2016R0466 — MT — 01.04.2016 — 000.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/466 tal-31 ta' Marzu 2016 (ĠU L 085 1.4.2016, p. 3) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/466
tal-31 ta' Marzu 2016
li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
“ANNESS III
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)
A. PERSUNI
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
►C2 21. ◄ |
SALEH ISSA GWAIDER, Agila |
data tat-twelid 1944 (mhux konfermata) |
Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014. Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015. Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’). Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja. |
►C3 1.4.2016 ◄ |
|
►C2 22. ◄ |
GHWELL, Khalifa magħruf ukoll bħala AL GHWELL, Khalifa AL-GHAWAIL, Khalifa |
data tat-twelid 1964 Misratah |
Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNG’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-President tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain. Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-‘GKN’ stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli. |
►C3 1.4.2016 ◄ |
|
►C2 23. ◄ |
ABU SAHMAIN, Nuri magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori BO SAMIN, Nuri ►C1 BADI, Salahdin ◄ |
data tat-twelid 16.5.1956 Zouara/Zuwara Libya |
Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom. Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’). Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru. Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-KNĠ ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja. Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.” |
►C3 1.4.2016 ◄ |