Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, il-provvedimenti neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta’ Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta’ l-ippakkjar (ĠU L 47, p.26).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax il-provvedimenti leġiżlattivi, regolamentari u amministrativi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/12/KE, tal-11 ta’ Frar 2004, li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta’ l-ippakkjar, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.