|
20.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 103/2008
tas-26 ta' Settembru 2008
li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3.81 (id-Deċiżjoni Nru 205) tal-Anness VI tal-Ftehim:
|
“3.82. |
32006 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni Nru 207 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 24.
(2) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83.
(*1) M’huma ndikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.