/77 [6] li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-bejħ fis-suq tal-bajd għat-tfaqqis u l-ħtiġiet dwar l-identifikazzjoni, għandhom jiġu applikati għall-bajd għat-tfaqqis tar-ratiti.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/659/KE tat-22 Novembru 1996 dwar il-miżuri protettivi li għandhom x’jaqsmu mad-deni ta’ l-emorraġija tal-Krimeja u tal-Kongo [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/183/KC [8], li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimportaw ir-ratiti mill-Asja u mill-Afrika, għajr jekk jipprovdu dwar id-deni ta’ l-emorraġija tal-Krimeja u tal-Kongo garanziji żejda; bil-ħsieb tkun assigurata l-implementazzjoni konsistenti, il-ħtiġiet tagħha għandhom jiddaħlu f’din id-Deċizjoni.

(5) Sabiex tiġi evitata tennija ta’ ħtiġiet f’atti legali differenti, id-Deċiżjoni 96/659/KE għandha tiġi emendata biss safejn jiġu eskluzi ir-ratiti koperti b’din id-Deċiżjoni preżenti mill-iskop tad-Deċiżjoni 95/659/KE.

(6) Għar-raġunijiet ta’ konsistenza id-Deċiżjoni 96/659/KE għandha wkoll tiġi ememdata fir-rigward tal-laħam tar-tatiti biss safejn jiġi eskluz il-laħam tar-ratiti kopert bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE [9] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/782/KE [10].

(7) Skond id-Deċiżjoni 96/695/KE, mal-wasla fil-Komunitá, ir-ratiti ħajjin li joriġinaw minn pajjiżi fl-Asja jew fl-Afrika għandhom jiġu trattati għal ekto-parasiti; skond l-Artikolu 15(4)(b) tad-Direttiva 90/539/KEE, it-tjur ghħal-qattla għandhom ukoll jiġu meħuda mingħajr dewmien lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni; ir-riskju għas-saħħa li għandu x’jaqsam mat-trattament u d-dewmien ta’ ħin fir-rigward tat-trattament għalhekk jipprevjienu l-importazzjoni tar-ratiti għall-qatla mill-pajjiżi fl-Asja jew fl-Afrika.

(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE ta’ 19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-animali matul it-trasport u d-Direttivi li jemendawha, 90/425/KEE u 91/496/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/29/KE [12], għandhom jiġu kkonsidrati meta jiġu stabbiliti il-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għar-ratiti ħajjin li ġejjin minn pajjiżi terżi.

(9) Lista ta’ pajjiżi terżi li jistgħu jużaw iċ-ċertifikati għall-importazzjoni tar-ratiti ħajjin għandha tkun stabbilita sabiex tinkiseb armonizzazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tar-ratiti ħajjin; basta li l-garanziji li hemm provvediment dwarhom, din il-lista għandha tinkludi, inter alia, it-Tuneżija.

(10) Din il-lista għandha tkun imsejsa fuq il-lista prinċipali ta’ pajjiżi terżi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u ta’ bajd għat-tfaqqis kif ġiet imfassla bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE [13], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/619/KE [14].

(11) It-Tuneżija mhiex inkluża, s’issa, fil-lista prinċipali mfassla bid-Deċiżjoni 95/233/KE; B’dankollu, dan il-pajjiż ma tax il-garanziji meħtieġa biex jiġi inkluż f’din il-lista u d-Deċiżjoni 95/233/KE għandha tiġi emendata kif mistħoqq.

(12) Biex jintużaw iċ-ċertifikati għar-ratiti ħajjin il-pajjiżi jew partijiet minnhom għandhom jagħtu garanziji biżżejjed sabiex jiġu ikkunsidrati ħielsa mill-influwenza tal-għasafar u mill-marda Newcastle skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/342/KEE [15], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/438/KE [16] jew japplikaw miżuri biex jikkontrollhom li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk li ġew stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE [17], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Sħubija ta’ l-Awstria, il-Finlandja u l-Isvezja,, jew joffru garanziji tas-saħħa ta’ l-animal, li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk offruti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 90/539/KEE.

(13) Il-pajjiżi jew partijiet minnhom li jidhru fuq il-lista biex użaw iċ-ċertifikati għar-ratiti ħajjin taw il-garanziji meħtieġa elenkati iktar il-fuq.

(14) Ir-Repubblika Ċeka, l-Iżreal u l-Isvizzera japplikaw miżuri, li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk li huma stabbiliti fid-Direttiva 92/66KEE.

(15) In-Namibja u L-Afrika t’Isfel taw il-garanziji meħtieġa biex jikontrollaw il-marda Newcastle billi offrew garanziji tas-saħħa ta’ l-animali li huma mill-inqas ekwivalenti minn dawk offruti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 90/539/KEE, ħalli l-importazzjoni tar-ratiti ħajjin għajr dawk għall-qatla jista’ jitħalla fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikati li jikorrespondu f’din id-Deċiżjoni, u dawn il-pajjiżi taw lil Kummissjoni kampjun ta’ pjan soddisfaċenti u bbażat fuq l-istatistika għas-sorveljanza tal-marda Newcastle fuq l-impriżi li minnhom ir-ratiti mrobbija fl-irżieżet għandhom jiġu esportati lill-KE.

(16) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċizzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZZJONI:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-importazzjoni tar-ratiti u il-bajd għat-tfaqqis tagħhom kif inhu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE.

Artikolu 2

1. L-Istati Memberi għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni:

(a) tar-ratiti għat-tagħmir u l-produzzjoni, li jkunu konformi mall-ħtiġiet stabbiliti f’wieħed mill-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-animali maħruġ bħall-Kampjun A u l-Kampjun B fl-Anness II;

(b) tal-bajd għat-tfaqqis tar-ratiti, li jkunu konformi mall-ħtiġiet stabiliti f’wieħed mill-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-animali maħruġ bħala l-Kampjun C u l-Kampjun D fl-Anness II;

(ċ) ta’ flieles ta’ jum tar-ratiti, li jkunu konformi mall-ħtiġiet stabbiliti f’wieħed mill-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-animali maħruġ bħala l-Kampjun E u l-Kampjun F fl-Anness II;

(d) tar-ratiti għall-qatla, li jkunu komnformi mall-ħtiġiet stabbiliti f’wieħed mill-kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-animali maħruġ bħala Kampjun G u Kampjun H fl-Anness II;

basta li dawn ir-ratiti jew il-bajd għat-tfaqqis li jiġu minn pajjiżi terżi jew minn partijiet minnhom elenkati fil-kolona xierqa ta’ L-Anness I, jilħqu il-ħtiġiet taċ-ċertifikati tas-saħħa korrespondenti kif maħruġa fl-Anness II, u għandhom magħhom iċ-ċertifikati rilevanti, mimlija u firmati kif xieraq.

2. Ir-Ratiti għat-tagħmir u għal-produzzjoni, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta’ jum tar-ratiti rridu jiġu minn stabbilimenti li ġew approvati mill-aworitá kompetenti tal-pajjiż terż interessat skond il-ħtiġiet li huma mill-inqas ekwivalenti minn dawk stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE, meta l-approvazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti ma tkunx giet sospiża jew imneħħija.

3. L-Istati Memberi għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni:

(a) tar-ratiti ħajjin biss meta huma identifikati bil-lametti ta’ l-għonq u/jew bil-microchips li għandhom jinkludu l-kodiċi ta’ l-OIS tal-pajjiż ta’ l-oriġini; il-microchips iridu jkunu magħmula bi qbil ma’ l-istandardi ta’ l-OIS.

(b) tal-bajd għat-tfaqqis biss meta huma markati b’timbru li jindika l-kodiċi ta’ l-OIS tal-pajjiż u n-numru ta’ l-approvazzjoni tal-istabbiliment. Barra minn dan, wara l-kontroll ta’ l-importazzjoni il-kunsinja għandha tkun transportata direttament għad-destinazzjoni finali tagħha. Dan l-immarkar għandu jkun b’konformitá mal-ħtiġiet ġenerali għall-bejgħ fis-suq tal-bajd li huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolarnent (KEE) Nru. 2782/75, kif l-aħħar emendat u bir-Regolarment (KEE) Nru. 1868/77;

(ċ) tal-bajd għat-tfaqqis tar-ratiti u tal-flieles ta’ jum tar-ratiti, biss meta l-ippakjar tagħhom huma markati biex jindikaw il-kodiċi ta’ l-OIS tal-pajjiż, in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-istabbiliment u meta l-ippakjar tagħhom iġorr l-informazzjoni li tidher ċar u faċli biex tinqara li tindika li dik il-kunsija jinsab fiha dak il-prodott speċifiku.

Artikolu 3

1. Wara l-importazzjoni, ir-ratiti għat-tagħmir jew għal-produzjoni jew il-flieles ta’ jum tar-ratiti għandhom jinżammu f’iżolazzjoni fl-impriża tad-destinazzjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ mill-inqas sitt gimgħat mill-jum tal-wasla tagħhom jew sal-jum tal-qatla jekk huma maqtula qabel ma jkun għadda dan il-perijodu.

2. Wara l-importazzjoni tagħhom bħala bajd għat-tfaqqis, ir-ratiti li jkunu faqqsu għandhom jinżammu f’iżolazzjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ mill-inqas tliet gimgħat mill-jum tat-tfaqqis fil-mafqas jew fl-impriża li jkunu ġew mibgħuta fiha wara li jfaqqsu.

3. Matul dawn il-perijodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif huma relevanti u matul it-tfaqqis tal-bajd, ir-ratiti jew il-bajd importati u ir-ratiti li faqqsu minn dawn il-bajd għandhom jinżammu separatament minn dawk li ma ġewx importati u mit-tjur oħra. Għalhekk, ir-ratiti għandhom jinżammu f’bini fejn ma jkunux preżenti ratit jew ġemgħat ta’ tjur oħrajn u l-bajd għandhom jitfaqqsu f’inkubaturi u f’imfaqas separati.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ratiti mportati jew il-bajd tagħhom biex jkunu miżjuda mar-ratiti jew mat-tjur jew mal-bajd diġa preżenti fil-bini jew fl-inkubatur/mafqas. F’dan il-każ, il-perijodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 kif relevanti jibdew mill-introduzzjoni ta’ l-aħħar għasfur jew bajda importata rispettivament u l-ebda wieħed mill-għasafar m’għandhom joħorġu mil-bini qabel it-tmien ta’ dan il-perijodu.

5. Jekk ir-ratiti ikunu ġew minn pajjiżi ta’ l-Asja jew ta’ l-Afrika mal-wasla fil-Komunitá għandhom jiġu trattati biex ikun assigurat li l-ekto-parassiti kollha li jinsabu fuqhom jiġu meqruda. Erbatax-il jum wara t-trattament kull wieħed mir-ratit għandu jkun suġġett għat-test kompetittiv ta’ l-ELISA għal antikorpi tad-deni ta’ l-emorraġija tal-Krimeja u tal-Kongo. Kull ratit b’ riżultat pożittiv għat-test għandu jkun meqrud. Kull għasfur ta’ kuntatt għandu jerġa jkun ittestjat bil-ELISA, 21jum wara l-kampjun oriġinali u jekk ikun hemm xi wieħed minn dawk l-għasafar li jirriżultaw pożittiv il-grupp ta’ kuntatt kollu għandu jkun meqrud.

6. Jekk ir-ratiti jew il-bajd għat-tfaqqis li minnhom faqsu flieles jiġu minn pajjiż li hu konsidrat bħala infettat mill-marda Newcastle,

(a) il-faċilitajiet ta’ l-iżolazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif relevanti għandhom jiġu vverifikati u bil-ftehim ta’ l-awortita kompetenti qabel ma jibda l-perijodu ta’ l-iżolament.

(b) matul il-perijodi ta’ żmien referuti fil-paragrafi 1 u 2 kif relevanti, test ta’ l-iżolament tal-virus għall-marda Newcastle għandu jitwettaq minn cloacal swabs jew minn kampjuni tas-sligħ li jittieħdu minn kull għasfur.

(ċ) jekk ir-ratiti huma ddestinati għal Stat Membru jew reġjun li l-istatus tiegħu ġie stabbilit bi qbil ma’ l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, biż-żieda mat-test ta’ l-iżolament tal-virus, test seroġiku għandu jkun mwettaq fuq kull għasfur.

(d) ir-riżultati negattivi tat-test għandhom ikunu disponibbli qabel kull għasfur ikun maħruġ mill-iżolament.

7. Ir-ratiti għandhom jgħaddu minn eżami kliniku li jitwettaq minn veterinarju uffiċjali u meta meħtieġ kampjuni għandhom jittieħdu biex jissorveljaw l-istat tas-saħħa tagħhom, dan għandu jitwettaq mill-inqas fit-tmiem tal-perijodi referuti f’il-paragrafi 1 u 2 kif relevanti.

8. Il-perijodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif relevanti, għandhom jiġu estizi fil-każ ta’ suspett ta’ l-influenza avjana, tal-marda Newcastle jew tad-deni ta’ l-emorraġija tal-Krimeja u tal-Kongo sakemm dan is-suspett ikun ġiet mneħħi għal kollox.

Artikolu 4

Jekk ir-ratiti, il-bajd għat-tfaqqis u l-flieles ta’ jum u/jew il-ġemgħat oriġinali tagħhom għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet skond il-ħtiġiet taċ-ċertifikati stabbiliti fl-Anness II, il-kampjuni għat-test u t-test innifsu għandhom jitwettqu skond il-protokolli stabbiliti fid-Deċiżjoni 92/340/KEE, jekk applikabbli.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 96/659 (KE) huwa mibdul b’dan l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tar-ratiti ħajjin minn pajjiżi fl-Afrika u fl-Asja għajr dawk koperti bid-Deċiżjoni 2001/751/KE u l-importazzjoni tal-laħam tar-ratiti minn pajjiżi fl-Afrika u fl-Asia għajr dawk koperti bid-Deċiżjoni 2000/609/KE."

Artikolu 6

Fl-Anness I u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 95/233/KE għandu jiddaħħal vers ġdid bi qbil mal-ordni alfabetika tal-kodiċi tal-OIS kif ġej:

"TN | Tuneæija | X" |

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kunsinji ċċertifikati sa mill-1 ta’ Jannar 2002.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ottubru 1985.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

[2] ĠU L 201, tad-9.8.2000, p. 8.

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

[4] ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 13.

[5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 100.

[6] ĠU L 209, tas-17.8.1997, p. 1.

[7] ĠU L 302, tas-26.11.1996, p. 27.

[8] ĠU L 76, tat-18.3.1997, p. 32.

[9] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 49.

[10] ĠU L 309, tad-9.12.2000, p. 37.

[11] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

[12] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 52.

[13] ĠU L 156, tas-7.7.1995, p. 76.

[14] ĠU L 276 19.10.1996, p. 18.

[15] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24.

[16] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 35.

[17] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terżi jew partijiet ta' pajjiżi terżi li jistgħu jesportaw ir-ratiti ħajjin jew il-bajd għat-tfaqqis tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea

Kodiċi ta' L-OIS | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Tagħmir u Produzzjoni ratiti | Bajd għat-tfaqqis tar-ratiti | flieles ta' jum tar-ratiti | Ratiti għall-qatla |

AU | Australja | | A | C | E | G |

BR-1 | Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Katarina, Paranà, São Paulo u Mato Grosso do Sol | A | C | E | G |

CA | Kanada | | A | C | E | G |

CH | Svizzera | | A | C | E | G |

CL | Ċile | | A | C | E | G |

CY | Ċipru | | A | C | E | G |

CZ | Ir-Repubblika Ċeka | | A | C | E | G |

HR | Kroazja | | A | C | E | G |

HU | Ungerija | | A | C | E | G |

IL | Israel | | A | C | E | — |

NA | Namibja | | B | D | F | — |

NZ | Nova Żelanda | | A | C | E | G |

PL | Polonja | | A | C | E | G |

RO | Rumanija | | A | C | E | G |

Sl | Slovenja | | A | C | E | G |

SK | Repubblika Slovakka | | A | C | E | G |

TN | Tuneżija | | A | C | E | — |

US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | A | C | E | G |

ZA | Afrika tal-Lvant | | B | D | F | — |

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------