<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-88/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0088</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:558">EU:C:2018:558</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza Tal-<DATE ISO="20180711">11.7.2018</DATE> – Kawża C‑88/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Zurich Insurance u Metso Minerals</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-provvista tas-servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija bejn żewġ Stati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Rotta kkostitwita minn diversi stadji u mwettqa b’diversi mezzi ta’ trasport</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑88/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170217">17 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Zurich Insurance plc,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Metso Minerals Oy</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Abnormal Load Services (International) Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Abnormal Load Services (International) Ltd, minn M. Komonen, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u P. Lacerda, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn M. Schöll, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Aalto u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Zurich Insurance plc, kumpannija ta’ assigurazzjoni stabbilita fl-Irlanda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Zurich<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u Metso Minerals Oy, kumpannija rregolata mid-dritt Finlandiż (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Metso<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, min-naħa l-oħra, Abnormal Load Services (International) Ltd, kumpannija stabbilita fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ALS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), rigward il-pagament ta’ danni għat-telf ta’ merkanzija waqt it-trasport ta’ din magħmul minn ALS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11 u 12 tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’ hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjon.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, li jagħmel parti mis-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II ta’ dan, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-punt 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettieq ta’ l-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ provista ta’ servizzi, il-post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jekk sub-paragrafu (b) ma japplikax, japplika s-sub-paragrafu (a)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Metso, fil-kwalità ta’ speditur, u ALS, fil-kwalità ta’ trasportatur, ikkonkludew kuntratt rigward it-trasport ta’ kraxer ċilindrokoniku (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kraxer<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) minn Pori (il-Finlandja) lejn Sheffield (ir-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-kraxer ġie, qabel kollox, ittrasportat permezz ta’ trakk b’low loader minn Pori għal Rauma (il-Finlandja), fejn inħatt u ġie misjuq għal fuq vapur permezz tal-propulsjoni mekkanika tiegħu stess. Wara li ġie ttrasportat bil-baħar sal-port ta’ Hull (ir-Renju Unit), il-kraxer instaq barra mill-vapur, ukoll permezz tal-propulsjoni mekkanika tiegħu stess, u ġie mbagħad mgħobbi fuq trakk ieħor. Fl-aħħar nett, il-kraxer intbagħat minn Hull bit-triq iżda sparixxa qabel ma ġie kkunsinnat lid-destinatarju tiegħu f’Sheffield.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Zurich irrimborsat lil Metso l-valur tal-kraxer, wara li tnaqqas l-eċċess previst mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bir-rikors tagħhom ippreżentat quddiem is-Satakunnan käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Satakunta, il-Finlandja), Zurich u Metso talbu li ALS tiġi kkundannata tħallashom, bħala danni, l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tal-kraxer. ALS talbet li r-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="20120405">5 ta’ April 2012</DATE>, is-Satakunnan käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Satakunta) iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20130322">22 ta’ Marzu 2013</DATE>, l-imsemmija qorti kkundannat lil ALS tħallas lil Zurich u lil Metso l-ammont mitlub fir-rikors tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>ALS appellat minn din is-sentenza quddiem il-Vaasan hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Vaasa, il-Finlandja). B’sentenza tat-<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, din il-qorti kkonkludiet li l-qrati Finlandiżi ma għandhomx ġurisdizzjoni, taħt il-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, sabiex jieħdu konjizzjoni tal-imsemmija tilwima u ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Zurich u Metso appellaw mis-sentenza tal-Vaasan hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Vaasa, il-Finlandja) quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja). Din il-qorti tqis li, f’dan il-każ, fejn il-postijiet ta’ spedizzjoni u ta’ kunsinna tal-kraxer previsti fil-kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, għandu jiġi eżaminat jekk it-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jeżisti biss post wieħed ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport, jiġifieri dak tal-post fejn it-trasport jintemm u fejn il-merkanzija tiġi kkunsinnata lid-destinatarju, jew jekk il-kuntratt ta’ trasport inkwistjoni għandux l-istess karatteristiċi bħal dak li ta lok għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rehder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:439">EU:C:2009:439</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), bil-konsegwenza li r-rikorrent ikollu l-possibbiltà li jagħżel bejn mill-inqas żewġ qrati differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-post(ijiet) tal-provvista ta’ servizzi fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 kif għandhom jiġu ddeterminati fil-każ ta’ kuntratt li jirrigwarda t-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri u t-trasport huwa kompost minn partijiet differenti li għalihom jintużaw modi differenti ta’ trasport?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar it-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri f’diversi stadji u permezz ta’ diversi modi ta’ trasport, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kemm il-post ta’ spedizzjoni kif ukoll il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija jikkostitwixxu postijiet ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi, prevista fit-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, tindika bħala li għandha ġurisdizzjoni l-qorti tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>post fl-Istat Membru fejn, skond il-kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fil-każ ta’ pluralità ta’ postijiet ta’ provvista ta’ servizzi fi Stati Membri differenti, għandu, fil-prinċipju, jinftiehem b’post ta’ eżekuzzjoni l-post li għandu l-eqreb rabta bejn il-kuntratt u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni li, bħala regola ġenerali, ikun il-post tal-provvista prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Wood Floor Solutions Andreas Domberger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:137">EU:C:2010:137</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-istess dispożizzjoni, b’rabta ma’ titjira diretta mwettqa mill-parti kontraenti tal-passiġġier ikkonċernat, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li wettqet analiżi tas-servizzi li l-provvista tagħhom kienet tikkorrispondi għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ trasport bl-ajru ta’ persuni, ikkonkludiet li l-uniċi postijiet li għandhom rabta diretta mal-imsemmija servizzi, ipprovduti b’eżekuzzjoni tal-obbligi marbuta mas-suġġett ta’ dan il-kuntratt, huma dawk ta’ tluq u ta’ wasla tal-ajruplan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rehder</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:439">EU:C:2009:439</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li l-post ta’ tluq u l-post ta’ wasla tal-ajruplan għandhom jiġu kkunsidrati, bl-istess mod, bħala l-postijiet ta’ provvista prinċipali tas-servizzi li huma s-suġġett tal-imsemmi kuntratt ta’ trasport bl-ajru, li jiġġustifika l-ġurisdizzjoni, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens ibbażata fuq dan il-kuntratt ta’ trasport, bl-għażla f’idejn ir-rikorrent, tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab il-post ta’ tluq jew il-posta ta’ wasla tal-ajruplan, kif dawn il-postijiet huma miftiehma fl-imsemmi kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rehder</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:439">EU:C:2009:439</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandux jitqies bħala l-post ta’ provvista ta’ servizzi, fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, li jiżgura rabta mill-qrib bejn il-kuntratt ta’ trasport u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni mhux biss il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija, iżda wkoll il-post ta’ spedizzjoni ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 50 sa 53 tal-konkużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija, il-post ta’ spedizzjoni ta’ din għandu rabta mill-qrib man-natura essenzjali tas-servizzi li jirriżultaw mill-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, waqt trasport ta’ merkanzija, huwa fil-post ta’ spedizzjoni li t-trasportatur għandu jeżegwixxi parti importanti mill-provvista ta’ servizz miftiehma, jiġifieri li jirċievi l-merkanzija, li jistivaha b’mod xieraq u, b’mod ġenerali, li jipproteġiha sabiex ma ġġarrabx ħsara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni skorretta tal-obbligi kuntrattwali marbuta mal-post ta’ spedizzjoni ta’ merkanzija, bħal, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ stivar, tista’ twassal għal eżekuzzjoni skorretta tal-obbligi kuntrattwali fil-post ta’ destinazzjoni tat-trasport.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jitqies bħala post ta’ provvista tas-servizz, fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001, li jiżgura rabta mill-qrib bejn il-kuntratt ta’ trasport u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, mhux biss il-post ta’ provvista, iżda wkoll il-post ta’ spedizzjoni ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit ta’ prevedibbiltà, għaliex hija tippermetti kemm lir-rikorrent kif ukoll lill-konvenut li jidentifikaw il-qrati tal-post tal-ispedizzjoni u tal-kunsinna tal-merkanzija, kif huma mniżżla fil-kuntratt ta’ trasport, bħala l-qrati li jistgħu jiġu aditi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nickel &amp; Goeldner Spedition</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑157/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, it-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar it-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri f’diversi stadji, b’waqfiet, u permezz ta’ diversi modi ta’ trasport, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kemm il-post ta’ spedizzjoni kif ukoll il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija jikkostitwixxu postijiet ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kuntratt dwar it-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri f’diversi stadji, b’waqfiet, u permezz ta’ diversi modi ta’ trasport, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kemm il-post ta’ spedizzjoni kif ukoll il-post ta’ kunsinna tal-merkanzija jikkostitwixxu postijiet ta’ provvista tas-servizz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>