Official Journal L 240 , 07/09/2002 P. 0065 - 0066
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparativi Komunitarji fuq materjal ta’ propagazzjoni u materjal ta’ taħwil ta’ pjanti tal-frott taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2002) 3302) (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE) (2002/745/EC) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li stabilixxa il-Komunita’ Ewropea, Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal ta’ propagazzjoni ta’ pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott, maħsuba għal produzzjoni tal-frott [1], kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/112/KE [2], u partikularment l-Artikoli 20(2) u (4) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 92/34/KEE tipprovdi għal arranġamenti biex isiru mill-Kommissjoni għal provi u testijiet komparattivi tal-materjal ta’ propagazzjoni u ta’ taħwil. (2) Rappreżentattività adegwata tal-kampjuni inklużi fil-provi u testijiet għandha tiġi assigurata, għallinqas għal ċerti pjanti magħżula. (3) L-iStati Membri għandhom jieħdu sehem fil-provi u testijiet komparattivi tal-Komuniarji, fejn il-materjal ta’ propagazjoni u ta’ taħwil tal-Prunus domestica sakemm dan soltu jiġi riprodott jew imqiegħed fis-suq fit-territorju tagħom, sabiex jiġi assigurat li l-konklużjonijiet li jinġibdu minnhom ikunu sewwa. (4) Il-Provi u testijiet komparattivi Komunitarji għandhom isiru mill-2003 sal-2007 fuq materjal ta’ propagazzjoni u taħwil miġbur fl-2002, u id-dettalji ta’ dawn il-provi u testijiet għandhom ukoll ikunu elenkati. (5) Għall-provi u testijiet komparativi Komunitarji li jdumu aktar minn sena, il-partijiet tal-provi u t-testijiet wara l-ewwel sena għandhom ikunu awtorizzati mill-Kummissjoni mingħajr ma jerġħu jirreferu lil Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta’ Propagazzjoni u Pjanti ta’ Ġeneri u Speċi ta’ Frott, bil-kundizzjoni li l-allokazzjonijiet meħtieġa jkunu disponibbli. (6) Il-miżuri maħsuba f’ din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta’ Propagazzjoni u Pjanti ta’ Ġeneri u Speċji tal-Frott, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Provi u testijiet komparattivi Komunitarji għandhom isiru mill-2003 sal-2007 fuq materjal ta’ propogazzjoni u taħwil tal-Prunus domestica. Il-kost massimu għall-provi u testijiet għall-2003 għandu jkun kif muri fl-Anness. Id-dettalji tal-provi u testijiet mniżżla fl-Anness. Artikolu 2 L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu sehem fil-provi u testijiet komparativi Komunitarji, sa fejn il-materjal tal-propagazzjoni u taħwil ta’ Prunus domestica soltu jiġi riprodott jew imqiegħed fis-suq fit-territorji tagħhom. Artikolu 3 Salv li fondi għal dan ikunu disponibbli fl-estimi, il-Kum-missjoni tista’ tiddiċiedi li tkompli l-provi u testijiet mniżżla fl-Anness fil-perijodu 2004 sal-2007. Il-kost massimu ta’ prova jew test li jitkompla fuq din il-bażi ma’ għandhux jeċċedi l-ammont speċifikat fl-Anness. Artikolu 4 L-iStati Membri huma ddestinatarji ta’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi’Brussel, fil-5 ta’ Settembru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 57, ta’ l-10.6.1992, p. 10. [2] ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 44. -------------------------------------------------- L-ANNESS Provi u testijietli għandhom isiru Fuq il-Prunus domestica [1] Sena | Organu risponsabbli | Kondizzjonijiet għal Valutazzjoni | Għadd Nefqa ta' | Kampjuni | 2003 | NAKT Roelofarendsveen (NL) | Identita u purità tal-varjetà (fil-għalqa), Saħħa tal-pjanta (fil-laboratorju) | 50 | 16000 | 2004 | L-istess | L-istess | L-istess | 8000 | 2005 | L-istess | L-istess | L-istess | 10900 | 2006 | L-istess | L-istess | L-istess | 11100 | 2007 | L-istess | L-istess | L-istess | 29100 | Nefqa totali | 75100 | --------------------------------------------------