32006D0796

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2006 dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010

Official Journal L 324 , 23/11/2006 P. 0007 - 0007
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0196 - 0196


20061113

Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 13 ta’ Novembru 2006

dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010

(2006/796/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2 il-paragrafu 3 u 4, tagħha,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta’ l-Għażla ta’ April 2006 ppreżentat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,

Filwaqt li jikkunsidra li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE huma sodisfatti għal kollox,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat- 23 ta’ Ottubru 2006,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Essen u Pécs huma magħżula bħala "Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010" skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE.

Artikolu 2

Istanbul hija magħżula bħala "Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010" skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.

Artikolu 3

Il-bliet kollha magħżula għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Huovinen

[1] ĠU L 166, 1.7.1999, p. 1, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 20).

--------------------------------------------------