|
25.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/43 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1039/2013
tal-24 ta’ Ottubru 2013
li jimmodifika l-approvazzjoni tal-aċidu nonanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007 (2) jistabbilixxi elenku ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik il-lista tinkludi l-aċidu nonanojku. |
|
(2) |
L-aċidu nonanojku ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 2 permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/41/UE (4), u għaldaqstant huwa meqjus bħala approvat għal dak it-tip ta’ prodott permezz tal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-aċidu nonanojku ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodotti tat-tip 10, preservattivi tal-ġebel, kif definit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva. L-evalwazzjoni kopriet l-użu bħala algeċida għat-trattament kurattiv ta’ materjali tal-kostruzzjoni. Dak l-użu speċifiku issa huwa kopert permezz tal-prodotti tat-tip 2 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(4) |
L-Awstrija nħatret l-Istat Membru Relatur u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fit-3 ta’ April 2012 b’konformità mal-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(5) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fis-27 ta’ Settembru 2013, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(6) |
Minn dak ir-rapport jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala użati bħala algeċidi għat-trattament kurattiv ta’ materjali tal-kostruzzjoni u li fihom l-aċidu nonanojku jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(7) |
L-approvazzjoni eżistenti tal-aċidu nonanojku għall-prodotti tat-tip 2 ma tkoprix il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni tal-prodotti użati bħala algeċidi għat-trattament kurattiv tal-materjali tal-kostruzzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-approvazzjoni eżistenti tiġi kkumplimentata b’dawk il-kundizzjonijiet. Bil-għan li jiġi permess lill-partijiet interessati li jħejju lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li segwew mid-definizzjoni mill-ġdid riċenti ta’ tipi ta’ prodotti bijoċidali, huwa xieraq ukoll li d-data oriġinarjament mogħtija permezz tad-Direttiva 2012/41/UE tal-approvazzjoni tiġi modifikata. |
|
(8) |
Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m’għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aċidu nonanojku għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 2, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet il-ġodda u d-data l-ġdida ta’ approvazzjoni stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).
(3) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2012/41/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni tas-sustanza attiva aċidu nonanojku fl-Anness I għall-prodotti tat-tip 2 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 28).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta’ Skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodotti |
Kundizzjonijiet speċifiċi (2) |
||||||||
|
Aċidu nonanojku, Aċidu pelargoniku |
Isem IUPAC: Aċidu nonanojku Nru tal-KE: 203-931-2 Nru tal-CAS: 112-05-0 |
896 gm/kg |
L-1 ta’ Ottubru 2015 |
It-30 ta’ Settembru 2025 |
2 |
Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ kwalunkwe użu kopert permezz ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
(2) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm