<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑121/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0121</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:749">EU:C:2015:749</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20151112">12.11.2015</DATE> – KAWŻA C‑121/14</P><P>IR-RENJU UNIT vs IL-PARLAMENT U IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa</KEYWORD><KEYWORD>Proġetti ta’ interess komuni li jikkonċernaw it-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Approvazzjoni tal-istess Stat</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni ta’ kuritur ferrovjarju tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 171 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑121/14,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, irrappreżentat minn M. Holt u L. Christie, bħala aġenti, assistiti minn D. J. Rhee, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn A. Troupiotis u M. Sammut, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn Z. Kupčová u E. Chatziioakeimidou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuti minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Samnadda u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, J. L. da Cruz Vilaça, A. Arabadjiev, C. Lycourgos u J‑C. Bonichot, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jitlob l-annullament tal-Artikolu 29 u tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="129" DATE.PUB="2013">ĠU L 348, p. 129</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dispożizzjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ibbażat fuq l-Artikolu 91 TFUE, ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>, dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="276" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU L 276, p. 22</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi regoli għall-implementazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għal trasport ta’ merkanzija kompetittiv. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli għall-għażla, l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ kurituri tat-trasport ta’ merkanzija kif ukoll l-ippjanar indikattiv tal-investimenti marbuta magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament Nru 913/2010, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kuritur tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[l]-linji ferrovjarji denominati kollha, inklużi l-linji ta’ laneċ ferrovjarji, fuq it-territorju tal-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, u, fejn xieraq, pajjiżi terzi Ewropej, li jgħaqqdu żewġ terminali jew aktar, tul rotta prinċipali u, fejn ikun il-każ, rotot u taqsimiet ta’ diversjoni li jikkollegawhom, inkluża l-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha, u s-servizzi ferrovjarji rilevanti [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tar-Regolament Nru 913/2010 jinkludi regoli għad-denominazzjoni u l-governanza taż-żewġ serji ta’ kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanizja ferrovjarju, il-kurituri inizjali u l-kurituri addizzjonali. Skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri previsti fl-anness għandhom jagħmlu operattivi, fit-termini hemm previsti, il-kurituri tal-merkanzija inizjali elenkati fl-istess anness u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea bl-istabbiliment tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness ta’ dan ir-regolament, fil-verżjoni tiegħu li tippreċedi l-emendi li saru bir-Regolament Nru 1316/2013, kien juri fil-lista ta’ kurituri inizjali tal-merkanzija l-kuritur Nru 2 kif ġej:</TXT></NP.ECR><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">2.</CELL><CELL COL="2">NL, BE, LU, FR</CELL><CELL COL="3">Rotterdam-Anversa-Lussemburgu-Metz-Dijon-Lyon/[Basel]</CELL><CELL COL="4">Sal-<DATE ISO="20131110">10 ta’ Novembru 2013</DATE></CELL></ROW></CORPUS></TBL></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, kif emendat bir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 473/2014</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ibbażat fuq l-Artikolu 172 TFUE, ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 348, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2014, tas-<DATE ISO="20140117">17 ta’ Jannar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2014">ĠU L 136, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Nru 1315/2013<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport li jinkludi struttura f’żewġ livelli komposta min-netwerk<?PAGE NO="3"?> komprensiv u min-netwerk ewlieni, b’dan tal-aħħar ibbażat fuq in-netwerk komprensiv. Dan ir-regolament jidentifika proġetti ta’ interess komuni u jispeċifika r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti għall-ġestjoni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1315/2013 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament japplika għan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport kif jidher fil-mapep li jinsabu fl-Anness I. In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport jinkludi l-infrastruttura tat-trasport u applikazzjonijiet telematiċi kif ukoll miżuri li jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta’ din l-infrastruttura u jippermettu l-istabbiliment u l-operat ta’ servizzi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-infrastruttura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, tikkonsisti mill-infrastruttura għat-trasport bil-ferrovija, għat-trasport f’passaġġi fuq l-ilma interni, għat-trasport bit-triq, għat-trasport marittimu, għat-trasport bl-ajru u għat-trasport multimodali, kif stabbilit fit-taqsimiet rilevanti tal-Kapitolu II.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kwalunkwe proġett imwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. L-Artikolu 3(d) jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>valur miżjud Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> bħala l-valur ta’ proġett li, flimkien mal-valur potenzjali għall-Istat Membru rispettiv waħdu, iwassal għal titjib sinifikanti tal-konnessjonijiet tat-trasport jew fluss tat-trasport bejn l-Istati Membri li jista’ jintwera b’referenza għat-titjib fl-effiċjenza, is-sostenibbilità, il-kompetittività jew il-koeżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Proġetti ta’ interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, permezz tar-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u permezz ta’ miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti mil-lat ta’ riżorsi tan-network.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Proġett ta’ interess komuni għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkontribwixxi għall-objettivi li jaqgħu taħt mill-inqas żewġ kategoriji minn erbgħa kif jidhru fl-Artikolu 4;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jikkonforma mal-Kapitolu II, u jekk jikkonċerna n-netwerk ewlieni, jikkonforma wkoll mal-Kapitolu III;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ikun ekonomikament vijabbli abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tiegħu, inkluż l-istudji dwar il-fattibbiltà u l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32(a) tar-Regolament Nru 1315/2013, li jinsab fil-Kapitolu II ta’ dan tal-aħħar, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-proġetti ta’ interess komuni li jipprovdu servizzi effiċjenti ta’ trasport tal-merkanzija li jużaw l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u li, fl-istess ħin, jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u impatti ambjentali negattivi oħra maħsuba biex itejbu l-użu sostenibbli tal-infrastrutturi tat-trasport, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1316/2013</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ibbażat fuq l-Artikolu 172 TFUE, ir-Regolament Nru 1316/2013 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għan-netwerks trans-Ewropej, sabiex jiġu sostnuti proġetti ta’ interess komuni mwettqa fis-settur tal-infrastrutturi tat-trasport, tal-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għandu jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kull proġett iddefinit fir-Regolament Nru 1315/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:</ALINEA><ALINEA>L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa sostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Konsegwentement, il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija riveduti għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 913/2010<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-imsemmi Anness II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Lista ta’ kurituri inizjali ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[l]-Baħar tat-Tramuntana‑il-Mediterran<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> huwa deskritt kif ġej:</TXT></NP.ECR><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Stati Membri</CELL><CELL COL="3">Rotot prinċipali</CELL><CELL COL="4">Stabbiliment ta’ kurituri tal-merkanzija</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></CELL><CELL COL="2">NL, BE, LU, FR et UK(+)</CELL><CELL COL="3">Glasgow(*)/Edinburgh(*)/ Southampton(*)/Felixstowe (*)-London (+)/Dunkerque (+)/Lille/Liège (+)/Paris (+)/Amsterdam-Rotterdam-Zeebrugge (+)/Antwerpen-Luxembourg-Metz-Dijon-Lyon/[Basel]-Marseille (+)</CELL><CELL COL="4">Sal-<DATE ISO="20131110">10 ta’ Novembru 2013</DATE></CELL></ROW></CORPUS></TBL></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-dispożizzjonijiet ikkontestati, sa fejn dawn jestendu lil hinn minn Londra l-kuritur Nru 2 li jinsab fl-Anness tar-Regolament Nru 913/2010, li sar il-kuritur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fir-Regolament Nru 1316/2013, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ġiet awtorizzata tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, b’deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20140724">24 ta’ Lulju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit iqis li d-dispożizzjonijiet ikkontestati huma distinti u separabbli mill-kumplament tar-Regolament Nru 1316/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Parlament, il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni jaqblu fuq il-fatt li t-talba għal annullament parzjali ppreżentata mir-Renju Unit hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-annullament parzjali ta’ att tal-Unjoni huwa possibbli biss sa fejn l-elementi li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħhom ikunu separabbli mill-kumplament tal-att (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑29/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:734">EU:C:2002:734</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:514">EU:C:2003:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li dan ir-rekwiżit ta’ separabbiltà ma jkunx issodisfat meta l-annullament parzjali ta’ att ikollu l-effett li jibdel is-sustanza tiegħu (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-verifika tan-natura separabbli tal-elementi ta’ att tal-Unjoni jippreżupponi l-eżami tal-portata tagħhom, sabiex jiġi evalwat jekk annullament ta’ dawn l-elementi jibdilx l-ispirtu u s-sustanza ta’ dan l-att (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Estonja</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑505/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:179">EU:C:2012:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-dispoizzjonijiet ikkontestati għandhom għanijiet differenti minn dak imfittex mid-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament Nru 1316/2013 u tal-anness tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, bir-Regolament Nru 1316/2013, il-leġiżlatur tal-Unjoni jixtieq jiffaċilita u jaċċellera l-interkonnessjoni tan-netwerks fl-Ewropa, anki fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija, bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ interkonnessjoni. Il-mekkaniżmu stabbilit huwa intiż sabiex jippromwovi l-investiment fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej. Għal dan il-għan, huwa jistabbilixxi partikolarment il-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal dawn in-netwerks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet ikkontestati huma distinti, sa fejn dawn jirrigwardaw biss id-delimitazzjoni tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali, stabbiliti bir-Regolament Nru 913/2010. Dawn huma għalhekk separabbli mill-kumplament tar-Regolament Nru 1316/2013, tant li l-legalità tagħhom tista’ tiġi eżaminata separatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-annullament ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma jibdel bl-ebda mod is-sustanza stess tar-Regolament Nru 1316/2013, ir-rikors tar-Renju Unit intiż għall-annullament parzjali tiegħu huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ motivi mressqa, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, ir-Renju Unit isostni li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-estensjonijiet tal-kurituri tal-merkanzija inizjali, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 1316/2013, huma intiżi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 170 TFUE fl-isfond tal-politika trans-Ewropea tat-trasport. Konsegwentement, ladarba l-Artikoli 170 TFUE sa 172 TFUE jikkostitwixxu dispożizzjonijiet speċjali għal tali miżuri, dawn tal-aħħar jistgħu jiġu adottati biss fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;</P></ITEM><ITEM><P>l-estensjonijiet tal-kurituri tal-merkanzija inizjali, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 1316/2013, huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE u jikkonċernaw it-territorju ta’ kull Stat Membru marbut li jipparteċipa fl-istabbiliment tagħhom. Dawn l-estensjonijiet, sa fejn jikkonċernaw lir-Renju Unit, ġew adottati bi ksur tar-rekwiżit ta’ approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit josserva, preliminarjament, li, f’din il-kawża, tqum il-kwistjoni ta’ jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati meħuda fl-intier tagħhom jikkostitwixxux, b’mod prinċipali, miżuri ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>netwerks<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’kuntrast ma’ miżura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>politika komuni tan-netwerks/suq uniku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Ir-Regolament Nru 913/2010 huwa intiż sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ netwerk ferrovjarju għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv u jfittex għalhekk l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 91 TFUE. Min-naħa l-oħra, l-emenda tal-lista tal-kurituri tal-merkanzija ferrovjarji inizjali li tidher fl-anness ta’ dan ir-regolament tista’ tkun ibbażata biss fuq il-politika tal-Unjoni dwar in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jirrileva li l-estensjonijiet tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 1316/2013, huma essenzjali għall-istabbiliment ta’ dawn in-netwerks. Dawn l-estensjonijiet huma għalhekk intiżi għar-realizzazzjoni tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 170 TFUE, li huwa intiż sabiex jistabbilixxi u jiżviluppa n-netwerks trans-Ewropej, pereżempju fis-settur tat-trasport, sabiex jiffavorixxu l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali u l-aċċess għalihom. L-estensjonijiet tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija jagħmlu parti minn dawn l-għanijiet. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ikkontestati kellhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikoli 171 TFUE u 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit iqis li, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jindikaw il-kuritur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bħala wieħed mill-kurituri tal-merkanzija inizjali, l-estensjoni tiegħu tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikoli 171 TFUE u 172 TFUE. Fil-fatt, tali proġett għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fil-livell soċjoekonomiku, skont kif previst fl-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament Nru 1315/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit jispeċifika li l-proċedura prevista mir-Regolament Nru 913/2010 dwar l-għażla ta’ kurituri tal-merkanzija addizzjonali tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni ta’ jekk l-istabbiliment ta’ tali kurituri jimponix piż sproporzjonat fuq l-Istat Membru kkonċernat, billi tirrikonoxxi li Stat Membru ma huwiex obbligat jipparteċipa jekk huwa jkollu netwerk ferrovjarju bi track gauge differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit isostni li l-fatt li l-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jippermettu li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ikkoordinat ta’ dan in-netwerk, konformement mal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1315/2013, u li dawn ma jeżiġux il-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida ma jeskludix li dawn jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit iqis li l-estensjonijiet tal-kurituri tal-merkanzija inizjali, li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ikkontestati, huma, fi kwalunkwe każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru marbut li jipparteċipa fl-istabbiliment tagħhom. Minn dan isegwi li l-estensjonijiet ta’ dawn il-kurituri, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-Renju Unit, ġew adottati bi ksur tar-rekwiżit tal-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Parlament josserva li l-iskop kif ukoll il-komponent prinċipali u fundamentali tar-Regolament Nru 1316/2013 jikkonsistu fil-provvista ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għan-netwerks trans-Ewropej, kif indikat fl-Artikolu 1 tiegħu. Id-dispożizzjonijiet ikkontestati jsegwu biss għan aċċessorju għal dan l-iskop, jiġifieri l-emenda tar-Regolament Nru 913/2010, sabiex il-lista tal-kurituri tal-merkanzija inizjali tikkorrispondi mal-kurituri tan-netwerk ewlieni. Konsegwentement, ir-Regolament Nru 1316/2013 huwa ġustament ibbażat biss fuq l-Artikolu 172 TFUE, anki jekk jipprevedi emenda għar-Regolament Nru 913/2010, li, jekk tkun is-suġġett ta’ att distint, tkun ibbażata fuq l-Artikolu 91 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Parlament iqis li kull miżura li tiffaċilita l-użu tal-infrastruttura eżistenti ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Fil-kuntest tal-Artikolu 172 TFUE, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>proġett<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ma jistax jinftiehem li jinkludi sempliċi mezzi ta’ koordinazzjoni intiżi sabiex jiġu ggarantiti risposti rapidi għall-kandidati li jixtiequ jużaw mogħdija ferrovjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan il-Parlament jikkonkludi li, peress li dan ma huwiex każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikoli 171 TFUE u 172 TFUE, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kienx marbut jikseb l-approvazzjoni tar-Renju Unit skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li r-Renju Unit ma weriex li l-estensjonijiet tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali huma intiżi għar-realizzazzjoni tal-għanijiet tar-Regolament Nru 1315/2013. L-estensjonijiet tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> lil hinn minn Londra ma jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikoli 171 TFUE u 172 TFUE. Konsegwentement, ma kienx hemmx lok li jittieħed il-kunsens tar-Renju Unit, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jimmodifika l-lista tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali billi juża l-istess proċedura bħal dik użata qabel jekk iqis li dan huwa opportun, jew neċessarju, sabiex jiżgura l-koerenza bejn il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija u l-kurituri tan-netwerk ewlieni. Fil-kuntest tal-emenda tal-lista tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali, fin-noti ta’ qiegħ il-paġna (+) u (*) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1316/2013, il-leġiżlatur tal-Unjoni fittex li japplika għall-ħolqien tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali l-proċedura użata għall-ħolqien tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija addizzjonali, billi ssuġġetta t-tibdil għall-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija inizjali għal studji tas-suq u billi pprovda perijodu tranżitorju, neċessarju għall-istabbiliment tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kunsill ifakkar li r-Regolament Nru 913/2010 ma jinkludix linji gwida dwar in-netwerks trans-Ewropej u lanqas definizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni. Dan ir-regolament jaqa’ kompletament taħt il-politika tat-trasport u jiddefinixxi l-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija bħala li huma mezz ta’ koordinazzjoni u ta’ ġestjoni tal-linji ferrovjarji eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 1316/2013. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu emenda għar-Regolament Nru 913/2010, li l-bażi legali tagħha hija l-Artikolu 91 TFUE. Bħala tali, id-dispożizzjonijiet ikkontestati jibqgħu rregolati mir-Regolament Nru 913/2010.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li l-kurituri tal-merkanzija inizjali previsti fid-dispożizzjonijiet ikkontestati ma jsegwux l-għanijiet tal-Artikolu 170 TFUE u lanqas ma jistgħu jitqiesu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tiegħu. L-għan u l-kontenut prinċipali tar-Regolament Nru 1316/2013 jirrigwardaw is-sostenn għal proġetti ta’ interess komuni msemmija fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1315/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li l-għan prinċipali tar-Regolament Nru 913/2010 huwa li jimplementa l-politika tat-trasport. Huwa jiddefinixxi l-modalitajiet tal-istabbiliment u tal-organizzazzjoni tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija, kif ukoll regoli tal-għażla, tal-ġestjoni u tal-ippjanar indikattiv tal-investimenti għal dawn il-kurituri. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija huma għalhekk essenzjalment mezzi ta’ koordinazzjoni u ta’ ġestjoni intiżi sabiex is-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija joperaw b’mod effettiv u jkunu iktar kompetittivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bl-argumentazzjoni mressqa insostenn taż-żewġ motivi, ir-Renju Unit isostni, essenzjalment, li l-estensjoni tal-kuritur ferrovjarju tal-merkanizja inkwistjoni, prevista mid-dispożizzjonijiet ikkontestati, tikkostitwixxi proġett ta’ interess komuni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 171(1) TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 170 TFUE. Peress li din l-estensjoni tikkonċerna t-territorju ta’ dan l-Istat Membru, din kellha tiġi adottata bl-approvazzjoni ta’ dan tal-aħħar, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jidher f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma huwiex iddefinit mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta, minn naħa, mill-ewwel u mit-tielet inċiżi tal-Artikolu 171(1) TFUE li l-Unjoni għandha tistabbilixxi, sabiex tilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 170 TFUE, linji gwida u li dawn il-linji gwida għandhom jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni u li l-Unjoni tista’ ssostni tali proġetti. Min-naħa l-oħra, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu konformement mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku Ewropew u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huma dawn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jadottaw il-linji gwida u, għalhekk, jidentifikaw il-proġetti ta’ interess komuni marbuta mal-istabbiliment u mal-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija, previsti mill-Artikolu 170(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, fir-rigward tal-infrastrutturi tat-trasport, għandu jiġi kkonstatat li l-Parlament u l-Kunsill eżerċitaw il-kompetenza mogħtija lilhom minn dawn id-dispożizzjonijiet billi adottaw ir-Regolament Nru 1315/2013 li jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport li jinkludi struttura b’żewġ livelli komposta minn netwerk komprensiv u minn netwerk ewlieni. Għal dan l-għan, dan ir-regolament jidentifika l-proġetti ta’ interess komuni bħala l-istrument prinċipali sabiex jinħoloq dan in-netwerk trans-Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1315/2013, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandu jfisser kull proġett immexxi konformement mar-rekwiżiti u fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-istess regolament. Dan il-kunċett huwa żviluppat b’mod dettaljat fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament u spjegat fil-premessa 9 kif ukoll fil-premessi 19 sa 33 tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn dawn l-elementi jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[p]roġetti ta’ interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, permezz tar-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Huwa jispeċifika li tali proġetti għandhom, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ikunu ekonomikament vijabbli fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi kif ukoll ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>valur miżjud Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>valur miżjud Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 1315/2013 bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>valur ta’ proġett li, flimkien mal-valur potenzjali għall-Istat Membru rispettiv waħdu, iwassal għal titjib sinifikanti tal-konnessjonijiet tat-trasport jew fluss tat-trasport bejn l-Istati Membri li jista’ jintwera b’referenza għat-titjib fl-effiċjenza, is-sostenibbilità, il-kompetittività jew il-koeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-funzjoni ta’ innovazzjoni u n-natura trasversali tal-proġetti ta’ interess komuni huma kkonfermati mill-Artikolu 32(a) tar-Regolament Nru 1315/2013, li jirreferi għall-kontribuzzjoni ta’ dawn il-proġetti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u għat-tnaqqis ta’ effetti ambjentali negattivi oħra, u li l-għan tiegħu huwa li jtejjeb l-użu sostenibbli tal-infrastrutturi tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-għan ta’ kontribuzzjoni għall-istabbiliment u għall-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastrutturi tat-trasport, stipulat fl-Artikolu 170(1) TFUE, mill-premessa 8 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li n-netwerk trans-Ewropew għandu jiġi żviluppat permezz tal-ħolqien ta’ infrastrutturi ġodda tat-trasport, ir-riabilitazzjoni u l-modernizzar tal-infrastrutturi eżistenti kif ukoll permezz ta’ miżuri intiżi sabiex jippromwovu użu ekonomiku tar-riżorsi ta’ dawn l-infrastrutturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minkejja li r-rikonoxximent ta’ miżura bħala proġett ta’ interess komuni ma jeżiġix il-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, tali proġett għandu madankollu jinvolvi investiment li, tal-inqas, jipprevedi li jirriabilita jew jimmodernizza infrastruttura eżistenti bil-għan li jrendiha iktar effikaċi u effiċjenti, kif jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1315/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Finalment, mill-Artikolu 48(1) tar-Regolament Nru 1315/2013, li jinvoka biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>koordinazzjoni adegwata [...] bejn il-kurituri tan-netwerk ewlieni u l-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, jirriżulta li fl-eżerċizzju tas-setgħa lilhom mogħtija mill-Artikolu 171(1) TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, il-Parlament u l-Kunsill qiesu li l-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija ma jaqgħux taħt il-proġetti ta’ interess komuni identifikati minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Renju Unit ma jistax, għalhekk, isostni li, bid-dispożizzjonijiet ikkontestati, ġie stabbilit proġett ta’ interess komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-Regolament Nru 913/2010 ma jipprevedix, lanqas għall-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija eżistenti, li dawn jiġu żviluppati bħala proġetti tal-infrastruttura. Fil-fatt, l-operaturi ekonomiċi għandhom diversi mezzi ta’ ġestjoni għal dawn il-kurituri, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-modijiet ferrovjarji kkonċernati b’effikaċità ikbar u b’hekk itejbu l-operat tat-trasport ferrovjarju. L-istabbiliment ta’ tali kurituri huwa għalhekk intiż sabiex jiżgura koordinazzjoni aħjar tat-traffiku fuq il-linji ferrovjari magħżula, konformement mal-prinċipji ta’ ġestjoni stipulati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 913/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ dan tal-aħħar huwa intiż li jistabbilixxi, għal koordinazzjoni bejn l-amministraturi tan-netwerks, allokazzjoni simplifikata tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija permezz ta’ uffiċċju wieħed li jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi bi tweġibiet għat-talbiet tagħhom għall-użu ta’ dawn il-kurituri, filwaqt li jnaqqas l-oneru amministrattiv relatat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Dan l-għan ta’ razzjonalizzazzjoni tal-għoti ta’ kapaċitajiet tat-trasport ta’ dawn il-kurituri hija kkonfermata bl-istabbiliment ta’ korpi ta’ ġestjoni mitluba jiżguraw koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju tul kull kuritur tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, ikopri proġetti li jaqbżu l-istadju ta’ sempliċi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni tat-traffiku u li jinvolvu titjib kwalitattiv strutturali tal-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ikkontestati, li jipprevedu biss allinjament tal-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija inkwistjoni ma’ dak tan-netwerk ewlieni, peress li l-istabbiliment tiegħu mir-Regolament Nru 913/2010 kien, barra minn hekk, approvat mir-Renju Unit. Għalhekk, dawn ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha premessi jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal proġett li sempliċement itawwal kuritur ferrovjarju tal-merkanzija eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ proġett ta’ interess komuni, stipulata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE ma hijiex issodisfata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li ż-żewġ kundizzjonijiet huma kumulattivi, ma hemmx lok li jsir eżami tat-tieni waħda minnhom stipulata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, li tipprovdi li proġett ta’ interess komuni, li jikkonċerna t-territorju ta’ Stat Membru, jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, iż-żewġ motivi mressqa mir-Renju Unit għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Parlament u l-Kunsill talbu li r-Renju Unit jiġi kkundannat għall-ispejjeż u dan tal-aħħar tilef il-kawża, hemm lok li r-Renju Unit jiġi kkundannat għall-ispejjeż. Konformement mal-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>