|
7.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9814 — Firmenich/Les Dérivés Résiniques et Terpéniques)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 152/04)
1.
Fid-29 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Firmenich Group (“Firmenich”, l-Isvizzera), |
|
— |
il-grupp Les Dérivés Résiniques et Terpéniques (“DRT”, Franza). |
Firmenich takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ DRT kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Firmenich tispeċjalizza fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fwejjaħ, togħmiet u kimiċi tal-aroma; |
|
— |
DRT hija prinċipalment attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ reżin taż-żnuber, żejt terpentina taż-żnuber u terpene taż-żnuber. Uħud mill-prodotti ta’ DRT jistgħu jintużaw bħala kimiċi tal-aroma għall-produzzjoni tal-fwejjaħ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9814 — Firmenich/Les Derives Resiniques et Terpeniques
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).