19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 56/12)

1.   

Fil-11 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AXA Real Estate Investment Managers France (“AXA REIM France”, Franza), li finalment hija kkontrollata minn AXA S.A. (“AXA” Franza),

—

Predica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A (“Predica”, Franza), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Crédit Agricole Assurances (“CAA”, Franza), li min-naħa tagħha hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi tal-Groupe Crédit Agricole (“GCA”, Franza).

AXA REIM France u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ELL Luxembourg 2 S.à r.l. (“ELL”, il-Lussemburgu).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AXA REIM France: ġestjoni ta’ assi u ta’ fondi u hija predominantement attiva fl-Ewropa u hija finalment ikkontrollata minn AXA, grupp dinji tal-assikurazzjoni, attiv fl-assikurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra tal-assikurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investimenti,

—

Predica: attiva fis-settur tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u s-saħħa, fi Franza. Predica tappartjeni għal GCA, grupp dinji li joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u servizzi marbuta mal-assikurazzjoni,

—

ELL: il-kiri ta’ lokomotivi elettriċi; il-lokomotivi tagħha huma ddisinjati għal traffiku internazzjonali u li jaqsam il-fruntieri u mħaddma mal-Ewropa kollha kontinentali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9739 — AXA/Groupe Crédit Agricole/ELL Luxembourg 2

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.