|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5940 |
2.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-24 ta’ Settembru 2024
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Irlanda
(C/2024/5940)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2022/832 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Deirdre NÍ NÉILL sar vakanti siġġu ta' membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Irlanda nnomina kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Lisa HUGHES hija maħtura membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi minflok is-Sa Deirdre NÍ NÉILL għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-24 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/832 tal-24 ta’ Mejju 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU L 147, 30.5.2022, p. 42).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5940/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)