<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑176/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0176</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:454">EU:C:2012:454</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120712">12.7.2012</DATE> — KAWŻA C-176/11</P><P>HIT U HIT LARIX</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Logħob tal-ażżard</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reklamar għal casinos li jinsabu fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-ġugaturi f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal dak iggarantit fuq livell nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-176/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na srečo in turizem dd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesminister für Finanzen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica u HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na srečo in turizem dd, minn R. Vouk, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer u J. Bauer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck, avukat</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn E.-M. Mamouna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes kif ukoll minn A. Barros u A. Silva Coelho u P.I. Valente, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u I. Rogalski, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din id-domanda tqajmet fil-kuntest ta’ kawża bejn HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na srečo in turizem dd (iktar ’il quddiem, flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>HIT u HIT LARIX<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Bundesminister für Finanzen (Ministru Federali tal-Finanzi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ministeru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ċaħda minn dan tal-aħħar ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni sabiex isir reklamar fl-Awstrija għal casinos li huma joperaw fis-Slovenja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tal-Liġi federali dwar il-logħob tal-ażżard (Glücksspielgesetz), tat-<DATE ISO="19891128">28 ta’ Novembru 1989</DATE> (BGBl. I, 620/1989, fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. I, 54/2010, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>GSpG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Casinos, konċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jagħti l-kundizzjonijiet ta’ attribuzzjoni tal-konċessjonijiet għall-operat ta’ casinos fl-Awstrija. Huwa jipprevedi, b’mod partikolari, li l-konċessjonarju għandu jkollu l-forma ġuridika ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju li jkollha bord ta’ sorveljanza u li tkun stabbilita fl-Awstrija, li jkollha kapital azzjonarju ta’ mhux inqas minn EUR 22 miljun u li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, għandu jista’ jiġi preżunt li hija topera bl-aħjar mod il-konċessjoni b’osservanza tar-regoli stabbiliti mill-GSpG fl-oqsma tal-protezzjoni tal-ġugaturi u tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-GSpG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Klijenti tal-casinos<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jinkludi, sostanzjalment, numru ta’ miżuri intiżi li jipproteġu l-ġugaturi mill-perikli marbuta mal-logħob, bħal ma huwa l-iżvilupp tal-ludopatija jew l-inċitament għal infiq eċċessiv (b’mod partikolari, id-dħul fil-casino rriżervat esklużivament għall-persuni maġġorenni, obbligu għall-amministrazzjoni tal-casino li titlob informazzjoni fuq il-ġugaturi li jidhru li huma dipendenti fuq il-logħob mingħand organu indipendenti li huwa awtorizzat jagħti informazzjoni dwar is-solvenza tal-persuni, intervista mal-ġugaturi, jekk ikun il-każ, sabiex jiġi stabbilit jekk il-parteċipazzjoni tagħhom għal-logħob hijiex tali li tipperikola d-dħul minimu tiegħu għas-sussistenza, projbizzjoni temporanja jew definittiva ta’ dħul).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Dan l-artikolu jipprevedi wkoll il-possibbiltà għall-klijenti tal-casinos li jressqu azzjoni ċivili diretta kontra l-amministrazzjoni tal-casino li tkun naqset mill-obbligi tagħha li tipproteġi l-ġugaturi, fi żmien tliet snin li jibdew jiddekorru minn meta jseħħ it-telf li dawn il-klijenti jkunu sofrew. Ir-responsabbiltà tal-amministrazzjoni tal-casino fir-rigward tal-validità tal-kuntratt ta’ logħob jew mat-telf dovut għal-logħob hija rregolata b’mod eżawrjenti minn dan l-artikolu u hija limitata mid-dħul minimu għas-sussistenza.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tal-GSpG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Reklamar legali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-konċessjonarji u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet skont din il-liġi għandhom josservaw attitudni responsabbli fir-reklami tagħhom. L-osservanza ta’ din l-attitudni hija suġġetta għal sorveljanza esklużiva tal-Ministru Federali tal-Finanzi u ma tistax tagħti lok għal azzjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 1 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-liġi Federali kontra l-kompetizzjoni żleali. L-obbligu previst fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu ma jikkostitwixxix regola ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 1311 tal-Kodiċi Ċivili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, il-casinos tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jħajru lill-klijenti Awstrijaċi, permezz tar-reklamar, sabiex imorru fl-istabbilimenti barranin li jinsabu fl-Istati Membri tal-Unjoni […] jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, bil-kundizzjoni li l-operatur tal-casino jkun kiseb f’dan is-sens awtorizzazzjoni tal-[Ministeru]. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tingħata meta l-operatur tal-casino jkun ipproduċa l-prova lill-[Ministeru] li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-konċessjoni mogħtija għall-operazzjoni tal-casino tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21 ta’ din il-liġi u hija operata fil-pajjiż li jkun ta’ konċezzjoni, li għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni […] jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet legali adottati minn dan l-Istat Membru dwar il-protezzjoni tal-ġugaturi jikkorrispondu tal-inqas mad-dispożizzjonijiet legali Awstrijaċi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk il-miżuri ta’ reklamar ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu (1), il-[Ministeru] jista’ jipprojbixxi kull reklamar lill-operatur tal-casino barrani.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>HIT u HIT LARIX huma żewġ kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti fis-Slovenja. Huma għandhom konċessjonijiet sabiex jorganizzaw ċertu logħob tal-ażżard fis-Slovenja u jippromwovu effettivament dawn is-servizzi f’diversi stabbilimenti li jinsabu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>HIT u HIT LARIX talbu li jiġu awtorizzati, bis-saħħa tal-Artikolu 56 tal-GSpG, li jwettqu reklamar fl-Awstrija għaż-żewġ stabbilimenti ta’ logħob tagħhom li jinsabu fis-Slovenja, b’mod partikolari għall-casinos. B’żewġ deċiżjonijiet adottati fl-<DATE ISO="20090714">14 ta’ Lulju 2009</DATE>, dawn it-talbiet ġew miċħuda mill-ministeru għar-raġuni li HIT u HIT LARIX ma kinux urew li d-dispożizzjonijiet legali Sloveni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>leġiżlazzjoni Slovena<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) kienet tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tal-ġugaturi komparabbli ma dak previst fl-Awstrija, peress li l-osservanza ta’ din il-kundizzjoni kienet neċessarja bis-saħħa tal-punt 2 tal-Artikolu 56(2) tal-GSpG sabiex l-awtorizzazzjonijiet ikunu jistgħu jinħarġu.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>HIT u HIT LARIX ressqu appell kontra dawn id-deċiżjonijiet ta’ rifjut, u bih sostnew, sostanzjalment, li l-imsemmija deċiżjonijiet ġew adottati bi ksur tad-dritt għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, liema dritt dawn iż-żewġ kunpanniji jgawdu bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-ministeru sostna li HIT u HIT LARIX ma kinux urew li l-leġiżlazzjoni Slovena tipprevedi, bħala oneru fuq l-amministrazzjoni tal-casinos, obbligu legali ta’ twissija u ta’ esklużjoni jew sistema ta’ sorveljanza komparabbli ma dak li jinsab fl-ordinament ġuridiku Awstrijak. Barra min hekk ma ġiex ipprovat li l-leġiżlazzjoni Slovena għandha regoli ddettaljati fil-qasam tal-protezzjoni tal-minuri fis-swali tal-logħob u lanqas li l-klijenti tal-casinos jistgħu jaġixxu direttament quddiem il-qrati ċivili Sloveni fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tal-konċessjonarju li jwettaq l-obbligi tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-ministeru jsostni li l-obbligu li għandha r-Repubblika tal-Awstrija li tipproteġi l-konsumaturi li jinsabu fit-territorju tagħha ma jintemmx meta dawn jitħajru jmorru f’casinos li jinsabu fi Stati Membri oħra li japplikaw regoli ta’ protezzjoni nettament inferjuri għal dawk fis-seħħ fl-Awstrija, għaliex kemm l-imsemmi reklamar kif ukoll il-frekwentazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti mir-residenti Awstrijaċi mħajra minn tali reklamar jistgħu jkollhom konsegwenzi moralment u finanzjarjament dannużi kemm għall-individwu kif ukoll għas-soċjetà u għaldaqstant jipperikolaw serjament il-persuni u l-familji li jirrisjedu fl-Awstrija, kif ukoll is-saħħa pubblika. Barra minn hekk, in-neċessità li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ miżuri ta’ protezzjoni komparabbli tirriżulta mill-koerenza imperattiva stabbilita mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tal-rinviju tirreferi għall-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u tesponi li, fid-dawl tagħha, l-Artikolu 56(2) tal-GSpG jikkostitwixxi, fil-prinċipju, restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE. Din ir-restrizzjoni tista’ madankollu tiġi ġġustifikata b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bil-kundizzjoni li hija tkun proporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’hekk, il-qorti tar-rinviju tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fost ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi hemm l-għanijiet tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri intiżi kemm għall-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi kkonċernati kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, għall-protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll għall-protezzjoni tal-ordni soċjali. Hija żżid li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni armonizzata fuq livell Ewropew fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, huwa kull Stat Membru li għandu jiddefinixxi l-livell ta’ protezzjoni tal-ġugaturi li jkun irid jiżgura.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma teskludix li r-raġunijiet wara l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jistgħu jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali rrikonoxxuta lill-Istati Membri fil-qasam mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Verwaltungsgerichtshof Regeringsrätten iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regola stabbilita minn Stat Membru, li tipprovdi li reklamar li jippromwovi l-istabbilimenti barranin ta’ każino li jinsabu f’dan l-istess Stat [reklamar li jippromwovi fl-imsemmi Stat stabbilimenti ta’ każinos li jinsabu barra l-imsemmi Stat] huwa awtorizzat biss bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli f’dawn l-istabbilimenti fil-qasam tal-protezzjoni ta’ min jilgħab ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, hija konċiljabbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE jeżiġi t-tneħħija ta’ kull restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, anki jekk din ir-restrizzjoni tapplika mingħajr distinzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi nazzjonali u dawk ta’ Stati Membri oħra, meta din ir-restrizzjoni tkun ta’ natura li tipprojbixxi, tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor li fih jipprovdi legalment servizzi analogi. Barra minn hekk, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tapplika kemm favur il-fornitur u kif ukoll favur id-destinatarju tas-servizzi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/08+C-429/08" PAGE.ECR="I-9083" YEAR="2011">C-403/08 u C-429/08, Ġabra p. I-9083</REF.DOC.ECR>, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Iktar preċiżament, fil-qasam tar-reklamar tal-logħob tal-ażżard, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li tipprojbixxi l-promozzjoni fi Stat Membru tal-logħob tal-ażżard organizzat legalment fi Stati Membri oħra tikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Sjöberg u Gerdin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-447/08+C-448/08" PAGE.ECR="I-6921" YEAR="2010">C-447/08 u C-448/08, Ġabra p. I-6921</REF.DOC.ECR>, punti 33 u 34).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bl-istess mod, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi sa fejn hija tfixkel l-aċċess għall-konsumaturi residenti fl-Awstrija għas-servizz offruti fil-casinos li jinsabu fi Stat Membru ieħor billi tissuġġetta l-promozzjoni ta’ dawn l-attivitajiet fl-Awstrija għal skema ta’ awtorizzazzjoni li teżiġi b’mod partikolari li l-operatur ta’ casino kkonċernat juri li d-dispożizzjonijiet legali fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġugaturi adottati fl-Istat Membru li jiġi operat l-imsemmi casino jikkorrispondu mill-inqas għad-dispożizzjonijiet legali Awstrijaċi f’dan il-qasam (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kundizzjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat sa fejn ir-restrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi ammessa bis-saħħa tal-miżuri derogatorji espressament previsti fl-Artikoli 51 TFUE u 52 TFUE, applikabbli fil-qasam bis-saħħa tal-Artikolu 62 TFUE, jew iġġustifikati, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-restrizzjonijiet għall-attivitajiet ta’ logħob jistgħu jiġu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-prevenzjoni tal-frodi u tal-inkoraġġiment taċ-ċittadini għal infiq eċċessiv marbut mal-logħob (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, Carmen Media Group, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/08" PAGE.ECR="I-8149" YEAR="2010">C-46/08, Ġabra p. I-8149</REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, ir-restrizzjonijiet imposti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tagħhom, jiġifieri li jkunu jistgħu jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan. Hemm lok, barra minn hekk, li jitfakkar, f’dan il-kuntest, li leġiżlazzjoni nazzjonali tkun biss adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan invokat jekk verament tirrifletti l-intenzjoni li dan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku. F’kull każ, dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07 Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punti 59 sa 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni kkontestata, ifittex il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-perikli marbuta mal-logħob tal-ażżard, ħaġa li, kif jirriżulta mill-punt 21 ta’ din is-sentenza, tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali tali li tiġġustifika r-restrizzjonijiet tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-ażżard tagħmel parti mill-oqsma li fihom jeżistu diverġenzi kunsiderevoli ta’ natura morali, reliġjuża u kulturali bejn l-Istati Membri. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni Komunitarja fil-qasam, huwa kull Stat Membru li għandu jevalwa, f’dawn l-oqsma, skont il-firxa ta’ valuri partikolari tiegħu, l-eżiġenzi ta’ protezzjoni tal-interessi kkonċernati (sentenza tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax ikollu impatt fuq l-evalwazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati dwar is-suġġett. Dawn għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tal-għanijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u tal-livell ta’ protezzjoni li dawn ikunu jixtiequ jiżguraw (sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-gvern Awstrijak qies li r-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex sproporzjonata fid-dawl tal-għanijiet imfittxija. B’turija ta’ dan, in-numru ta’ casinos fl-Awstrija huwa limitat għal mhux iktar minn ħmistax u l-operaturi tal-casinos huma marbuta li josservaw regoli stretti fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġugaturi, bħalma huwa d-dmir li jikkonservaw l-identità ta’ dawn tal-aħħar għal ħames snin, u dak tal-amministrazzjoni tal-casino li tosserva l-aġir tal-lagħab sabiex tiddetermina jekk il-frekwenza u l-intensità tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-logħob tipperikolax id-dħul minimu tiegħu neċessarju għas-sussistenza.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont dan l-istess gvern, fil-prattika, l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli preventivi wasslu għal limitazzjoni kbira tan-numru ta’ ġugaturi, peress li iktar minn <FT TYPE="NUMBER">80000</FT> persuna fl-2011 kienet ġiet suġġetta għal restrizzjonijiet jew għal projbizzjonijiet ta’ dħul fil-casinos Awstrijaċi. Għaldaqstant, fl-assenza tal-imsemmija kundizzjoni kkontestata, il-ġugaturi jitħajru jaqsmu l-fruntiera u jesponu lilhom infushom għal perikli ikbar fil-casinos li jinsabu fi Stati membri oħra li fihom, f’dan il-każ, ma jiġux żgurati l-garanziji regolamentari simili ta’ protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kundizzjoni kkontestata jirriżulta li l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni sabiex isir ir-reklamar fl-Awstrija għal casinos stabbiliti barra mill-pajjiż jiddependi minn paragun minn qabel tal-livell ta’ protezzjoni tal-ġugaturi li teżisti fil-varji ordinamenti ġuridiċi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-iskema ta’ awtorizzazzjoni, fil-prinċipju, tista’ tissodisfa l-kundizzjoni ta’ proporzjonalità jekk tissuġġetta biss l-awtorizzazzjoni li jsir ir-reklamar għal stabbilimenti ta’ logħob stabbiliti fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li l-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar jagħti garanziji sostanzjalment ekwivalenti għal dawk tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-għan leġittimu ta’ protezzjoni tar-residenti tiegħu mill-perikli marbuta mal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Kundizzjoni bħal din ma tidhirx li tikkostitwixxi, għall-operaturi, piż eċċessiv fid-dawl tal-għan, irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, ta’ protezzjoni tal-popolazzjoni mill-perikli inerenti tal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-ażżard u li jiddefinixxu bi preċiżjoni l-livell ta’ protezzjoni mixtieq (ara s-sentenza Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata), għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għaliex hija sempliċement teżiġi, sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni li jsir ir-reklamar, li jintwera li fl-Istat Membru l-ieħor il-leġiżlazzjoni applikabbli tiżgura protezzjoni mill-perikli tal-logħob li sostanzjalment tkun ta’ livell ekwivalenti għal dak li tiggarantixxi hija stess.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Tkun madankollu differenti, u allura din il-leġiżlazzjoni jkollha titqies li hija sproporzjonata, jekk hija teżiġi, fl-Istat Membru l-ieħor, li r-regoli jkunu identiċi, jew jekk hija timponi regoli mingħajr ebda relazzjoni diretta mal-protezzjoni mill-perikli tal-logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, li huwa bbażat fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kull evalwazzjoni tal-fatti taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, Stoß <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/07+C-358/07+C-359/07+C-360/07+C-409/07+C-410/07" PAGE.ECR="I-8069" YEAR="2010">C-316/07, C-358/07 sa C-360/07, C-409/07 u C-410/07, Ġabra p. I-8069</REF.DOC.ECR>, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-kundizzjoni kkontestata sempliċement tissuġġetta l-awtorizzazzjoni li jsir ir-reklamar għall-istabbilimenti ta’ logħob stabbiliti fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li l-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar tagħti garanziji sostanzjalment ekwivalenti għal dawk tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fid-dawl tal-għan leġittimu ta’ protezzjoni tal-individwi mill-perikli marbuta mal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tista’, b’mod partikolari, tistħarreġ il-kwistjoni li jsir magħruf jekk, bir-riferiment li hemm għall-Artikolu 21, kollu kemm hu, il-punt 1 tal-Artikolu 56(2) tal-GSpG jimponix kundizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal qabel, ir-risposta li għandha tingħata lid-domanda preliminari hija li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha r-reklamar f’dan l-Istat li jippromwovi l-istabbilimenti ta’ casino li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi awtorizzat biss jekk id-dispożizzjonijiet legali adottati f’dan l-Istat Membru fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġugaturi jagħtu garanziji li sostanzjalment ikunu ekwivalenti għal dawk tad-dispożizzjonijiet legali korrispondenti fis-seħħ fl-ewwel Stat Membru.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha r-reklamar f’dan l-Istat li jippromwovi l-istabbilimenti ta’ casino li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi awtorizzat biss jekk id-dispożizzjonijiet legali adottati f’dan l-Istat Membru fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġugaturi jagħtu garanziji li sostanzjalment ikunu ekwivalenti għal dawk tad-dispożizzjonijiet legali korrispondenti fis-seħħ fl-ewwel Stat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>