<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑492/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010TJ0492</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:80">EU:T:2013:80</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130220">20.2.2013</DATE> — KAWŻA T-492/10</P><P>MELLI BANK vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130220">20 ta’ Frar 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika barranija u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Entità li hija miżmuma 100 % minn entità rikonoxxuta bħala involuta fil-proliferazzjoni nukleari</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ illegalità</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-492/10,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Melli Bank plc,</HT> stabbilit f’Londra (ir-Renju Unit), inizjalment irrappreżentat minn S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement minn S. Ashley, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn S. Boelaert u M. Konstantinidis, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba għall-anullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/431/PESK, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="39" NO.OJ="195" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="81" NO.OJ="281" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 81</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="281" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="71" NO.OJ="319" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 71</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="11" NO.OJ="319" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 11</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="088" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 għar-rikorrent,</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, K. Jürimäe u M. van der Woude, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Melli Bank plc, huwa kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata li għandha l-uffiċċju tagħha rreġistrat fir-Renju Unit, fejn hija awtorizzata u rregolata mill-Financial Services Authority (Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit). Ir-rikorrent beda jwettaq l-attivitajiet bankarji tiegħu fir-Renju Unit fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, wara t-trasformazzjoni tal-kumpannija sussidjarja f’dan il-pajjiż tal-Bank Melli Iran (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>BMI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Il-BMI, il-kumpannija parent li hija l-proprjetarja assoluta tar-rikorrent, huwa bank Iranjan ikkontrollat mill-Istat Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ miżuri restrittivi meħuda sabiex issir pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex din tal-aħħar ittemm l-attivitajiet nukleari li għandhom riskju ta’ proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>proliferazzjoni nukleari<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Kemm il-BMI u kif ukoll is-sussidjarji tiegħu, inkluż ir-rikorrent, ġew inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/140/PESK, tas-<DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="49" NO.OJ="061" DATE.PUB="2007">ĠU L 61, p. 49</REF.DOC.OJ>), permezz tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="43" NO.OJ="163" DATE.PUB="2008">ĠU L 163, p. 43</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>B’konsegewenza ta’ dan, il-BMI u r-rikorrent ġew inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="103" DATE.PUB="2007">ĠU L 103, p. 1</REF.DOC.OJ>), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="29" NO.OJ="163" DATE.PUB="2008">ĠU L 163, p. 29</REF.DOC.OJ>), bil-konsegwenza li ġew iffriżati l-fondi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Kemm fil-Pożizzjoni Komuni 2008/479 kif ukoll fid-Deċiżjoni 2008/475, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sostna r-raġunijiet segwiti fir-rigward tal-BMI kif ukoll tal-fergħat u tas-sussidjarji kollha tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta’ l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-[BMI] jagħmilha ta’ faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta’ l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta’ materjal sensittiv għall programmi nukleari u missilistiċi ta’ l-Iran. Huwa pprova [pprovda] firxa ta’ servizzi finanzjarji f’isem entitajiet marbuta ma’ l-industriji nukleari u missilistiċi ta’ l-Iran, inkluż il-ftuħ ta’ ittri ta’ kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpanniji t’hawn fuq issemmew [fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà] 1737 u 1747.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ippreżenta żewġ rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-Deċiżjoni 2008/475. Dawn ir-rikorsi ġew miċħuda permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill (T-246/08 u T-332/08, Ġabra p. II 2629).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-kuntest taż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent, kien hemm skambju ta’ diversi ittri li sar bejn ir-rikorrent u l-Kunsill bejn Lulju 2009 u Mejju 2010. F’dan il-kuntest, ir-rikorrent bagħat lill-Kunsill ittri fis-6, fil-15 u fl-24 ta’ Lulju, fl-20 ta’ Awwissu u fil-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE> u kif ukoll fit-<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE>, li għalihom il-Kunsill wieġeb fit-23 ta’ Lulju, fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> u kif ukoll fil-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Minn naħa, l-iskambju tal-ittri kien jikkonċerna r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-adozzjoni u ż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI u r-rikorrent. F’dan ir-rigward, fl-ittra tat-<DATE ISO="20090723">23 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Kunsill ippreċiża li r-rikorrent kien is-suġġett ta’ miżuri restrittivi fil-kapaċità tiegħu bħala entità sussidjarja tal-BMI. Fl-ittra tat-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, huwa kkonstata, wara eżami mill-ġdid, l-ewwel nett, li l-BMI ipprovda appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari, it-tieni nett, li r-rikorrent huwa proprjetà tal-BMI, li jista’ jeżerċita influwenza fuqu, u, it-tielet nett, li l-miżuri alternattivi proposti mir-rikorrent ma jippermettux li jiġi evitat ir-riskju li l-BMI jevita l-miżuri restrittivi li jirrigwardawh, billi juża lir-rikorrent bħala intermedjarju. Huwa sostna din l-opinjoni fl-ittra tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent talab biex ikollu aċċess għall-fajl tal-Kunsill. F’dan il-kuntest, fl-ittra tat-<DATE ISO="20090723">23 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Kunsill irrifjuta aċċess għall-proposta inizjali għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jikkonċernaw lill-BMI u lir-rikorrent (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>proposta inizjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ dan id-dokument. Permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, huwa kkomunika lir-rikorrent ir-raġunijiet supplimentari li jikkonċernaw l-allegat involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari. Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, huwa ttrażmetta lir-rikorrent verżjoni mhux kunfidenzjali tal-proposta għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi bbażata fuq ir-raġunijiet supplimentari pprovduti fl-ittra tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>proposta supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="39" NO.OJ="195" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>), kemm il-BMI kif ukoll ir-rikorrent ġew inklużi fil-lista tal-Anness II tal-imsemmija deċiżjoni. Ir-raġuni li ġiet sostnuta fir-rigward tal-BMI hija s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Jipprovdi jew jipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Novin Energy Company, Mesbah Energy Company, Kalaye Electric Company u d-DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta’ faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta’ materjali sensittivi għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran. Huwa pprovda firxa ta’ servizzi finanzjarji f’isem entitajiet marbuta mal-industriji nukleari u tal-missili tal-Iran, inkluż il-ftuħ ta’ ittri ta’ kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Ħafna mill-kumpanniji t’hawn fuq ġew indikati [fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà] 1737 (2006) u 1747 (2007). [Il-BMI] jkompli f’dan ir-rwol, billi jimpenja ruħu f’mudell ta’ aġir li jappoġġa u jiffaċilita l-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Bl-użu tar-relazzjonijiet bankarji tiegħu, huwa jkompli jipprovdi appoġġ għal, u servizzi finanzjarji lil, entitajiet elenkati min-NU u l-UE f’konnessjoni ma’ tali attivitajiet. Huwa jaġixxi wkoll f’isem, u taħt id-direzzjoni ta’ tali entitajiet, inkluż Bank Sepah, billi spiss jopera permezz tas-sussidjarji u l-assoċjati tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-inklużjoni tar-rikorrent fl-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007 ma ġietx affettwata bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="25" NO.OJ="195" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 25</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100727">27 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent bl-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100817">17 ta’ Awwissu 2010</DATE>, ir-rikorrent talab lill-Kunsill biex jagħmel eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u li jinżamm fil-lista tal-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007. Huwa talab, f’dan il-kuntest, li tintbagħatlu kopja tal-fajl sħiħ tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu. Huwa tenna l-proposta tiegħu tal-garanziji intiżi biex jipprevjenu kull riskju ta’ evitar tal-miżuri restrittivi li jirrigwardaw lill-BMI.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 inżammet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="81" NO.OJ="281" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 81</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament Nru 423/2007 ġie mħassar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="281" DATE.PUB="2010">ĠU L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>), l-ismijiet tal-BMI u tar-rikorrent ġew inklużi mill-Kunsill fl-Anness VIII ta’ dan l-aħħar regolament. Konsegwentement, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrent ġew iffriżati skont l-Artikolu 16(6) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet użati fir-rigward tal-BMI fid-Deċiżjoni 2010/644 u fir-Regolament Nru 961/2010 huma l-istess għal dawk użati fid-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent dwar iż-żamma ta’ ismu fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u dwar l-inklużjoni tiegħu f’dik tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010. Huwa ppreċiża, f’dan ir-rigward, li l-osservazzjonijiet imressqa mir-rikorrent fis-<DATE ISO="20100817">17 ta’ Awwissu 2010</DATE> ma kinux jiġġustifikaw it-tneħħija tal-miżuri restrittivi li jirrigwardawh u li l-fajl tiegħu ma kien fih ebda informazzjoni jew fatti ġodda li jikkonċernawh.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20110729">29 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rikorrent talab lill-Kunsill biex jagħmel eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li jżommu fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u f’dik tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010. Huwa tenna l-proposta tiegħu tal-garanziji intiżi biex jipprevjenu kull riskju ta’ evitar tal-miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI, b’mod partikolari, f’dak li jikkonċerna l-ħatra u r-revoka tad-diretturi tiegħu, u enfasizza l-effikaċja u l-fattibbiltà ta’ dawn il-garanziji.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-inklużjoni tal-BMI u tar-rikorrent fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u f’dik tal-Anness VIII tar-Regolament 961/2010 ma ġietx affettwata bid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="71" NO.OJ="319" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 71</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="11" NO.OJ="319" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent dwar iż-żamma ta’ ismu fil-listi tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010. Huwa kkonstata li l-osservazzjonijiet ippreżentati mir-rikorrent fid-<DATE ISO="20110729">29 ta’ Lulju 2011</DATE> ma kinux jiġġustifikaw it-tneħħija tal-miżuri restrittivi li jirrigwardawh, peress b’mod partikolari li l-garanziji proposti minnu f’dak li jikkonċernaw il-ħatra u r-revoka tad-diretturi tiegħu ma kinux suffiċjenti sabiex jiżguraw l-indipendenza tiegħu fir-rigward tal-BMI.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-rikorrent sostna li, fil-fehma tiegħu, l-eżami mill-ġdid taż-żamma tal-miżuri restrittivi li jirrigwardawh kien ivvizzjat minn żbalji. Huwa b’mod partikolari kkonstata li, dejjem fil-fehma tiegħu, il-Kunsill ma tax motivazzjoni b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi, fl-ittra tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>, għaċ-ċaħda li jieħu inkunsiderazzjoni l-garanziji supplimentari li huwa kien ippropona.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill (C-380/09 P), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mir-rikorrent mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 6 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament Nru 961/2010 ġie mħassar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="088" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>), l-ismijiet tal-BMI u tar-rikorrent ġew inklużi mill-Kunsill fil-lista fl-Anness IX ta’ dan l-aħħar regolament. Ir-raġunijiet użati fir-rigward tal-BMI, inklużi l-fergħat u s-sussidjarji kollha tiegħu, huma l-istess bħal dawk li jidhru fid-Deċiżjoni 2010/413. Konsegwentement, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrent ġew iffriżati skont l-Artikolu 23(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent dwar iż-żamma ta’ ismu fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u dwar l-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012. Huwa rrefera, f’din l-okkażjoni, għall-argumenti li għamel preċedentement, kemm fl-iskambju ta’ ittri mar-rikorrent kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali. Barra dan, huwa ġibed l-attenzjoni tar-rikorrent għall-konstatazzjonijiet li għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ir-rikorrent ressaq din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20101105">5 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-rikorrent aġġusta l-kapi tat-talbiet tiegħu wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/644 u tar-Regolament Nru 961/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20110114">14 ta’ Jannar 2011</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea talbet sabiex tintervjeni fil-kawża preżenti b’appoġġ għall-Kunsill. Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dan l-intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-replika tiegħu, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20110307">7 ta’ Marzu 2011</DATE>, ir-rikorrent irrinunzja għall-kawża sa fejn din tirrigwarda l-annullament tar-Regolament Nru 668/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>, ir-rikorrent, minn naħa, aġġusta l-kapi tat-talbiet tiegħu wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2011/783 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u, min-naħa l-oħra, talab li l-atti kkontestati jiġu, skont il-każ, annullati b’effett immedjat.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrent aġġusta l-kapi tat-talbiet tiegħu wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fuq ir-rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ressqet bil-miktub mistoqsijiet lill-partijiet li jikkonċernaw il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu, f’din il-kawża, mis-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, u l-ammissibbiltà tar-raba’ motiv tar-rikorrent. Il-partijiet wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tiegħu għall-mistqosijiet tal-Qorti Ġenerali, ippreżentata fir-Reġistru ta’ din tal-aħħar fit-<DATE ISO="20120608">8 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrent irrinunzja, l-ewwel nett, għal parti mill-ilmenti ppreżentati fil-kuntest tal-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja, it-tieni nett, għal parti mill-ilmenti ppreżentati fil-kuntest tat-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żamma jew tal-kontroll tar-rikorrent mill-BMI, u, fl-aħħar nett, għat-tielet motiv, ibbażat fuq in-natura illegali tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tat-<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-<DATE ISO="20120904">4 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-proċedura orali reġgħet infetħet sabiex jinġabru l-osservazzjonijiet tar-rikorrent dwar id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Akhras vs Il-Kunsill [C-110/12 P(R), mhux ippublikat fil-Ġabra], kif ukoll dawk tal-partijiet l-oħra. Il-proċedura orali reġgħet ingħalqet fl-<DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla, b’effett immedjat, il-punt 5 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, il-punt 5 tat-Tabella I. B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2010/644, il-punt 5 tat-Tabella B tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, id-Deċiżjoni 2011/783, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u r-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2012 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 ma japplikawx għalih;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, ir-rikorrent invoka ħames motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żamma jew tal-kontroll tar-rikorrent mill-BMI. It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-natura sproporzjonata, u għaldaqstant illegali, tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 32 iktar ’il fuq, ir-rikorrent irrinunzja fil-mori tal-kawża għat-tielet motiv tiegħu kif ukoll għal parti mill-ilmenti invokati fil-kuntest tal-ewwel u tat-tieni motivi. Sa fejn it-tielet motiv kien l-uniku motiv invokat insostenn tat-tieni kap tat-talbiet, fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament Nru 423/2007, tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament 267/2012, ir-rinunzja parzjali tar-rikorrent timplika, għalhekk, li l-imsemmi kap ta’ talbiet sar mingħajr suġġett.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw il-fondatezza tal-motivi mressqa mir-rikorrent. Barra minn dan, fil-kontroreplika tiegħu, il-Kunsill sostna li ma huwiex ammissibbli li r-rikorrent jinvoka ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu, sa fejn ir-rikorrent huwa emanazzjoni tal-Istat Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġu eżaminati, l-ewwel nett, l-ammissibbiltà tal-aġġustament tat-talbiet magħmula mir-rikorrent, it-tieni nett, ir-raba’ motiv u, fl-aħħar nett, l-argumenti tal-Kunsill dwar il-possibbiltà għar-rikorrent li jinvoka l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tiegħu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tal-aġġustament tal-kapi tat-talbiet tar-rikorrent</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 14, 15 u 23 iktar ’il fuq, minn wara l-preżentata tar-rikors, il-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 ġiet issostitwita b’lista ġdida, stabbilita fid-Deċiżjoni 2010/644, u r-Regolament Nru 423/2007 ġie mħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 961/2010, li min-naħa tiegħu ġie mħassar u<?PAGE NO="7"?> ssostitwit bir-Regolament Nru 267/2012. Barra minn dan, fil-premessi tad-Deċiżjoni 2011/783 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011, il-Kunsill espliċitament ikkonstata li kien għamel eżami mill-ġdid sħiħ tal-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010 u li kien wasal għall-konklużjoni li l-persuni, entitajiet u korpi li isimhom jidher elenkat hemmhekk, fosthom ir-rikorrent, kellhom jibqgħu suġġetti għal miżuri restrittivi. Ir-rikorrent aġġusta t-talbiet inizjali tiegħu b’mod li t-talba għall-annullament tiegħu tkopri, minbarra d-Deċiżjoni 2010/413, id-Deċiżjoni 2010/644, ir-Regolament Nru 961/2010, id-Deċiżjoni 2011/783, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u r-Regolament Nru 267/2012 (iktar ’il quddiem, meħuda kollha flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Il-Kunsill u l-Kummissjoni ma qajmu l-ebda oġġezzjoni għal dan l-aġġustament.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta deċiżjoni jew regolament li jikkonċernaw direttament jew individwalment individwu jiġu ssostitwiti, fil-mori tal-kawża, minn att li jkollu l-istess għan, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala element ġdid li jippermetti lir-rikorrent li jaġġusta t-talbiet u l-motivi tiegħu. Fil-fatt, ikun kontra l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u kontra l-ħtieġa ta’ ekonomija tal-ġudizzju jekk ir-rikorrent jiġi obbligat li jippreżenta rikors ieħor. Barra minn dan, ikun inġust jekk l-istituzzjoni inkwistjoni tkun tista’, sabiex tiffaċċja l-kritika li tinsab f’rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea kontra att, taġġusta l-att ikkontestat jew tissostitwixxieh b’ieħor u tibbenefika, fil-mori tal-kawża, minn din l-emenda jew sostituzzjoni sabiex iċċaħħad lill-parti l-oħra mill-possibbiltà li testendi t-talbiet u l-motivi inizjali tagħha għall-att sussegwenti jew li tippreżenta talbiet jew motivi supplimentari kontra dan (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-256/07" PAGE.ECR="II-3019" YEAR="2008">T-256/07, Ġabra p. II-3019</REF.DOC.ECR>, punt 46, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni tapplika għall-atti, bħalma huma d-Deċiżjoni 2011/783 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011, li jikkonstataw li deċiżjoni jew regolament għandhom ikomplu jirrigwardaw direttament u individwalment ċerti individwi, wara proċedura ta’ eżami mill-ġdid espressament imposta minn din l-istess deċiżjoni jew minn dan l-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, f’din il-kawża, għandu jiġi kkunsidrat li r-rikorrent jista’ jressaq talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2010/644, tar-Regolament Nru 961/2010, tad-Deċiżjoni 2011/783, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 42 iktar ’il fuq, punt 47).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tar-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI ma hijiex iġġustifikata. Huwa jirreferi, f’dan ir-rigward, għar-rikorsi ppreżentati quddiem il-qrati tal-Unjoni mill-BMI u jispjega li, jekk dan tal-aħħar ma jkunx għadu milqut mill-miżuri restrittivi fil-mument li tingħata din is-sentenza, il-miżuri li jirrigwardawh ukoll ikollhom jiġu annullati.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrent ma jinvoka l-ebda lment konkret li jikkontesta l-legalità tal-miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI. B’mod partikolari, huwa ma jesprimix ruħu, bi preċiżjoni suffiċjenti, dwar ir-raġunijiet supplimentari li jikkonċernaw l-allegat involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari li ġew ikkomunikati lilu permezz tal-ittra tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE> (ara l-punt 9 iktar ’il fuq), u dan sa fejn lanqas ma jindika jekk huwiex jikkontesta r-realtà tal-fatti allegati fil-konfront tal-BMI jew il-kwalifika ta’ dawn il-fatti bħala appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiddeċiedi fuq ir-raba’ motiv minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni suffiċjenti tal-argumentazzjoni tar-rikorrent. Għaldaqstant, l-imsemmi motiv għandu jiġi ddikjarat inammissibbli skont l-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura, kif tinvoka l-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tal-argumenti tal-Kunsill dwar l-ammissibbiltà tal-motivi bbażati fuq l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, il-Kunsill sostna li r-rikorrent għandu jiġi kkunsidrat bħala emanazzjoni tal-Istat Iranjan b’tali mod li ma jistax jinvoka favurieh il-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali. Konsegwentement, huwa jikkunsidra li l-motivi tar-rikors ibbażati fuq allegat ksur ta’ dawn id-drittijiet għandhom jitqiesu bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li l-Kunsill ma jikkontestax id-dritt stess tar-rikorrent li jitlob l-annullament tal-atti kkontestati. Huwa qiegħed jikkontesta biss li huwa għandu ċerti drittijiet li qiegħed jinvoka sabiex jikseb dan l-annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, fit-tieni lok, il-kwistjoni dwar jekk ir-rikorrent għandux jew le d-dritt invokat fil-kuntest ta’ motiv insostenn ta’ talbiet intiżi għal annullament ma tikkonċernax l-ammissibbiltà ta’ dan l-istess motiv, iżda l-fondatezza tiegħu. Għalhekk, l-argument tal-Kunsill, ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent huwa emanazzjoni tal-Istat Iranjan, għandu jiġi miċħud sa fejn huwa intiż sabiex tiġi ddikjarata l-inammissibbiltà parzjali tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dan l-argument ġie ppreżentat għall-ewwel darba fil-kontroreplika, mingħajr ma l-Kunsill invoka l-fatt li dan kien ibbażat fuq punti ta’ liġi jew ta’ fatt li ġew irrivelati waqt il-proċedura. Sa fejn jikkonċerna l-mertu tal-kawża, dan jikkostitwixxi, għalhekk, motiv ġdid skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, u dan jimplika li dan l-argument għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Wara r-rinunzja parzjali magħmula mir-rikorrent u fid-dawl tal-inammissibbiltà tar-raba’ motiv, hemm lok li jiġu eżaminati biss l-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li għandhom jiġi eżaminati flimkien, inizjalment, it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żamma jew tal-kontroll tar-rikorrent mill-BMI, u l-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika. Sussegwentement, għandu jiġi eżaminat l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żamma jew tal-kontroll tar-rikorrent mill-BMI, u fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, ippreżentata fir-Reġistru ta’ din tal-aħħar fit-<DATE ISO="20120608">8 ta’ Ġunju 2012</DATE> (ara l-punt 32 iktar ’il fuq), ir-rikorrent espona li, wara s-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, huwa ma baqax isostni li ma kienx miżmum mill-BMI fis-sens tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413 u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 u lanqas li ma kienx proprjetà tal-BMI fis-sens tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 267/2012. Huwa jikkunsidra madankollu li l-adozzjoni u ż-żamma tal-miżuri restrittivi li jirrigwardawh jikkostitwixxu restrizzjoni sproporzjonata tad-dritt ta’ proprjetà tiegħu u tad-dritt tiegħu għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta l-fondi ta’ entità identifikata bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari jkunu ffriżati, ikun hemm riskju mhux insinjifikattiv li din teżerċita pressjoni fuq l-entitajiet li hija żżomm jew tikkontrolla jew li huma proprjetà tagħha sabiex tevita l-effett tal-miżuri li jittieħdu kontra tagħha. Konsegwentement, l-iffriżar tal-fondi ta’ dawn l-entitajiet impost mill-Kunsill permezz tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 267/2012, huwa neċessarju u xieraq sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri adottati u sabiex jiġi ggarantit li dawn il-miżuri ma jkunux evitati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, punti 39 u 58).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Dejjem skont il-ġurisprudenza, meta entità tkun 100 % proprjetà ta’ entità meqjusa bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari, il-kundizzjoni li entità tkun proprjetà ta’ entità oħra msemmija fl-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413 u fl-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 tkun sodisfatta (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, punt 79). L-istess konklużjoni għandha tiġi applikata għall-kunċett ta’ entità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>li [tkun] proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ta’ entità kkunsidrata bħala involuta fil-proliferazzjoni nukleari, li jidher fl-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità miżmuma 100 % minn, jew li tkun 100 % proprjetà ta’, entità kkunsidrata bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>entità miżmuma<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) ma tirriżultax minn evalwazzjoni tal-Kunsill inkwantu għar-riskju li jiġi evitat l-effett tal-miżuri adottati kontra l-entità parent tagħha, iżda toħroġ direttament mill-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni 2010/413, tar-Regolament Nru 961/2010 u tar-Regolament Nru 267/2012, kif interpretati mill-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, argumenti li jikkontestaw il-proporzjonalità tal-iffriżar tal-fondi ta’ entità miżmuma ma jirrigwardawx il-legalità ta’ kwalunkwe evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ bħal dik magħmula mill-Kunsill. Tali argumenti jikkonċernaw, b’mod definittiv, il-legalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali li jobbligaw lill-Kunsill jiffriża l-fondi tal-entitajiet kollha miżmuma, bħalma huma l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta l-entità miżmuma jkollha l-intenzjoni li tikkontesta l-proporzjonalità tal-miżuri restrittivi li jirrigwardawha, hija għandha tinvoka, fil-kuntest tar-rikors intiż għall-annullament tal-atti li permezz tagħhom l-imsemmija miżuri jkunu ġew adottati jew miżmuma fis-seħħ, l-inapplikabbiltà tal-imsemmija dispożizzjonijiet ġenerali, permezz ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ ma huwiex qed jiġi kkontestat li r-rikorrent huwa miżmum 100 % mill-BMI jew li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ta’ dan tal-aħħar. Lanqas ma huwa kkontestat li l-BMI kien ikkunsidrat mill-Kunsill bħala involut fil-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi kkunsidrat li r-rikorrent invoka eċċezzjoni ta’ illegalità bbażata fuq l-argumenti invokati fil-kuntest tat-tieni u tal-ħames motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, eċċezzjoni ta’ illegalità bbażata fuq dawn l-argumenti ma ġietx ifformulata espressament, la fl-atti tar-rikorrent, la fit-tweġiba tiegħu tat-<DATE ISO="20120608">8 ta’ Ġunju 2012</DATE> għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, u lanqas matul is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-argumenti invokati mir-rikorrent fil-kuntest tat-tieni u tal-ħames motivi huma bbażati fuq ċirkustanzi li huma partikolari għalih stess, sa fejn huma fformulati b’riferiment għas-sitwazzjoni konkreta tiegħu u għall-miżuri speċifiċi li huwa ppropona lill-Kunsill. Għalhekk, tali<?PAGE NO="10"?> argumenti ma humiex rilevanti fir-rigward tal-eżami tal-legalità tar-regoli ġenerali previsti fl-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, fl-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u fl-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni u l-ħames motivi għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, id-drittijiet tad-difiża tiegħu u d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva sa fejn, minn naħa, ma kkomunikalux informazzjoni biżżejjed sabiex ikun jista’ jifformula osservazzjonijiet utli dwar l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu u sabiex ikun żgurat smigħ xieraq u sa fejn, min-naħa l-oħra, l-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawh huwa vvizzjat minn diversi żbalji.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrent. Huwa jsostni, b’mod partikolari, li r-rikorrent ma jistax jinvoka b’mod validu l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu l-ewwel nett jitfakkar li l-obbligu li tingħata motivazzjoni għal att li jikkawża preġudizzju, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u, b’mod iktar partikolari f’din il-kawża, fl-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni 2010/413, fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament Nru 961/2010 u fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament Nru 267/2012, għandu l-għan, minn naħa, li jagħti lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex din tkun taf jekk l-att huwiex fondat jew jekk jistax ikun ivvizzjat b’difett li abbażi tiegħu tkun tista’ tiġi kkontestata l-validità tiegħu quddiem il-qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din tal-aħħar teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità ta’ dan l-att. L-obbligu ta’ motivazzjoni, espress b’dan il-mod, jikkostitwixxi prinċipju essenzjali tad-dritt tal-Unjoni li ma jistax isir derogi minnu ħlief fil-każ ta’ kunsiderazzjonijiet imperattivi. Għaldaqstant, bħala regola ġenerali, il-motivazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin bħall-att li jikkawżalha preġudizzju, u l-assenza ta’ motivazzjoni ma tistax tiġi rregolarizzata mill-fatt li l-persuna kkonċernata ssir taf bir-raġunijiet tal-att matul il-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-390/08" PAGE.ECR="II-3967" YEAR="2009">T-390/08, Ġabra p. II-3967</REF.DOC.ECR>, punt 80, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sakemm kunsiderazzjonijiet imperattivi li jolqtu s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom ma jipprekludux il-komunikazzjoni ta’ ċerti elementi, il-Kunsill għandu l-obbligu li jgħarraf lil entità kkonċernata mill-miżuri restrittivi bir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li abbażi tagħhom huwa jqis li dawn għandhom jiġu adottati. B’hekk il-Kunsill għandu jsemmi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li minnhom tiddependi l-ġustifikazzjoni legali tal-miżura u l-kunsiderazzjonijiet li wassluh jadottaha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 67 iktar ’il fuq, punt 81, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-motivazzjoni għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih ikun ġie adottat. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari fid-dawl tal-kontenut tal-att, tan-natura tar-raġunijiet invokati u tal-interess li jista’ jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament jew individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-kliem tagħha iżda anki fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest<?PAGE NO="11"?> magħruf mill-persuna kkonċernata li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 67 iktar ’il fuq, punt 82, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, f’kull proċedura miftuħa kontra entità u li tista’ twassal għal att li jikkawżalha preġudizzju, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u għandu jiġi żgurat anki fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni fir-rigward tal-proċedura inkwistjoni (sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 67 iktar ’il fuq, punt 91).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn naħa, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi li l-provi miżmuma kontra l-entità kkonċernata sabiex isostnu l-att li jikkawżalha preġudizzju għandhom jiġu kkomunikati lilha. Min-naħa l-oħra, hija għandha titpoġġa f’pożizzjoni li tinvoka b’mod utli l-perspettiva tagħha fir-rigward ta’ dawn il-provi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Organisation des Modjahedines du peuple d’Iran vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-228/02" PAGE.ECR="II-4665" YEAR="2006">T-228/02, Ġabra p. II-4665</REF.DOC.ECR>, punt 93).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ att inizjali li bih jiġu ffriżati l-fondi ta’ entità, sakemm kunsiderazzjonijiet imperattivi li jolqtu s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom ma jipprekludux dan, il-komunikazzjoni tal-provi miżmuma kontra l-entità kkonċernata għandha ssir jew flimkien mal-adozzjoni tal-att ikkonċernat, jew mill-iktar fis possibbli wara l-adozzjoni msemmija. Fuq talba tal-entità kkonċernata, din tal-aħħar għandha wkoll id-dritt li tesprimi l-perspettiva tagħha fir-rigward ta’ dawn il-provi ladarba l-att jiġi adottat. Taħt l-istess riżervi, kull deċiżjoni sussegwenti ta’ ffriżar ta’ fondi għandha bħala regola ġenerali tiġi ppreċeduta minn komunikazzjoni tal-provi ġodda miżmuma kontra l-entità kkonċernata u minn possibbiltà ġdida għall-entità kkonċernata li ssostni l-pożizzjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza Organisation des Modjahedines du peuple d’Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 71 iktar ’il fuq, punt 137).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad li, meta tiġi kkomunikata informazzjoni biżżejjed preċiża, li permezz tagħha l-entità kkonċernata tkun tista’ tesprimi b’mod utli l-perspettiva tagħha dwar il-provi miżmuma kontriha mill-Kunsill, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jimplikax li din l-istituzzjoni għandha l-obbligu li tagħti, b’mod spontanju, aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tagħha. Huwa biss meta ssir talba mill-parti kkonċernata li l-Kunsill huwa obbligat jagħti aċċess għad-dokumenti amministrattivi mhux kunfidenzjali kollha li jkunu jikkonċernaw il-miżura inkwistjoni (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 67 iktar ’il fuq, punt 97 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u li ġie rikonoxxut fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, kif ukoll fl-Artikolu 47 tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="389" NO.OJ="083" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 389</REF.DOC.OJ>). L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju timplika li l-awtorità tal-Unjoni inkwistjoni hija marbuta li tikkomunika r-raġunijiet ta’ miżura restrittiva lill-entità kkonċernata, sa fejn ikun possibbli, jew fil-mument meta tkun adottata din il-miżura, jew, minn tal-inqas, malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġiet adottata, sabiex l-entità kkonċernata tkun tista’ teżerċita, fit-termini stabbiliti, id-dritt tagħha għal rimedju legali. L-osservanza ta’ dan l-obbligu li jiġu kkomunikati l-imsemmija raġunijiet hija fil-fatt neċessarja, kemm sabiex id-destinatarji tal-miżuri restrittivi jkunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u jkunu jistgħu jiddeċiedu b’għarfien sħiħ jekk ikunx utli għalihom li jressqu rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni, kif ukoll sabiex din tal-aħħar tkun tista’ teżerċita b’mod sħiħ l-istħarriġ tal-legalità tal-att inkwistjoni kif tkun mitluba tagħmel (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="1950">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, punti 335 sa 337, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li għandu jiġi eżaminat, l-ewwel nett, l-argument preliminari tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fis-sens li r-rikorrent ma jistax jinvoka l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża. It-tieni nett, għandu jiġi eżaminat l-argument dwar l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li seħħ peress li ma ngħatax informazzjoni suffiċjenti dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ser tindirizza l-argumenti dwar l-allegati difetti fl-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-possibbiltà għar-rikorrent li jinvoka l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża għal din il-kawża. Filwaqt li jirreferu għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, Tay Za vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-181/08" PAGE.ECR="II-1965" YEAR="2010">T-181/08, Ġabra p. II-1965</REF.DOC.ECR>, punti 121 sa 123), huma jsostnu li r-rikorrent ma ntlaqatx mill-miżuri restrittivi minħabba l-attività tiegħu, iżda minħabba li jaqa’ fil-kategorija ġenerali ta’ persuni u ta’ entitajiet li għenu fil-proliferazzjoni nukleari. Konsegwentement, il-proċedura ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi ma nfetħitx fil-konfront tar-rikorrent fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 70 iktar ’il fuq u għalhekk huwa ma jistax isostni d-drittijiet tad-difiża jew jista’ biss isostnihom b’mod restrittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, is-sentenza Tay Za vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 76 iktar ’il fuq, ġiet annullata fl-intier tagħha fl-appell permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Tay Za vs Il-Kunsill (C-376/10 P). Konsegwentement, il-konstatazzjonijiet magħmula fl-imsemmija sentenza ma għadhomx jifformaw parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u għalhekk ma jistgħux jiġu validament invokati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 24(3) u (4) tad-Deċiżjoni 2010/413, l-Artikolu 36(3) u (4) tar-Regolament Nru 961/2010 u l-Artikolu 46(3) u (4) tar-Regolament Nru 267/2012 jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jiggarantixxu d-drittijiet tad-difiża tal-entitajiet milquta minn miżuri restrittivi adottati abbażi ta’ dawn it-testi. Ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet huwa s-suġġett ta’ stħarriġ mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 67 iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, kif imfakkar fil-punti 70 sa 73 iktar ’il fuq, jista’ jiġi invokat mir-rikorrent f’din il-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li jirriżulta mill-allegat fatt li ma kienx kiseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontrih</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fit-tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, ippreżentata fir-Reġistru ta’ din tal-aħħar fit-<DATE ISO="20120608">8 ta’ Ġunju 2012</DATE> (ara l-punti 32 u 54 iktar ’il fuq), ir-rikorrent sostna li, wara s-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, huwa ma baqax isostni li l-Kunsill kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni u d-drittijiet tad-difiża tiegħu peress li ma kienx ikkomunikalu, minn naħa, ir-raġunijiet għalfejn huwa kkunsidra li kien miżmum mill-BMI u, min-naħa l-oħra, elementi li jsostnu din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni madankollu li, minkejja t-talbiet għal informazzjoni repetuti, huwa ma rċeviex informazzjoni biżżejjed dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI u b’mod partikolari ma rċieva ebda prova dwar l-allegat involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari. Huwa jikkontesta, f’dan ir-rigward, il-kunfidenzjalità tal-proposta inizjali, imqajma bħala oppożizzjoni mill-Kunsill, u enfasizza li l-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> ma humiex adegwati.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan ir-rikorrent iddeduċa li l-komunikazzjoni ta’ dawn l-elementi ma ppermettitlux li jifformula osservazzjonijiet utli li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kemm fir-rigward tiegħu kif ukoll fir-rigward tal-BMI u ma ppermettitlux li jkollu smigħ xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li r-rikorrent ilu suġġett għall-miżuri restrittivi sa mit-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>. Bejn din id-data u d-data tal-adozzjoni tal-ewwel wieħed mill-atti kkontestati, jiġifieri s-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, diversi dokumenti ġew skambjati bejn ir-rikorrent u l-Kunsill, fosthom, b’mod partikolari, l-ittri ta’ dan tal-aħħar tal-1 ta’ Ottubru u tat-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> li permezz tagħhom huwa informa lir-rikorrent bir-raġunijiet supplimentari għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi u kkomunikalu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-proposta supplimentari. Dawn id-dokumenti jifformaw parti mil-kuntest tal-adozzjoni tal-atti kkontestati u jistgħu, konsegwentement, jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-eżami ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent għandhom bażi doppja, jiġifieri, minn naħa, il-proposta inizjali u, min-naħa l-oħra, l-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Madankollu, peress li dawn iż-żewġ bażijiet għandhom natura awtonoma, ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrent f’dak li jikkonċerna l-proposta inizjali, jekk jiġi stabbilit, ikun jista’ jiġġustifika biss l-annullament tal-atti kkontestati jekk jiġi stabbilit ukoll li l-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> ma setgħux iservu ta’ bażi, waħedhom, għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, diġà ġie kkonstatat fil-punti 45 sa 47 iktar ’il fuq li r-raba’ motiv, li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-fondatezza sostanzjali tar-raġunijiet ikkomunikati fl-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, huwa inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Barra minn dan, kif jirriżulta mill-punt 82 iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrent ikkontesta n-natura suffiċjenti tal-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, filwaqt li jenfasizza b’mod partikolari li dawn l-elementi ma jinkludu ebda provi fir-rigward tal-allegat involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li r-raġunijiet supplimentari għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi, ikkomunikati fl-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, huma suffiċjentement preċiżi sabiex jissodisfaw il-kriterji ġurisprudenzjali esposti fil-punti 67 sa 74 iktar ’il fuq. Għalhekk, dawn l-elementi jippermettu l-identifikazzjoni tal-entitajiet li lilhom il-BMI pprovda servizzi finanzjarji u li huma koperti mill-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-istess mod bħalma jistgħu jiġu identifikati l-perijodu li matulu s-servizzi inkwistjoni kienu ġew ipprovduti u, f’ċertu każi, it-tranżazzjonijiet speċifiċi li magħhom kienu marbuta.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi, għandu jiġi nnotat li, skont il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-Kunsill ma huwiex obbligat li jikkomunika elementi għajr dawk li jagħmlu parti mill-fajl tiegħu. Madankollu, f’dan il-każ, il-Kunsill isostni, mingħajr ma ġie kontradett mir-rikorrent, li l-fajl tiegħu ma fihx provi supplimentari dwar ir-raġunijiet ikkomunikati fl-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argumenti tar-rikorrent ibbażati fuq in-natura allegatament insuffiċjenti tal-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE> għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punti 85 u 86 iktar ’il fuq, għandu wkoll jiġi miċħud bħala ineffettiv l-argument tar-rikorrent li jikkontesta l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-proposta inizjali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq id-difetti li allegatament jaffettwaw l-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma għamilx verament eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawh sa fejn ibbaża ruħu biss fuq l-elementi eżistenti, inklużi l-elementi li ma ġewx ikkomunikati lir-rikorrent. B’mod partikolari, il-Kunsill ma eżaminax il-garanziji li huwa kien ippropona, intiżi li jipprevjenu kull riskju ta’ evitar tal-miżuri restrittivi fir-rigward tal-BMI.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li mill-punti 85 u 86 iktar ’il fuq jirriżulta li l-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent għandhom bażi doppja, jiġifieri, minn naħa, il-proposta inizjali u, min-naħa l-oħra, l-elementi kkomunikati fl-1 ta’ Ottubru u fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-difetti li jaffettwaw l-eżami mill-ġdid tar-raġunijiet inklużi fil-proposta inizjali, anki jekk jitqiesu li huma stabbiliti, ma għandhomx jaffettwaw il-legalità tal-eżami mill-ġdid tar-raġunijiet ibbażati fuq il-provi kkomunikati f’dawn id-dati.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kunsill isostni, mingħajr ma jiġi kontradett mir-rikorrent, li, qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati, id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri kienu rċevew l-osservazzjonijiet sottomessi mill-BMI u mir-rikorrent, b’tali mod li dawn l-osservazzjonijiet setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni. Bl-istess mod, mill-ittri tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, tal-11 ta’ Mejju u tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE> u tal-<DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE> jirriżulta li dan tal-aħħar eżamina l-imsemmija osservazzjonijiet u li rrispondihom, anki f’dak li jirrigwarda l-garanziji supplimentari proposti mir-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna dawn l-imsemmija garanziji, għandu jitfakkar li, kif ġie kkonstatat fil-punt 57 iktar ’il fuq, l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità miżmuma ma tirriżultax minn evalwazzjoni tal-Kunsill inkwantu għar-riskju li din l-entità tasal tevita l-effett tal-miżuri adottati kontra l-entità parent tagħha, iżda toħroġ direttament mill-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni 2010/413, tar-Regolament Nru 961/2010 u tar-Regolament Nru 267/2012, kif interpretati mill-qorti tal-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi magħmul mill-Kunsill, dan tal-aħħar ma kienx, fi kwalunkwe każ, obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni l-garanziji supplimentari proposti mir-rikorrent sabiex inaqqas ir-riskju li jiġu evitati l-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont ir-rikorrent, minn sorsi diplomatiċi jirriżulta li l-Istati Membri, b’mod partikolari r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, saritilhom pressjoni min-naħa tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika intiża sabiex jiġu adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entitajiet Iranjani. Skont ir-rikorrent, dan il-fatt jitfa’ dubju fuq il-legalità tal-miżuri adottati u tal-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li allegatament ċerti Stati Membri saritilhom pressjoni diplomatika, anki jekk jiġi stabbilit, ma jimplikax, waħdu, li din il-pressjoni affettwat l-atti kkontestati li ġew adottati mill-Kunsill jew l-eżami magħmul minn dan tal-aħħar fil-kuntest tal-adozzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati l-argumenti bbażati fuq l-eżistenza ta’ difetti li allegatament jaffettwaw l-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, ir-rikors fl-intier tiegħu, filwaqt li t-talba sabiex l-atti kkontestati jiġu annullati b’effett immedjat tilfet għalhekk l-iskop tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kunsill f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Melli Bank plc għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Jürimäe</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Van der Woude</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20130220">20 ta’ Frar 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><TOC><TITLE><TI><P>WERREJ</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tal-aġġustament tal-kapi tat-talbiet tar-rikorrent</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tar-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tal-BMI fil-proliferazzjoni nukleari</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tal-argumenti tal-Kunsill dwar l-ammissbbiltà tal-motivi bbażati fuq l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="16"?><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward taż-żamma jew tal-kontroll tar-rikorrent mill-BMI, u fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalitŕ, tad-dritt ta’ proprjetŕ u tad-dritt għall-eżerċizzju ta’ attivitŕ ekonomika</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-possibbiltà għar-rikorrent li jinvoka l-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li jirriżulta mill-allegat fatt li ma kienx kiseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontrih</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-difetti li allegatament jaffetwaw l-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>