|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5867 |
26.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11704 – TRAFIGURA / MEROIL / MEROIL TANK JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5867)
1.
Fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Trafigura Group Pte. Limited (“Trafigura”, Singapore), |
|
— |
Meroil S.A. (“Meroil”, Spanja), |
|
— |
Meroil Tank S.L., (“Meroil Tank”, Spanja). |
Trafigura u Meroil se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Meroil Tank.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Trafigura hija negozjant indipendenti tal-komoditajiet li jispeċjalizza fis-swieq tal-enerġija, tal-minerali u tal-metalli. Hija attiva f’żewġ linji ewlenin tan-negozju, jiġifieri l-kummerċ fiżiku tal-komoditajiet u l-loġistika relatata inkluż it-trasport bil-baħar u n-noleġġ, u diversi attivitajiet relatati mal-infrastruttura industrijali, |
|
— |
Meroil hija involuta f’operazzjonijiet relatati mal-bejgħ bl-ingrossa ta’ prodotti petroliferi lil klijenti indipendenti (stazzjonijiet ta’ servizz, distributuri ta’ żejt tal-gass lil klijenti bl-imnut u dawk kummerċjali), kummerċjalizzazzjoni bl-imnut permezz tan-network tagħha stess ta’ stazzjonijiet ta’ servizz, ħażna ta’ prodotti petroliferi u, fuq bażi residwa, attività ta’ kummerċ. |
3.
Meroil Tank hija attiva fil-kiri ta’ kapaċità ta’ ħżin ta’ prodotti petroliferi f’sit loġistiku f’Barċellona lil partijiet terzi u lill-kumpanija omm tagħha.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11704 – TRAFIGURA / MEROIL / MEROIL TANK JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5867/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)