|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 188/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 850/2007
tad-19 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari it-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola proċedura tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ adittivi fl-għalf għan-nutriment ta’ l-annimali. Jipprovdi li kull persuna li titlob awtorizzazzjoni għall-adittiv fl-għalf jew għal użu ġdid ta’ adittiv fl-għalf għandha tissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni skond dak ir-Regolament (l-applikazzjoni). |
|
(2) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi għat-twaqqif ta’ Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità (l-LRK) sabiex iwettaq ċerti dmirijiet u ħidmiet stipulati f’Anness II ta’ dak ir-Regolament. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-LRK jista' jiġi assistit minn konsorzju ta’ Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet u d-doveri u l-ħidmiet ta’ l-LRK. |
|
(4) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistipola li l-LRK għandu jitlob ħlas lill-applikanti għal kull applikazzjoni (il-miżata). Barra minn hekk, l-Anness II għal dak ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-konsorzju tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali. |
|
(5) |
L-ammont tal-miżata qatt ma ġie adattat mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 u għandha jiżdied sabiex jieħu kont ta’ l-esperjenza miksuba minn dik id-data 'l hawn. |
|
(6) |
Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Ungerija u l-Finlandja infurmaw lill-Kummissjoni li l-isem jew ċertu dettalji tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali tagħhom li qed jieħdu sehem fil-konsorzju nbidlu. Għalhekk, il-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu tiġi sostitwita bit-test ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. L-LRK għandu jitlob miżata mill-applikant ta’ EUR 6 000 għal kull applikazzjoni (il-miżata).” |
|
(2) |
L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
ANNESS
“ANNESS II
Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji u konsorzju tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)
LABORATORJU TA' REFERENZA KOMUNITARJU
Ċentru ta’ Riċerka Konġunt tal-Kummissjoni Ewropea. Istitut għall-Materjali u Kejl ta’ Referenza. Geel, Belġju.
LABORATORJI NAZZJONALI TA’ REFERENZA TA’ L-ISTATI MEMBRI
Belgique/België
|
— |
Federaal Voedingslabo Tervuren (AFSCA-FAVV), Tervuren, |
|
— |
Vlaamse Instelling voor Technologisch Onderzoek (VITO), Mol. |
Česká republika
|
— |
Ústřední kontrolní a zkušební ústav zemědělský (ÚKZÚZ), Praha. |
Danmark
|
— |
Plantedirektoratets Laboratorium, Lyngby. |
Deutschland
|
— |
Schwerpunktlabor Futtermittel des Bayerischen Landesamtes für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit (LGL), Oberschleißheim, |
|
— |
Landwirtschaftliche Untersuchungs- und Forschungsanstalt (LUFA) Speyer, Speyer, |
|
— |
Sächsische Landesanstalt für Landwirtschaft, Fachbereich 8 — Landwirtschaftliches Untersuchungswesen, Leipzig, |
|
— |
Thüringer Landesanstalt für Landwirtschaft (TLL), Abteilung Untersuchungswesen. Jena. |
Eesti
|
— |
Põllumajandusuuringute Keskus (PMK), Jääkide ja saasteainete labor, Saku, Harjumaa, |
|
— |
Põllumajandusuuringute Keskus (PMK), Taimse materjali analüüsi labor, Saku, Harjumaa. |
Éire/Ireland
|
— |
The State Laboratory, Kildare. |
España
|
— |
Laboratorio Arbitral Agroalimentario, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Madrid, |
|
— |
Laboratori Agroalimentari, Departament d’Agricultura, Ramaderia i Pesca, Generalitat de Catalunya, Cabrils. |
France
|
— |
Laboratoire de Rennes, Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF), Rennes. |
Italia
|
— |
Istituto Superiore di Sanità, Dipartimento di Sanità alimentare ed animale, Roma, |
|
— |
Centro di referenza nazionale per la sorveglianza ed il controllo degli alimenti per gli animali (CReAA), Torino. |
Κύπρος
|
— |
Εργαστήριο Ελέγχου Ζωοτροφών, Τμήμα Γεωργίας, Λευκωσία. |
Latvija
|
— |
Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrs (VVMDC), Rīga. |
Lietuva
|
— |
Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius, |
|
— |
Klaipėdos apskrities VMVT laboratorija, Klaipėda. |
Luxembourg
|
— |
Laboratoire de contrôle et d'essais — ASTA, Ettelbruck. |
Magyarország
|
— |
Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal (MgSzH) Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság, Központi Takarmányvizsgáló Laboratórium – Nemzeti Referencia Laboratórium, Budapest. |
Nederland
|
— |
RIKILT-Instituut voor Voedselveiligheid, Wageningen, |
|
— |
Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven. |
Österreich
|
— |
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit (AGES), Wien. |
Polska
|
— |
Instytut Zootechniki w Krakowie, Krajowe Laboratorium Pasz, Lublin, |
|
— |
Państwowy Instytut Weterynaryjny, Puławy. |
Portugal
|
— |
Laboratorio Nacional de Investigação Veterinária, Lisboa. |
Slovenija
|
— |
Univerza v Ljubljani, Veterinarska fakulteta. Nacionalni veterinarski inštitut, Enota za patologijo prehrane in higieno okolja, Ljubljana, |
|
— |
Kmetijski inštitut Slovenije, Ljubljana. |
Slovensko
|
— |
Skúšobné laboratórium – Oddelenie analýzy krmív, Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky, Bratislava. |
Suomi/Finland
|
— |
Elintarviketurvallisuusvirasto/Livsmedelssäkerhetsverket (Evira), Helsinki/Helsingfors. |
Sverige
|
— |
Foderavdelningen, Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala. |
United Kingdom
|
— |
The Laboratory of the Government Chemist, Teddington. |
LABORATORJI TA' REFERENZA NAZZJONALI JEW TAL-PAJJIŻI EFTA
Norway
|
— |
LabNett AS, Agricultural Chemistry Laboratory, Stjørdal.” |