22003D0120



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 120/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness XVIII (Is-Saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u trattament ugwali għall-ipġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 54/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma l-esposizzjoni għall-asbestos waqt ix-xogħol [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE) ta' l-Anness XVIII tal-Ftehim:

"- 32003 L 0018: Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2003 (ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 48)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2003/18/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fis-27 ta' Settembru 2003, basta li n-notifiki kolha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 32.

[2] ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 48.

[3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.

--------------------------------------------------