Official Journal L 082 , 03/04/1993 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0051
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 49 P. 0051
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ta’ l-4 ta’ Marzu 1993 li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru li jospita ANIMO u l-Istati Membri (93/188/KEE) IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fil-Komunità f’ċerti annimali u prodotti bil-għan li jkun ikkompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha, Billi mogħti l-istadju ta’ avvanz tax-xogħol preparatorju fl-Istati Membri għas-sistema ta’ netwerk kompjuterizzata Animo data singola suppost tkun skedata biex is-sistema tkun miġjuba f’operazzjoni; billi din id-data suppost tieħu in konsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE [3] li tistabbilixxi forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru li jospita Animo u l-Istati Membri; Billi ċerti elementi neċessarji biex il-kuntratt ikun konkluż bejn iċ-ċentru li jospita Animo u kull Stat Membru suppost ikunu speċifikati; Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 92/486/KEE hi hawn emendata kif isegwi: 1. fl-Artikolu 2 l-ewwel inċiż hu mibdul minn: "— jidħol fis-seħħ għal tliet snin mill-1 ta’ April 1993,". 2. Is-segwenti parti hi miżjuda ma’ l-Artikolu 2: "— tinkludi klawżola li tkopri, aġġornament, protezzjoni u disponibbiltà ta’ informazzjoni, responsabbiltajiet u skeda ta’ pagament." 3. fl-Artikolu 4, "l-1 ta’ Lulju 1993" hu mibdul b’ "1 ta’ April 1994". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1993. Għall-Kummissjoni Rene Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20. --------------------------------------------------