|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1779 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0304
Krediti għall-konsumatur
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-krediti għall-konsumatur (COM(2021)0347 – C9-0244/2021 – 2021/0171(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/1779)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0347), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0244/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0212/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0171
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-12 ta' Settembru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/2225.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1779/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)