|
28.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9036 — Advent International Corporation/GE (Distributed Power Business))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 302/11)
1.
Fl-20 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International Corporation (l-Istati Uniti); |
|
— |
GE Distributed Power, Inc. (“GE DP”, l-Istati Uniti); |
|
— |
General Electric Austria GmbH (“GE Austria”, l-Awstrija); |
|
— |
Jenbacher International BV (“Jenbacher International”, in-Netherlands). |
Advent International Corporation takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GE DP, GE Austria u Jenbacher International (flimkien “GE Distributed Power Business”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Advent International Corporation hija investitur ta’ ekwità prvata b’ishma f’diversi setturi, inklużi s-servizzi finanzjarji, il-prodotti u s-servizzi industrijali, oġġetti tal-konsum, il-midja u t-telekomunikazzjoni, is-servizzi ta’ divertiment, tal-kura tas-saħħa u tal-farmaċewtika; |
|
— |
GE Distributed Power Business timmanifattura u tbigħ magni reċiprokanti tal-gass, u din tipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ relatat ma’ dawn il-magni, inkluża l-provvista ta’ spare parts. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9036 — Advent International Corporation/GE (Distributed Power Business)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).