|
14.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 447/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/2211
tas-7 ta’ Diċembru 2021
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2014/219, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2199 (2), li ħatret lis-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta’ Jannar 2021. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/14 (3), li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2023. |
|
(4) |
Fl-14 ta' Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/58 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta’ Jannar 2021 sal-14 ta' Jannar 2022. |
|
(5) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Hervé FLAHAUT bħala l-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) huwa b’dan estiż mill-15 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta' Jannar 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-15 ta’ Jannar 2022.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 113, 16.04.2014, p. 21.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/2199 tat-8 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2020) (ĠU L 434, 23.12.2020, p. 54).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/14 tas-7 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 5, 8.1.2021, p. 16).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/58 tal-14 ta’ Jannar 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2021) (ĠU L 26, 26.1.2021, p. 1).