European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6480

25.10.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11739 – INVESTCORP / PSP / PKF OCONNOR DAVIES ADVISORY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6480)

1.   

Fil-21 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Investcorp North American Private Equity Fund I GP, L.P. (“Investcorp”, il-Gżejjer Cayman),

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada),

—

PKF O’Connor Davies Advisory, LLC (“PKF”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Investcorp u PSP skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet se jiksbu l-kontroll konġunt sħiħ ta’ PKF.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Investcorp hija maniġer tal-investiment globali, u tispeċjalizza f’investimenti alternattivi f’diversi klassijiet ta’ assi,

—

PSP hija maniġer tal-l-investimenti tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija timmaniġġja portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u investimenti ta’ kreditu, u,

—

PKF hija kumpanija ta’ kontabilità u konsulenza fl-Istati Uniti li toffri servizzi ta’ kontabilità, awditjar, taxxa u konsulenza dwar in-negozju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11739 – INVESTCORP / PSP / PKF OCONNOR DAVIES ADVISORY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6480/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)