|
15.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/28
tal-14 ta’ Jannar 2021
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2000 rigward il-kwota tariffarja tal-Unjoni għall-banana li toriġina mill-Messiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2000 tad-29 ta’ Ġunju 2000 li jimplimenta għall-Komunità d-dispożizzjonijiet tat-tariffa tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt taħt il-Ftehim Interim fuq in-Negozju u materji relatati ma’ Negozju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/573 (2) il-Kunsill ikkonkluda t-Tielet Protokoll Addizzjonali f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (3), li ġie ffirmat fis-27 ta’ Novembru 2018 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2020. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni(UE) 2019/104 (4), il-Kunsill approva l-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt stabbilit fl-ambitu tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, dwar l-emendi meħtieġa għall-Ftehim biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku (5) tipprevedi żieda tal-kwota tariffarja tal-Unjoni applikabbli għall-banana friska li toriġina fil-Messiku għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1362/2000 jiġi emendat biex jimplimenta ż-żieda tal-kwota tariffarja stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku. Peress li l-kwota tariffarja għall-banana għas-sena 2020 ġiet eżawrita, irid jingħata numru tal-ordni individwali għall-volum addizzjonali għal dik is-sena. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien bla bżonn fl-applikazzjoni ta’ din il-kwota tariffarja, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala b’urġenza u jenħtieġ li japplika retroattivament mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1362/2000 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-ringiela bin-numru tal-ordni 09.1834 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela li ġejja bejn ir-ringiela bin-numru tal-ordni 09.1834 u r-ringiela bin-numru tal-ordni 09.1847:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Awwissu 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 157, 30.6.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/573 tat-8 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 100, 11.4.2019, p. 3).
(3) ĠU L 325, 20.12.2018, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/104 tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Konġunt UE-Messiku stabbilit taħt il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 u Nru 2/2001 sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 21, 24.1.2019, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 1/2020 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000 [2020/1180] (ĠU L 259, 10.8.2020, p. 40).