31994R3127



Official Journal L 330 , 21/12/1994 P. 0043 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0092
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0092


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3127/94

tal-20 ta' Diċembru 1994

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta' Novembru 1984 li jistabbilixxi l-iskal Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 3513/93 [2], u b'mod partikolari Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3220/84 introduċa l-użu tad-dissezzjoni parzjali tal-karkassi tal-majjal bħala mezz biex jinkiseb il-piż totali tal-muskoli ħomor irrigati; billi hu neċessarju li jiġi stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 [3], id-dettalji tal-metodu ġdid ta' stima b'mod partikolari n-numru tal-karkassi li għandhom jiġu dissezzjonati u l-metodu ġdid tad-dissezzjoni; billi l-użu tad-dissezzjoni parzjali jwassal għal speċifikazzjoni ġdida tat-tolleranza massima għall-iżball statistiku fl-istima;

Billi hu approprjat li tittejjeb il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' metodi ġodda ta' gradazzjoni permezz ta'l-introduzzjoni ta' protokoll b'żewġ gradi u l-enumerazzjoni tad-diversi elementi differenti li għandu jkun fih;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kummitat ta'Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

IR-Regolament (KEE) Nru. 2967/85 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

1. Artikolu 3 qed jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Il-metodu biex jiġi stmat il-volum tad-dgħif fil-karkassi li huma awtorizzati bħala metodu ta' gradazzjoni fis-sens ta' Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 hu bażat fuq kampjun rappreżententattiv tal-produzzjoni nazzjonali jew reġjonali kkonċernata tal-laħam tal-majjal permezz tal-metodu ta' stima, li jkun jikkonsisti talanqas f'50 karkassa fejn il- volum tad-dgħif ta' dawn il-karkassi jkun ġie aċċertat skond il-metodu tad-dissezzjoni li hu stabbilit f'Anness I, flimkien ma' metodu ħafif ta' stima ta' karkassi nazzjonalment stabbilit billi tintuża regressjoni doppja jew proċedura oħra pruvata statistikament, u b'tali mod li l-preċiżjoni li tirriżulta tkun ugwali għall-inqas għal dik miksuba meta jintużaw tekniki standard ta' regressjoni komuni fuq 120 karkassi filwaqt li jintuża l-metodu stabbilit f'Anness I.

2. L-awtorizzazzjoni tal-metodi tal- gradazzjoni għandha, barra min hekk, tiġi assoġġettata għall-għerq tal-medja tad-devjazzjoni kwadrata tal-iżball, b'miżura ta' madwar żero, u li tkun anqas minn 2,5.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz ta' protokoll, dwar il-metodi tal-gradazzjoni li huma jixtiequ li jiġu awtorizzati biex jiġu applikati fit-territorju tagħhom, billi jiddeskrivu l-prova tad-dissezzjoni u jindikaw il-prinċipji li fuqhom dawn il-metodi jkunu bażati u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal tad-dgħif. Il-protokoll għandu jkun fih żewġ partijiet u dawn għandhom jinkludu l-elementi previsti f'Anness II. L-ewwel parti tal-protokoll tiġi preżentata lill-Kummissjoni qabel ma tibda l-prova tad-dissezzjoni.

L-applikazzjoni tal-metodi tal-gradazzjoni fit-territorju ta'l-Istat Membru għandha tiġi awtorizzata skond il-proċedura prevista f'Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 fuq il-bażi tal-protokoll.

4. L-applikazzjoni tal-metodi tal-gradazzjoni għandha tikkorispondi f'kull partikolarità mad-deskrizzjoni tad-Deċiżjoni tal-Komunità li tawtorizzahom.";

2. L-Anness ta' dan ir-Regolament qed jiġi miżjud bħala Anness I u II mar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 301, ta' l-20.11.1984, p. 1.

[2] ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 5.

[3] ĠU L 285, tal-25.10.1985, p. 39.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

1. It-tbassir dwar il-perċentwal ta’ dgħif hu bażat fuq id-dissezzjoni tal-erba' qatgħat prinċipali. Id-dissezzjoni saret skond il-metodu tar-referenza.

2. Ir-referenza tal-perċentwal tad- dgħif ġiet ikkalkulata kif ġej:

y = 1,3 × 100 ×

il-piż tat-tender loin + piż tad-dgħif

fl-ispalla, fil-ġenba, fil-koxxa u fiż-żaqq

il-piż tat-tender loin + piż tal-qatgħat li ġew dissezzjonati + il-piż tal-qatgħat li jkun fadal

Il-piż tad-dgħif f’dawk l-erbgħa qatgħat jiġi kkalkulat billi jitnaqqas it-total ta’l-elementi li m’humiex dgħif mill-piż totali tal-qatgħat qabel id-dissezzjoni.

ANNESS II

1. L-ewwel parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b’mod partikolari:

- il-perjodu tal-prova u l-iskeda tal-ħin għall-proċedura sħiħa ta’l-awtorizzazzjoni,

- l-għadd u l-post tal-biċċeriji,

- id-deskrizzjoni ta’l-għadd tal-majjali kkonċernati permezz tal-metodu ta’l-istima,

- preżentazzjoni tal-metodi statistiċi użati kif relatati mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul,

- id-deskrizzjoni tal-metodu nazzjonali ħafif,

- il-preżentazzjoni eżatta tal-karkassi li se jintużaw.

2. It-tieni parti tal-Protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b’mod partikulari:

- preżentazzjoni tal-metodi statistiċi użati kif relatati mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul,

- l-ekwazzjoni li għandha tkun introdotta jew emendata,

- deskrizzjoni numerika u grafika tar-riżultati,

- deskrizzjoni ta’l-apparat il-ġdid,

- il-limitu tal-piż tal-majjali li għalihom il-metodu l-ġdid jista’ jintuża u xi limitazzjoni oħra kif relatata ma’l-użu prattiku tal-metodu.

"

--------------------------------------------------