|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2023/414 |
23.11.2023 |
P9_TA(2023)0064
Bastimenti tal-passiġġieri ro-ro: rekwiżitital-istabbiltà
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament tagħha mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (COM(2022)0053 – C9-0047/2022 – 2022/0036(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/414)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0053), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0047/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2022 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0255/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2022)0036
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta' dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/946.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/414/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)